Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ii l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.
Airmalta – ħaddiema li rtiraw mix-xogħol – skema biex japplikaw għal xi benefiċċju finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin kienx hemm xi skema tal-Airmalta, li permezz tagħha ħaddiema li kienu rtiraw mix-xogħol setgħu japplikaw biex jieħdu xi benefiċċju finanzjarju? Jekk iva, kif kienet imxandra din l-iskema, kemm ħaddiema użaw din l-iskema u kemm tħallsu flus kumplessivament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar erba’ snin, fl-Air Malta, ma kien hemm l'ebda skema/i speċifika/i sabiex ħaddiema li rtiraw mix-xogħol jieħdu benefiċċju finanzjarju.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018 f'dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 mhux se tkun qed tagħti kontribut dirett għal dan il-proġett.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 - sottomissjonijiet
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate, Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid kemm-il sottomissjoni saret għal din is-sejħa kif ukoll, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport tal-ġurija fir-rigward tar-riżultati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bil-lista tal-parteċipanti. Din il-lista ilha li tħabbret mit-22 ta’ Frar 2017 u tinstab fuq il-website ta’ Heritage Malta http://www.heritagemalta.org/monuments/wp-content/uploads/2017/02/Expression-of-interest-for-artistic-expressions-at-City-Gate-Valletta-List-of-participants.pdf.
Il-proċess ta’ għażla għal din is-sejħa għadu mhux konkluż u għalhekk ir-rapport finali ma jistax jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħaddiema ta' Heritage Malta li ġew promossi minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'liema grad ġew promossi u mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kriterji
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ħa jingħata l-premju ta' €1000 imsemmi fis-sezzjoni 5.11?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, kif spjegat fid-dokument tas-sejħa, hija fid-diskrezzjoni tal-ġurija li tagħti (jew ma tagħtix) il-premju msemmi għal xi merti li seta’ kellha xi sottomissjoni partikolari.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — programm ta' anger management
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix organizzat programm ta' anger management għal dawk il-persuni li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali minħabba l-imġieba tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tas-saħħa mentali joffru kura kemm psikoloġika u kif ukoll medika b'mod individwali għal dawk il-persuni li jkollhom issues ta' anger management.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-proġetti indikati fil-mistoqsija parlamentari 27285? Kemm hemm persuni li jieħdu sehem f'dawn il-proġetti? X'għandu wieħed jagħmel biex jieħu sehem f'dawn il-proġetti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-proġetti msemmija fil-mistoqsija parlamentari 27285 u kif ukoll informazzjoni dwar l-eliġibbiltà ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fl-imsemmija proġetti, tinsab imniżżla b’dettal fis-sit elettroniku tal-Jobsplus (www.jobsplus.gov.mt) fis-sezzjoni tal-iskemi.
Fir-rigward ta’ kemm kien hemm persuni li ħadu sehem f’dawn il-proġetti matul is-sena 2016, it-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ parteċipanti jew applikazzjonijiet milqugħa taħt kull skema msemmija:
Skema
Numru ta’ Parteċipanti jew Applikazzjonijiet milqugħa
Training for Employment
Work Exposure
352
Traineeship
382
Work Placement Scheme
49
Access to Employment
399
Work Programme Initiative
984
Youth Guarantee 2.0
NEET
48
SEC Revision Classes
770
Remedial Classes
83
Alternative Learning Programme
81
L-iskema “VASTE Programme” għadha ma ġietx varata u għaldaqstant m’hemmx informazzjoni f’dan l-istadju. L-iskema “Investing in Skills” ġiet varata fis-27 ta’ Marzu u għaldaqstant l-applikazzjonijiet għadhom se jibdew jiġu milqugħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex? X'tip ta' problemi ta' saħħa mentali għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 kien hemm 13,558 persuna li użat is-servizzi tas-saħħa mentali ġewwa Malta u Għawdex. L-aktar żewg każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom — care plan mit-tabib
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26867, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti li jgħixu fil-komunità kollha qed ikollhom care plan magħmula mit-tabib li jarahom bl-input ta' membri oħra tat-team multidixxiplinarju u jekk dan id-dokument tal-pjan għall-kura tagħhom huwiex qed jingħata lilhom biex josservawh?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti kollha li jgħixu fil-komunita’ wara li jkunu in-patients isirilhom care plan b' input mill-membri kollha tat-tim multdixxiplinarju. Dan ikun miktub fid-discharge letter li jingħata lill-pazjent.
Il-pazjenti kollha li qegħdin fuq
Community Treatment Order
ikollhom dan il-pjan ippreżentat u approvat mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Żgħażagħ organizzawx programmi ta' empowerment speċifikament għaż-żgħażagħ li għandhom nuqas ta' saħħa mentali jew diżabilità intelletwali? jekk iva, meta saru dawn il-programmi u fejn saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li Aġenzija Żgħażagħ ma organizzatx programmi ta' empowerment kif speċifikat mill-Onor. Interpellant.
Jista’ Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament siefer fuq xogħol mal-assoċjazzjoni li l-isem tagħha qed jingħata separatament, sena b’sena mill-2012 u x’kienet in-natura tas-safra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il Bord kien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inkonnessjoni mal-Kunsilli Lokali u li fuqhom serva mill-2012 sal-2017 u x’kienet ir-remunerazzjoni li ħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
San Pawl il-Baħar (Il-Qawra) – Sit ta’ skola ġdida
Question
Billi matul is-sajf li għadda, ukoll matul il-perjodu ta’ żmien meta hu stabbilit li ma jistax isir qtugħ ta' blat u twaqqiegħ ta' bini, sar il-qtugħ ta' blat fis-sit fejn suppost għandha tinbena skola ġdida f'San Pawl il-Baħar (il-Qawra), jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-qtugħ tal-blat hux lest kollu u xi ħlas sar, u kemm fadal kontijiet pendenti għal dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll x’qed iżomm milli jinbeda l-bini tal-istess skola? Billi boards li kienu jindikaw x’inhu l-proġett inqalgħu mis-sit numru ta' xhur ilu, suppost 'biex jiġi rranġat l-istess dehra tal-proġett', jista’ jagħti tagħrif dwar meta se jerġgħu jitwaħħlu l-istess boards, u meta se jinbeda x-xogħol fuq il-post? Jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar x’talbiet kellu biex taħt l-iskola jiġi żviluppat car park ikbar minn dak li hemm propost fil-proġett tal-iskola, u x’kienet ir-reazzjoni tal-Ministeru għal dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-qtuħ tal-blat fis-sit tal-Iskola Primarja l-ġdida f'San Pawl il-Baħar tlesta. Il-ħlas, li jammonta għal €351,903.34, sar. Il-kuntrattur jonqsu jitħallas €18,521.23. Dan l-ammont hu r-retention money ta' 5% tal-ispiża globali, kif stipulat fil-kuntratt.
Rigward ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, it-tender ġie evalwat u aġġudikat. Ma jidhirx li ġew irreġistrati xi appelli minn tali aġġudikazzjoni u għalhekk id-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed għaddej bil-proċeduri sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt mal-kuntrattur u x-xogħol ta’ kostruzzjoni jkun jista’ jibda minnufih.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32068, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu awtorizzazzjonijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) għall-community radios bejn l-2013 u llum? Kemm minn dawn hu magħruf li bdew jittrasmettu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli interpellant, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) ħarġet numru ta’ liċenzji (awtorizzazzjonijiet) għall-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni lil community radios kif muri fit-tabella nru. 1. In-numru indikat jinkludi liċenzji ta’ natura permanenti (validi għal sena) u ta’ natura temporanja, kif ukoll liċenzji ġodda u liċenzji li l-validità tagħhom ġiet imġedda (licence renewals).
SenaNru. ta’ liċenzji
201342
201444
201545
201646
2017
(sal-24 ta’ Marzu)19
Tabella Nru. 1
L-MCA tixtieq terġa tikkjarifika li l-liċenzji maħruġa minnha jawtorizzaw biss l-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, u ma’ jagħtux id-dritt għal xandir. Il-liċenzji li jagħtu d-dritt għal xandir ta’ community radios jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Awtorità tax-Xandir. Għaldaqstant, il-parti tad-domanda li qed tistaqsi fuq in-numru ta’ stazzjonijiet li bdew jitrażmettu, l-Onorevoli interpellant għandu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tax-Xandir.
MCA – kontijiet ta’ servizzi ta’ cable tv, mobile phones u servizzi oħra – kopji mhux elettroniċi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32069, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’charges approvat l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) għall-kopji mhux elettroniċi tal-kontijiet, u lil liema operaturi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Id-deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità fl-2016 intitolata Standard and Itemised Billing, tispeċifika li charges għal kontijiet stampati jistgħu jiġu mitluba f’każijiet fejn l-abbonat għandu konnessjoni għall-internet u allura jista’ jaċċessa l-kontijiet tiegħu b’mod elettroniku b’xejn. Dawn iċ-charges huma stabbiliti mill-operaturi. Id-deċiżjoni titlob li dawn iċ-charges ikunu raġonevoli u din id-deċizjoni tapplika għall-operaturi kollha li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.