Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rotta X1A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha l-karozza tal-linja bir-rotta X1A mhux qed topera preżentement, u meta hu mistenni li tibda topera? X’iżżomm milli din ir-rotta tibqa’ topera s-sena kollha, u għaliex minkejja li s-sena skolastika tibda lejn l-aħħar ta’ Settembru, bidu ta’ Ottubru, xorta waħda din l-istess rotta mhux qed issir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ir-rotta X1A kif ukoll ir-rotta X1B huma rotot li joperaw fuq l-iskeda tax-xitwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Din l-iskeda daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru.
Leg 12 PQ #27638 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt iż-żmien ta’ prova tal-proġett pilota, il-proċessi kienu qed jiġu assessjati ġurnata b’ġurnata sakemm intlaħaq il-livell mixtieq u l-proġett seta jkompli jespandi mingħajr xkiel għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
Leg 12 PQ #27639 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tagħhom fil-proġett pilota?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum kien hemm 156 pazjent anzjan jew pazjent b’nuqqas ta’ mobilità li rreġistraw għas-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar fil-lokalitajiet tal-proġett pilota.
Leg 12 PQ #27640 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid eżattament f'liema lokalitajiet sar il-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lokalitajiet li fihom sar l-proġett pilota kienu r-Rabat u Raħal Ġdid.
Leg 12 PQ #27641 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota — spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spiżeriji nvoluti fil-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-proġett pilota kien hemm 11-il spiżerija li kienet involuta fit-tqassim tal-mediċini fid-djar.
Leg 12 PQ #27642 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda u meta ntemm il-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota beda b'sejħa għar-reġistrazzjoni tal-pazjenti f’Novembru 2015, u daħal fl-ewwel, minn tlett fażijet f’Jannar 2016 biex imbagħad ġie fi tmiemu f’Settembru 2016.
Leg 12 PQ #27643 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – ftehim mal-ispiżjara

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li laħaq mal-ispiżjara sabiex jibdew jitqassmu l-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim dwar tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani u persuni neqsin mill-mobilità huwa parti minn Service Level Agreement iffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2015, bejn il-Ministeru tal-Energġja u Saħħa, l-Kamra tal-Ispizjara u l-GRTU.
Leg 12 PQ #27715 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Yacht Marina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq yacht marina f'Għawdex? Fejn se tkun, u kemm se jkun hemm spazji għall-yachts?

Response (REFALO, ANTON)

Nassumi li l-Onor. Interpellant hu konxju tal-fatt li ħarġet EOI li bħalissa qed tiġi evalwata mill-PU.
Leg 12 PQ #27716 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Cruiser Liner Terminal — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi inawgurat il-proġetti tal-Cruise Liner Terminal f'Għawdex? Min se jkun qed jopera dan l-istess proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27715.
Leg 12 PQ #27717 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – landing ta’ fixed wing planes

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet marbutin ma' faċilità għal landing ta’ fixed wing planes f'Għawdex? Meta hu mistenni li jibda x xogħol fuq is-sit?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27722.
Leg 12 PQ #27718 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – bini ta’ breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti għall-bini ta’ breakwater f’Marsalforn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi qed nevalwaw il-possibilitajiet kollha biex dan il-breakwater jerġa' jiġi mibni. Nixtieq infakkar lil Onor. Interpellant illi riċentament, bil-Fondi tal-EU, sar konsolidament u tiswija tal-Menqa f’Marsalforn ukoll u li l-livell tal-breakwater u l-ħsara estensiva fil-breakwater tal-Menqa kienu kaġun ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni għal diversi snin minn amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #27733 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ ġarr tal-cargo minn Għawdex għall-Port il-Kbir jew Port ta’ Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jagħti data meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-ġarr tal-cargo minn Għawdex għall-Port il-Kbir jew għall-Port ta' Marsamxett wara li dan is-servizz twaqqaf kważi għaxar xhur? X’inhu jagħmel il-Ministeru tiegħu sabiex servizz tant essenzjali u li jnaqqas it-traffiku ta' vetturi kbar mgħobbija mit-toroq u minflok jinġarru bil-baħar jerġa' jibda jsir mill-kumpanija Gozo Channel? Jikkonferma li dan is-servizz huwa nkluż fil-kuntratt tal-Public Service Obligation li rebħet il-Gozo Channel, u meta mhux qed jingħata dan is-servizz, l-istess kumpanija tkun qed tikser dan il-kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Nassigura lil Onor. Interpellant illi dan il-Gvern qed jieħu inkonsiderazzjoni l-interessi ta’ l-istakeholders kollha.
Leg 12 PQ #27734 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li 10% tal-Fondi Ewropej għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020 se jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f' Għawdex? Jista' jgħid issa li għaddew kważi tliet snin minn dan il-perjodu ta’ finanzjament (2014-2020) kemm intefqu minn dawn il-fondi f'Għawdex u fuq liema proġetti jew inizjattivi intefqu? Jista' jgħid kemm intefqu fuq kull proġett jew inizjattiva u l-ammont li kien ġej minn fondi tal-Unjoni Ewropea u l-ammont li kien ġej minn fondi nazzjonali? Jista' jgħid liema proġetti jew inizjattivi hemm approvati u dawk li għadhom għaddejjin jew għad iridu jibdew? F'kull każ, jista' jgħid kemm hu maħsub li jkun l-ko finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa kommess illi l-10% tal-fondi Ewropej għall-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020 jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f’Għawdex. Fil-fatt wieħed mill-proġetti li huwa tal-Mużew Reġjonali għal Għawdex ġie approvat riċentament u huwa maħsub illi l-ko-finanzjament għal dan il-proġett ser ikun ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 20% minn fondi nazzjonali.
Leg 12 PQ #27736 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Vot ta’ Marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26243 u jgħid il-vot tal-marketing ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta li kellu fil-Ministeru tiegħu kif ġie minfuq għas-sena 2014 u għas-sena 2015? Għal kull każ jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull inizjattiva u kemm kien għad fadal minn dan il-vot li ma ntużax sal-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid għal kull każ ta' kull inizjattiva li ttieħed b' dan il-vot, ix-xogħol jew is-servizzi sar wara sejħa għall-offerti, talba għal kwotazzjonijiet jew b' direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi f’seduta oħra.

Inizjattiva Live in Carer – Persuni li qed jagħmlu użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li sal-lum qed jagħmlu użu mill-inizjattiva ta` Live in Carer li kien nieda l-Gvern sena ilu waqt id-diskors tal-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – sodod li tħallew vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar storja li ħarġet fuq il-mezzi tax-xandir fejn f’sala partikolari kien hemm struzzjonijiet (kif indikati fuq in-notice board ) mill-/f’isem il-Kap Eżekuttiv tar-Residenza San Vinċenz de Paul sabiex żewġ sodod jitħallew vojta bil-kliem preċiż kien jgħid hekk : “2 Beds in Rm 8 Reserved for CEO”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-istħarriġ li sar irriżulta li, il-mod kif kitbet in-nota l-iskrivana tas-sala, kien fuq inizzjattiva tagħha, fejn kienet qiegħda tirreferi għal żewġ sodod li għandhom jinżammu dejjem battala għal każijiet ta’ emerġenza, speċjalment għal dawk il-każijiet fejn ikun hemm ordni tal-Qorti, pulizija u social worker. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazzjoni ħasset li l-impjegata kkonċernata għamlet dan b’intenzjoni tajba u għalhekk ma kienx lok li jittieħdu passi.
Leg 12 PQ #27781 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pitkalija t’Għawdex — rikolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista ta' dak propost fil-partial review to the Gozo and Comino Local Plan (2006) Xewkija Enterprise Hub hemmx il-ħsieb li l-Pitkalija ta' Għawdex u faċilitajiet oħra marbuta mal-agrikultura li hemm f'dan is-sit, jitmexxew għal post ieħor? Jekk iva, x’inhuma l-pjanijiet u fejn hu maħsub li jsiru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Pitkalija ta' Għawdex titmexxa għal post ieħor. Dwar faċilitajiet oħra marbuta mal-agrikultura nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema facilitajiet qiegħed jirreferri.
Leg 12 PQ #27782 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola Primarja tar-Rabat Għawdex – sigurtà mal-binja

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 22578 tal-25 ta' Jannar 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk f' dawn l-aħħar għaxar xhur twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija f’Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali qegħdin f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libreriji Maltin biex fil-proċess li tiġi installata tali sistema jiġi kkunsidrat ukoll li din tkun tkopri wkoll is-sala illum okkupata mill-Arkivji Nazzjonali. Dan peress li s-sala okkupata mill-Arkivju Nazzjonali tidħol għaliha mil-Librerija ta’ Għawdex.
Leg 12 PQ #27783 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex– Triq Vajringa Ir-Rabat – xogħlijiet fuq wiċċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fuq il-wiċċ ta' Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex? Kemm sewa dan ix-xogħol? Jista' jikkonferma li qabel sar il-wiċċ tat-tarmak inbidlu s-servizzi li kien hemm bżonn jinbidlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm din it-triq taqa’ taħt id-dekasteru tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, peress li tali Kunsill qatt ma ħa azzjoni dwar din it-triq, il-Ministeru għall-Għawdex ħa deċiżżjoni biex isir xogħol ta’ major patching. Hu maħsub li fil-futur issir rikostruzzjoni mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħol kien stmat li jiswa madwar €25,000, il-kont finali għandu ma nħarigx .

Heritage Malta — Forti Sant’Iermu - interpretazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb iżżid l-interpretazzjoni fis-Sezzjoni Waħda u Sitta ġewwa l-Forti Sant’Iermu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Heritage Malta diġa għaddejja bi proċess ta’ titjib fl-interpretazzjoni fl-ewwel sezzjoni; kwantu għall-interpretazzjoni f’sezzjoni sitta, li tikkonsisti fi preżentazzjonijiet awdjoviżivi qosra, ninsab infurmat illi din hi kompluta kif inhi.