Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kellha l-marda tal-kanċer ibbenefikat minn check-ups mingħand it-tabib tal-familja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa din is-sena kien hemm 44 mara li sarilha follow-up mit-tabib tal-familja wara li għaddew aktar minn ħames snin li sofriet minn kancer tas-sider.Kien hemm ukoll 39 pazjent li ġew fast tracked mit-tabib tal-familja wara suspett li l-pazjent jista’ jkollu kancer fil-musrana. B’hekk aktar każijiet ta’ kanċer fil-musrana jkunu jistgħu jinqabdu kmieni.
Ninforma Iill-Onor. Interpellant illi dawn iż-żewġ servizzi ġodda ġew introdotti din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati mal-eHealth u jispjega din x’inhi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Ottubru 2016, kien hemm 16,080 persuna li hi registrata ghall-użu tal-myHealth.
Il-
myHealth
hu servizz elettroniku li permezz tiegħu pazjenti Maltin u t-tobba tagħhom jistgħu jaċċessaw data personali fuq is-saħħa permezz ta’ komputer imqabbad mal-internet. Pazjenti jistgħu joħolqu
links
volontarji ma’ tobba biex jiffaċilitaw l-aċċess sigur
online
għad-
data
personali tagħhom. Fost affarijiet oħra t-tabib tal-familja mill-klinika tiegħu fil-komunità, bil-permess tal-pazjent, jista' jikseb rizultati tad-demm u ta' testijiet oħra, riżultati ta'
X-rays
, in-noti elettroniċi bl-istorja tal-pazjent u kif ukoll lista ta' xi mediċini li qiegħed jieħu l-pazjent.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-pensjoni li qed tieħu hija baxxa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separamtanet ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar tibdil fil-flotta tal-fire engines? Kemm hemm fire engines ġodda? Kemm se jaslu din is-sena? X'hemm maħsub għall-ġejjieni? X'tip ta' fire engines ġejjin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-dettalji mitluba huma kif ġej:
· Xiri ta’ tlett (3) Fire Engines second hand mill-Ingilterra fis-sena 2014 għal kontra n-nirien domestici
· Xiri ta’ Fire Engine ġdida fis-sena 2014 għat-tifi ta’ nar rurali.
· Xiri ta’ tlett Fire Engines oħra ġodda 2015 għat-tifi ta’ nar rurali.
· Xiri ta’ sitt (6) Light Fire Engines bħala fast response f’nar u salvataġġ u Foam carrier għall-nirien industrijali li għandhom jaslu fl-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena (2016).
· Xiri ta’ ħdax (11) il-Fire Engine għall-ġar ta’ ilma u tifi ta’ nar domestiku u industrijali kif ukoll USAR Truck li għandhom jaslu sa’ l-aħħar tas-sena d-dieħla (2017).
· Xiri ta’ żewġ (2) Industrial Fire Trucks li għandhom jaslu sa’ l-aħħar tas-sena d-dieħla (2017)
· Barra minnhekk hemm ftehim mad-Dipartiment tal-Finanzi li l-vetturi kollha tad-DPC li jammontaw għal madwar hamsin (50) jiġu mibdula kollha fuq pjan ta’ ħames (5) snin.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar ftehim settorali tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili? Hemm ħsieb li jinbidel? Kif se jsir dan? Il-Union tal-Protezzjoni Ċivili għandha sehem fih?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ftheim Settorali tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sar wieħed biss u dan kien iffirmat fis-7 ta’ Novembru 1997. Peress li issa ilu kważi għoxrin sena hemm ħsieb li jinbidel u l-Ministeru diġà ltaqa’ mal-Union tal-Protezzjoni Ċivili fuq dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-emerġenza din is-sena? Kemm kien hemm minnhom li kienu sejħiet foloz?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Emerġenzi mill 1 ta’ Jannar sa 31 t’Awwissu 2016 kienu jammontaw għal-3311, minnhom kien hemm 276 –il sejħa falza.
Jista’ l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jippromovi lilu nnifsu? X'użu qed jagħmel mill-media? Kemm saru żjarat fl-iskejjel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħmel bosta promozzjoniet. Mill-bidu tas-sena 2016 sal-aħħar ta’ Settembru kellna 75 preżenza fuq il-media li kienu mqassmqa kif jidher hawn taht:
Gazzetti / Portals 13
TV 53
Radju 09
Total 75
Barra minn dan ikollna diversi żjarat fl-iskejjel mill-membri tad-Dipartiment jew inkella diversi studenti ta’ kull età mid-diversi skejjel kemm tal-Gvern, tal-Privat kif ukoll dawk tal-Knisja li jżuru xi wieħed mill-istazzjonijiet li għandu d-Dipartiment madwar Malta u f’Għawdex. Mill-bidu tas-sena sa Settembru 2016 kellna 59 vista u magħhom nistgħu nżidu wkoll it-taħditiet li jkollna fl-iskejjel jew entitajiet oħra li sa issa kellna li kienu 31.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar investiment kapitali fil-Forzi Armati ta’ Malta bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija, l-investiment kapitali fil-Forzi Armati ta’ Malta, kien ta’ €54,694,929 u l-Forzi Armati ta’ Malta diġa qed tieħu frott minnhom. Ġew kommessi wkoll €77,811,000 li bħalissa qed isiru arranġamenti biex il-FAM tibbenefika minnhom.
Forzi Armati ta’ Malta – Uffiċjali fil-gradi ta’ Logutenet Kurunell u Kurunell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn l-2008 u Marzu 2013 ġewx promossi Uffiċjali fil-gradi ta’ Logutenet Kurunell u Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta mingħajr ma’ kien hemm vakanza għalihom? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il wieħed kien hemm f’kull rank u x’kienet ir-raġuni għalfejn kienu ġew promossi? Jista’ jgħid ukoll jekk l-imsemmija kenux ġew promossi wara xi sejħa u proċess ta’ selezzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma ġewx promossi Uffiċjali fil-gradi ta’ Logutenet Kurunell u Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta mingħajr ma kien hemm vakanza.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar minn Jannar 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari in konnessjoni mal-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li, wara konsultazzjoni sħiħa mal-għaqdiet ambjentali u kif mitlub mill-esperti fis-settur ambjentali, f’Jannar li għadda inqalgħu ammont ta’ siġar tal-Ficus li kienu madwar parti mill-pjazza. Dawn is-siġar reġgħu inzergħu b’mod immedjat f’żona oħra fil-lokalità stess.
Fl-istess waqt tressqu wkoll l-applikazzjonijiet neċessarji lill-MEPA u bdew jitfasslu t-tenders neċessarji fir-rigward tal-proġett kollu.
Il-permess fir-rigward tax-xogħol tal-bini tal-latrina pubblika fi Triq il-Foss ħareġ u beda x-xogħol tat-twaqqieħ u bini mill-ġdid li mistenni li jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-permessi tal-pjazza ġew approvati ukoll u t-tender ġie ppubblikat. Bħalissa dan it-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni. Malli ssir l-evalwazzjoni skont il-proċeduri kollha, mistenni jibda x-xogħol fuq il-Pjazza.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Raħal Ġdid li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Raħal Ġdid hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Paola
Vjal Santa Luċija
Road Surface Repair Works
Paola
Vjal Sir Paul Boffa
Road Surface Repair Works
Paola
Triq Għajn Dwieli
Road Surface Repair Works
Paola
p/o Triq l-Arkata and p/o Triq l-Ibjar
Construction and Surfacing
Paola
p/o Triq Ninu Cremona
Construction and Surfacing
Ħal Tarxien – toroq asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Tarxien li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet tat-toroq ġewwa Ħal Tarxien hekk kif ġej:
- Triq San Anard
- Triq il-Palma
- Parti minn Triq it-Tamal
- Parti minn Triq Lorenzo Gonzi
- Parti minn Triq l-Isqajjaq
Xogħlijiet għaddejjin ukoll bħalissa fuq:
- Triq Birżebbuġa
- Triq San Franġisk
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Gudja li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq toroq fil-Gudja hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Gudja
Rużar Formosa
Reconstruction & Paving – Residential Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Għaxaq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq f’Ħal Għaxaq hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Għaxaq
Triq in-Niġem
Construction and Surfacing, Residential Road
Għaxaq
Triq Garakol & part of Triq GM Farrugia
Construction and surfacing, Residential Road
Għaxaq
Triq Wenzu Dalli
Construction and surfacing, Residential Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Marsa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq fil-Marsa hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Marsa
Triq it-Tigrija
Road Surface Repair Works
Marsa
Triq Aldo Moro
Road Surface Repair Works
Marsa
Triq il-Labour
Road Surface Repair Works
Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir social assessment tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikaw biex jidħlu f’home u minkejja li applikaw ħadd għadu ma kellimhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-proċess ta’ installazzjoni ta’ lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa, hekk kif bħalissa għaddej il-proċess ta’ aġġudikar fuq it-tender għal-lift fil-binja msemmija.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-anzjana li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament li tinsab id-dar u applikat biex tidħol f’home minħabba bżonn urġenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw b’mod separat daħlet f’Residenza tal-Anzjani tal-Gvern.