Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi matul l-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftit li xejn kien hemm sejħiet foloz (hoaxes) tul l-2016 u ma kien hemm l-ebda impatt negattiv fuq is-servizz tal-ambulanza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Forzi Armati ta’ Malta irnexxilha tassigura fondi ewropej f’investiment f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi, il-Forzi Armati ta’ Malta ibbenefikat minn €38,441,587 u ġew assigurati €51,100,000 minn fondi ewropej għal diversi proġetti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Forzi Armati ta’ Malta f’dak li hu taħriġ, żviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlett snin il-Forzi Armati ta’ Malta għamlet avvanz kbir fejn jidħol taħriġ, zviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha. Bħala taħriġ il-Forzi Armati ta’ Malta diġa żdidilha l-fond relatat b’ħamsin elf ewro fis-sena. Il-Forza għamlet titjib sostanzjali u nvestiet sew fl-iskola nterna tagħha u qed isir issa programm strutturat annwali ta’ taħriġ.
Il-Forzi Armati ta’ Malta irrevediet diversi programmi u kontenut ta’ programmi ta’ taħriġ ħalli dan ikun jirrifletti iktar il-b¿onnijiet u ż-żminijiet ta’ llum. Reġgħu bdew jintbagħtu kadetti f’akkademji navali barra l-pajji¿, ħalli tiġi risolta l-problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali kwalifikati fl-imsemmi qasam. Iddaħħlu wkoll korsijiet ta’ tmexxija relatati ma’ promozzjonijiet u li jirriflettu r-responsabbiltajiet ġodda li membri tal- Forzi Armati ta’ Malta ikunu ser jokkupaw.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiċi il-Forza għamlet arrangamenti u diskussjonijiet fit-tul man-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) sabiex ċertu korsijiet li qed isiru ikunu rikonoxxuti skont il-livelli li din il-Kummissjoni tirrikonoxxi. Diġa ġie rikonoxxut it-taħriġ relalat ma’ reklutaġġ ta’ suldati ġodda u dan f’livell tlieta. Bħalissa għaddejin diskussjonijiet finali sabiex jiġu rikonoxxuti wkoll korsijiet oħra bħal korsijiet ta’ kmand marbut mal-promozzjonijiet, kif ukoll korsijiet għal dawk li jkunu qed jippreparaw sabiex isiru uffiċjali bil-kummissjoni.
Il- Forzi Armati ta’ Malta bdiet ukoll tibgħat diversi membri tagħha isegwu korsijiet f’istituzzjonijiet rikonoxxuti esterni, bħall-MCAST, Transport Malta u l-ITS f’ċertu ħiliet marbuta max-xogħol tal- Forzi Armati ta’ Malta, u dan minflok mal-kors isir internament. Dan qed jassigura l-għola livelli kif ukoll kwalifika rikonoxxuta f’kwalunkwe mpjieg ieħor għall-membru. Dan ovvjament b’investiment finanzjarju.
Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja, kemm żdied fis-salarju membru tal-Forzi Armati ta’ Malta, jekk qabel ma kienx jitħallas għas-snajja li kellu u issa qed jitħallas tal-għola snajja li għandu, flimkien maż-żieda f’dik li hi msejħa l-AFM Allowance?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li membru fl-Armata li per eżempju kellu l-għola klassi ta’ snajja u li ma kienx jitħallas tagħha minħabba li qabel kienet bil-kwota ta’ kemm jitħallsu nies, issa żdied sa massimu ta’ €899.54 fis-sena, li jinkludi wkoll iż-żieda f’dik l-imsejħa AFM Allowance. Dan jiddependi mil-livell ta’ snajja li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu u ta’ xiex qabel kien jitħallas.
Forzi Armati ta’ Malta – problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jipprova jirrimedja l-problema ta’ nuqqas ta’ Uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali sabiex joperaw il-laneċ li għandha fi ħdanha l-Forzi Armati ta’ Malta, liema nuqqas kien wisq evidenti qabel Marzu 2013? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien dan in-nuqqas?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li iva huwa minnu li l-Armata għandha nuqqas ta’ uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali barra l-pajjiż sabiex joperaw il-laneċ li għandha fil-pussess tagħha. Dan in-nuqqas ġie minħabba li wara l-1999, il-Forzi Armati ta’ Malta ma bagħtitx iktar uffiċjali jitħarrġu f’akkademji navali. L-aħħar grupp li kien intbagħat, kien intbagħat ġewwa l-Germanja fl-imsemmija sena. Sussegwentament il-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tħarreġ il-membri tagħha jew internament jew billi tibgħathom isewgu korsijiet oħra imma mhux f’akkademji navali.
Dan in-nuqqas dan l-aħħar inħass sew meta l-Forza immodernizzat sew l-assi tagħha u ma kelliex biżżejjed uffiċjali kwalifikati sabiex topera dawn il-lanec. Dan in-nuqqas issa qed jiġi rimedjat billi l-Forzi Armati ta’ Malta qed terġa tibgħat uffiċjali tagħha isegwu korsijiet professjonali f’akkademji navali ġewwa l-Irlanda u l-Italja sabiex, mill-aktar fiss possibli, timla l-imsemmi nuqqas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’benifiċċji ħadu d-Detention Service Officers mill-ftehim settorjali li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-GWU f’Mejju tal-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li b’riżultat tal-ftehim settorjali li ġie iffirmat bejn il-Gvern u GWU, l-uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed igawdu minn dawn il-benefiċċji mill-1 ta’ Jannar 2015:
· Il-ħaddiema li kienu jaħdmu mas-Servizz ta’ Detenzjoni fil-ġurnata tal-ftehim ġew assimilitati bħala Detension Service Officers (DSO) fi skali ta paga differenti skond in-numru ta snin li kienu ilhom ingaġġati mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dan irrizulta li Detention Service Officers li kellhom tal-anqas 8 snin servizz telghu fi skala 12, dawk li kellhom tal-anqas sentejn (2) servizz telgħu għal skala 13 u dawk li kellhom anqas minn sentejn ġew assimilati fil-grad ta Detention Service Officer imma taħt il-kundizzjonijiet il-ġodda. Awtomatikament dan ġab miegħu żiediet konsiderevoli fil-pagi ta dawk involuti.
· Dawk il-ħaddiema li jaħdmu direttament fis-Servizz ta’ Detenzjoni bdew jibbenefikaw minn allowance ta €1,258 fis-sena.
· Fejn qabel kien hemm biss grad wieħed ta’ Detention Service Officers, issa din il-klassi għandha 4 gradi; li huma: a) Assistant Detention Manager (skala 7), Detention Shift Duty Manager (skala 9), Officer in charge Detention Shifts (skala 11/10) u Detention Service Officer (skala 14/13/12). B’hekk issa dawk li jaħdmu fis-Servizz ta Detenzjoni għandhom l-opportunita li jtejjbu l-karriera tagħhom skont il-ħila u l-esperjenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip u xi kwalità ta’ taħriġ qed jingħataw id-Detention Service Officers? Min qed jagħti dan it-taħriġ u kemm qed jiswa flus?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni jingħataw diversi tipi ta’ taħriġ kemm dawk li jingħataw mingħajr ebda ħlas kif ukoll dawk li jkun hemm il-ħlas għalihom. Dawn huma:
Emergency Evacuation Plans for the House Compound
Emergency Evacuation Plans for ‘B’ Block Compound
Emergency Evacuation Training Drills (including fire evacuation)
DS Standing Orders
Action for new immigrant arrivals
Action on Refusal of food and Fluid
Pregnant Women in Detention
Actions following an escape or attempted escape from Detention
Deaths in Detention
Sexual Harassment Policy for Detention Service
PAHRO regulations (their rights/work against management/pushing against authority etc)
Sexual Harassment at work
Memos (explanation of leave/sick leave)
Security Measures, Immigrants Rights and Obligations.
Dr Meillo : How to handle Ebola suspected and other medical/health issues.
Khalil Stelmart : Employee Support Programme.
Emergency Response & Rescue Corps : First Aid Course. Cost : €360.
Emergency Response & Rescue Corps : Fire Fighting Course. Cost : €225.04.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żurrieq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żurrieq hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Żurrieq
Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio
Resurfacing, Rural Road
Żurrieq
Triq Fra Ganmari Zammit
Construction and surfacing, Residential Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Safi li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Ħal Safi hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Ħal-Safi
Sqaq ta’ Ġawhar
Resurfacing, Rural Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żejtun li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żejtun hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Żejtun
Triq it-Tuss
Construction and Surfacing, Residential Road
Żejtun
Triq Santa Katerina
Road Surface Repair Works, Other
Żejtun
Triq id-Daħla ta' San Tumas / Xrobb l-Għaġin
Road Surface Repair Works, Other
Żejtun
Triq Ħaż-Żabbar/Sqaq No. 3
Asphalting works, Rural Road
Żejtun
Triq Liftija and Triq il-Plejju, Residential Road
Construction and Surfacing
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Mellieħa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fil-Mellieħa hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Mellieħa
Triq Għajn Tuffieħa
Road Surface Repair Works
Mellieħa / Mġarr,
Slielem, Fomm ir-Riħ
Road Surfacing, Rural Road
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li tilef sena pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata dwar l-eżitu permezz ta’ ittra mid-Dipartiment.
Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi infurmata x’qed isir dwar il-każ tagħha wara li għaddew aktar minn ħames ġimgħat mindu ġiet ikkuntattjata mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul ta’ ilma minn post ieħor tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa’ saret spezzjoni fil-post imsemmi minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar u l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq tender ta' kirja ta' ġnien li minkejja li ilu li applika xhur ħadd għadu ma ikkuntatjah?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament qed tiġi ndirizzata u l-applikant ser jiġi nfurmat bl-eżitu tat-talba tiegħu f’dawn il-ġranet.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-riżultati li ġew mgħoddija lill-PSC, matul l-aħħar sentejn? Liema minnhom ġew ippubblikati u liema le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-lista ta’ sejħiet kollha maħruġa matul l-aħħar sentejn u d-data ta’ pubblikazzjoni rispettiva tagħhom. Ma kien hemm l-ebda lista li ma ġietx ippubblikata.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 27531 li turi kif isir il-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fi skala 5.