Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imsaġar ġodda f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-inħawi f'Malta u Għawdex fejn matul iż-żmien li ġej, ser jitħawwlu siġar, biex jiġu ffurmati msaġar ġodda? X'tip ta' siġar hu mistenni li jitħawlu f'dawn il-postijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien li ġej, siġar indiġeni se jitħawlu fiż-żoni tal Msida (fis-Swatar u sit ieħor quddiem Mater Dei), Wied Blandun (Fgura-Bormla) u Baħar iċ-Ċagħaq. Se ssir ukoll applikazzjoni għal-fondi taħt miżura tmienja tal-Rural Development Program sabiex jiġi restawrat Wied Sta Katarina fil-lokalita’ tan-Naxxar kif ukoll Ġnien is-Sultan f’Ħaz-Żabbar. Il-siġar u arbuxxelli li ser jitħawlu huma indiġeni u jvarjaw skond l-ambjent preżenti f’dawn il-lokalitajiet.

San Pawl il-Baħar – ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet mill-1 ta' Ottubru, 2015 sal-lum, fejn il-wardens ħarġu ċitazzjonijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq, biex ma jkunx jista' jsir parking f’dak il-post, minħabba li tkun ser tinġarr xi ħaġa minn dak il-post partikulari, jew tkun ser tinġieb xi ħaġa hemmhekk? F'liema toroq ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu u fil-lokalità indikati fil-mistoqsija, ma nħarġet l-ebda ċitazzjoni relatata mal-offiża hawn fuq imsemmija.
Leg 12 PQ #27528 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu t-taħditiet dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-ċivil? Meta hu mistenni li jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet jinsabu għaddejjien u ilhom li bdew xi ġimgħat. Id-dħul fis-seħħ tal-ftehim huwa wkoll parti minn negozjati.
Leg 12 PQ #27529 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżami għad-dħul ta’ skrivana mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar eżami għad-dħul ta' skrivani mal-Gvern? Kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew? Kemm ġew impjegati s’issa, u f'liema dipartimenti? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati iktar skrivani minn dawk li għaddew? Meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar eżami ta’ Skrivani mal-Gvern kien sar f’Novembru 2012 u kellu skadenza ta’ sentejn ħlief għal dawk li qagħdu għar-re-sit, fejn it-tali kien validu għal tliett snin. Dan ifisser li l-proċess ingħalaq fit-totalita’ tiegħu fl-2016. B’kollox għaddew 116-il persuna. Dawn ġew ingaġġati kollha mas-servizz pubbliku ħlief 7 li għażlu li ma jieħdux il-ħatra. L-ingaġġ isir mas-servizz pubbliku u mhux mad-dipartimenti.
Leg 12 PQ #27530 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet fid-diversi dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw promozzjonijiet fid-diversi dipartimenti li għandu l-Gvern, bejn Jannar 2015 u llum, dipartiment b’dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ promozzjonijiet lil persuni li jaħdmu f’Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta għal 76 kif muri fit-tabella annessa. Kull promozzjoni kienet ri¿ultat ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet u diversi minnhom kienu service wide calls bl-applikanti jiġu ppostjati fl-UPM. B’seħħ minn din is-sena, s-Segretarji Permanenti ġew delegati l-awtorita’ li jmexxu u jaħtru uffiċjali f’po¿izzjonijiet bla ma jgħaddu ċentralment. Għaldaqstant mitlub tirreferi l-mistoqsija tiegħek lill-ministeri rispettivi. Tabella; Dipartiment Total Government Printing Press 3 Government Property Division 7 Department of Information 6 Office of the CIO 1 Internal Audit & Investigations Department 6 People & Standards Division 21 Centre for Development, Research and Training 6 Support Services 1 Directorate Finance and Administration 12 Energy & Projects 3 Permanent Secretary Strategy & Implementation 10 76
Leg 12 PQ #27531 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy dwar pubblikazzjoni ta’ riżultati ta’ intervisti għall-promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx policy li ma jiġux ippubblikati r-riżultati ta' intervisti għall-promozzjonijiet, u b'hekk ma jkunx magħruf il-placing li fih ikun ġie min ikun qagħad għall-interview?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda policy li ma jiġux ppubblikati riżultati. Madanakollu, prassi ta’ snin sħaħ mgħoddija u li hekk għadha sa llum hi li fi proċessi ta’ għażla għall-mili ta’ postijiet jew pożizzjonijiet fi skala 5 l-kandidati eliġibbli jiġu mgħarrfa individwalment bir-riżultat u l-placing tagħhom u ta’ kandidati eliġibbli oħra.

TEN T – Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f’Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN T f'Għawdex? Liema minn dawn it-toroq saru b'ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u f'kull każ ta' kull triq meta nbeda u tlesta x-xogħol u kemm kien il-ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T u li għadhom ma sarux? Meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li toroq ko-finanzjati bil-fondi Ewropej mill-programm għall-perjodu bejn l-2004 u l-2013 hu kif ġej: Bejn l-2005-2006 saret Triq Ħal Far Fażi III mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2006-2008 sar il-pont ta’ Triq Reġjonali, f’San Ġiljan mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Fl-2006 saret Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, f’Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2006 u l-2007 saret il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2006-2007 saret Triq l-Imġarr mit-terminal fl-Imġarr sar-roundabout tal-ħeliport fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Fl-2010 saret Triq l-Imġarr mir-roundabout tal-ħeliport sar-roundabout Tal-Ħniena fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Vjal Garibaldi, Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011-2012 saru Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa u l-Furjana mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Marfa, fiċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011 u l-2012 saru Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika fir-Rabat u x-Xewkija Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011-2013 saret il-bypass tal-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2011-2014 saret kostruzzjoni ta’ underpass minn Triq Diċembru 13 sar-roundabout tal-Menqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Bejn l-2013-2015 saret rikostruzzjoni ta’ Triq is-Salina, fil-Coast Road mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli. Dawn il-proġetti ġew identifikati sabiex jiġu kkunsidrati għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea tul il-perjodu 2014-2020: - Addolorata Junction (tneħħija ta’ traffic bottleneck f’ node s EA20a-EA21a) - Kappara Junction (tneħħija ta’ traffic bottleneck u upgrade ta’ Triq Reġjonali f’ nodes EA14 u EA16)
Leg 12 PQ #27632 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – ħaddiema jaħdmu waqt li qed isiru t-tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema tħallew jaħdmu fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan kien ta’ periklu għas-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici hadet hsieb li fid-dokumenti tal-offerta tigi mdahhla struttura li l-iskop taghha hu li ma jhallix trabijiet u foga tohrog minn fuq il-lant ta’ fejn ikunu qeghdin isiru x-xogholijiet. Fuq kollox din l-istruttura ta’ natura temporanja kienet fundamentali biex tul il-perjodu kollu ir-regolamenti abbinati mas-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol skont l-avviz legali LN 281 / 2004, jigu osservati. Din l-istruttura giet mpoggija qabel ma’ beda x-xoghol u ha titnehha wara li jitlestew ix-xogholijiet kollha.
Leg 12 PQ #27633 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – mediċini u equipment mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inżammu ammont sostanzjali ta’ mediċini u equipment mediku (li jiswa l-miljuni) fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan sar kontra r-regoli bażiċi ta’ kif suppost tinżamm il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar risk assessment kif inhu xieraq u x-xogholijiet saru bi pjan u flimkien mal-Awtorita’ dwar il-Medicini ittiehdu l-prekawzjonijet necessarji sabiex il-kontenut ma jkunx kompromess.
Leg 12 PQ #27634 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete – ħidma fil-qasam

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara kważi sena minn meta ġiet varata l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete fejn waslet il-ħidma f’dan il-qasam? Liema huma l-punti mill-Istrateġija li ġew implimentati? X’tip ta’ moniteraġġ qed isir biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-imsemmija strateġija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progress tal-pjan t’azzjoni li jirrizulta mill-istrategija Nazzjonali dwar id-Dijabete ikun segwit mill-ufficcju tat-tabib ewlieni tal-gvern. Skont kif mahsub minn dan il-pjan din is-sena gew introdotti 2 medicini godda fuq il-formularju tal gvern li huma gliptins u repaglanide; harget sejha ghal-2 konsulenti godda fid-Dipartiment tad-Dijabete’; sal-ahhar ta’ din is-sena ser jibdew jinghataw glucose sticks lill-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-tip 1; waqt illi inghata bidu ghal-kampanja dwar ikel nutrittiv.
Leg 12 PQ #27635 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Il-Kalkara – ex ċimiterju militari – kawża tal-appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża tal-appell li kien hemm min-naħa tar-residenti tal-Kalkara fil-konfront tal-Gvern rigward l-exċimiterju militari (tal-Ġermaniżi) li hemm fi Triq il-Missjoni Taljana fil-Kalkara, hekk kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament? Jekk il-Qorti tat is-sentenza tagħha, jista' l-Ministru jgħid meta ngħatat din is-sentenza? Jista' jpoġġi kopja tas-sentenza fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-futur ta’ dan iċ-ċimiterju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kawża tal-appell li kien hemm fil-konfront tal-Gvern minn naħa ta’ xi residenti tal-Kalkara rigward l-ex Ċimiterju militari, ġiet dikjarata bħala deżerta fid-9 ta’ April, 2013 hekk kif indikat fil-verbal li ngħata mill-Qorti tal-Appell Ċivili. Dan ifisser li s-sentenza li kienet ingħatat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-16 t’Ottubru, 2009 issa hija finali. Fiha l-Qorti kienet ċahdet it-talba magħmula mir-residenti kontra iċ-Chief Government Medical Officer. Fl-istess kawża dawn ir-residenti ġew ikkundannati sabiex iħallsu l-ispejjeż kollha ta’ l-istess kawża. Bħalissa diġa sar xi restawr ta’ parti mill-oqbra li jinsabu fiċ-ċimiterju msemmi, x-xoghol ta’ aktar manutenzjoni u tisbih ghadu qed jitkompla.
Leg 12 PQ #27636 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Colonoscopy – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu colonoscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 796 pazjent jistennew biex jagħmlu colonoscopy. Dan juri titjieb konsiderevoli fuq il-figura tal-2013 li kienet 1121 pazjenti jistennew biex jaghmlu colonoscopy. Ninfurmaha ukoll li waqt li fl-2012, igifieri l-ahhar sena shiha tal-gvern precidenti, kienu saru 3377 colonoscopy, fl-2015 saru 5232 colonoscopy.
Leg 12 PQ #27637 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Colonoscopy – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija twila l-istennija għall-colonoscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27636.

Għawdex – Ix-Xagħra – Triq Marsalforn — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex ikompli x-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra? Meta hu maħsub li din it-triq tkun lesta minn kollox?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal din is-sena l-Gvern Ċentrali alloka lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra s-somma ta’ Euro 481,394. Ladarba l-Kunsilli Lokali huma awtonomi u distinti mill-Gvern Ċentrali, huma l-Kunsilli li jidentifikaw u jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet fil-lokalità u li jiddeċiedu kif jintefqu l-flus allokati lilhom mill-Gvern Ċentrali skont l-istess prijoritajiet u ħtiġijiet. Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tax-Xagħra applika għall-fond tal-Proġetti Kapitali biex jikseb fondi sabiex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuq it-triq imsemmija. B’sodisfazzjon ngħid li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra hu wieħed mill-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dan l-fond u ser jiġu allokati ħamsin elf ewro (€50,000) għal dan il-għan.
Leg 12 PQ #27720 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xagħra – tarmak aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru tiegħu fuq il-Pjazza tax-Xagħra biex din saret bit-tarmak aħmar? Jista' jgħid kemm sewa' ż-żrar speċjali li ntuża għal dan il-għan? Kemm kienet l-istima oriġinali biex isir dan ix-xogħol u kemm fil-fatt sewa b'kollox ix-xogħol li sar fuq il-Pjazza tax-Xagħra? Jista' jgħid x'se jsir biex jiġi assigurat li l-wiċċ tal-pjazza ma jiswiedx u għaldaqstant ma jkunux intefqu l-flus fix-xejn biex il-wiċċ ikun aħmar?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħol inkwistjoni kien stmat €118,761.70 eskluż il-VAT. Ix-xogħol ġie jiswa €122,801 eskluż il-VAT. Qed isir ħasil tal-pjazza fuq bażi regolari.
Leg 12 PQ #27721 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

General Ability Test – kanditati eleġibbli għall-post ta’ principal u clerk

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati eleġibbli u li qagħdu għal General Ability Test għall-post ta' Principal u għall-post ta' Clerk fis-Servizz Pubbliku? F'kull każ kemm għaddew minn dan il-General Ability Test? Jista’ jispjega għaliex ladarba dan il-General Ability Test kien wieħed kompjuterizzat (online digital format) ir-riżultat ma ħariġx dakinhar stess iżda kellhom jgħaddu diversi ġranet biex inħareġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kandidati li qagħdu għat-test imsemmi huwa ta’ 1,738 kif muri fit-tabella annessa. Minħabba l-ammont ta’ konkorrenza, dan it-test kellu jinżamm f’numru ta’ sessjonijiet. Għalhekk, peress li dan l-eżami huwa wieħed kompetittiv, kien hemm il-ħtieġa li jinħareġ riżultat wieħed konsolidat skont l-ordni tal-marki miksuba. Fil-fatt l-aħħar sessjoni tat-test saret it-Tlieta 20 ta’ Settembru u r-riżultati ħarġu l-Ħamis 22 ta’ Settembru minħabba li lejliet kienet festa pubblika. Tabella Annessa; Kandidati li qagħdu għal General Ability Test Numru ta Kandidati li għaddew Skrivani 1,137 923 Principali 601 285 Total 1,738 1,208
Leg 12 PQ #27722 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-proġett imwiegħed dak ta' konnessjoni bl-ajru bejn Malta u Għawdex, mhux se jsir? Jista' jgħid minn kienu l-konsulenti kollha kemm mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn xi entità oħra governattiva,li ħadmu fuq l-istudji li saru fuq dan il-proġett? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji u l-konklużjonijiet tagħhom fejn juru li din il-konnessjoni bl-ajru bejn Għawdex u Malta m’għandhiex issir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-twegibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 11887, 25532 u W504.
Leg 12 PQ #27732 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iċ-Ċittadella — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li flok il-Qorti ta' Għawdex fiċ-Ċittadella issir boutique hotel? Jista' jikkonferma wkoll jekk għandux il-ħsieb li jneħħi l-mużewijiet kollha li hemm fiċ-Ċittadella u jpoġġihom post ieħor? Jikkonferma li flok dawn il-mużewijiet, għandux l-ħsieb li dawn l-istess binjiet jintużaw għal skopijiet kummerċjali bħal restaurants u attivitajiet oħra simili?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan ħolistiku għaċ-Ċittadella. Issa li ċ-Ċittadella Management Committee ġie mwaqqaf, qed jiġu drafted it-tenders tal-bini tal-Qorti l-ġdida li hija priorita’ għal dan il-Gvern. Sussegwentament jittieħdu deċiżżjonijiet wara li ssir konsultazzjoni ampja.

Residenza San Vinċenz de Paul — Swali bl-ilma minn sistemi tal-arja kondizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li fl-aħħar ġimgħat, fir-Residenza San Vinċenz de Paul, erġajna rajna xeni, kif kien ġara sena ilu, meta f`nofs il-kuriduri ta’ numru ta’ swali s-sistemi tal-arja kondizzjonata reġgħu spiċċaw iqattru b’riskju għall-anzjani u l-qraba tagħhom kif ukoll għall-ħaddiema, bil-konsegwenza li kellhom jitpoġġew bramel, xugamani u ħrieqi f`nofs l-istess kuriduri ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sad-data li fiha qiegħda titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, ma ġewx irrappurtati sistemi ta’ arja kondizzjonata li qed iqattru. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, illum ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, hemm sistema kkompjuterizzata, fejn kull ħsara qiegħda tkun irrekordjata f'sistema ċentrali u tiġi ndirizzata b’mod immedjat.

Residenza San Vinċenz de Paul – tiswijiet tal-arja kondizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tiswijiet fuq is-sistema tal-arja kondizzjonata fir-Residenza San Vinċenz de Paul sarx mill-ħaddiema tal-Gvern inkella mill-ħaddiema tal-privat ? Kemm kienet l-ispiża globali għal dan l-istess xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq is-sistema tal-arja kondizzjonata fir-Residenza San Vinċenz de Paul, saret mill-ħaddiema tal-privat. L-ispiża globali għas-sena 2016 kienet tammonta għal €66,506.