Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk sa Marzu 2013 kienx inħareġ tender għall-pavimentar tal-Pjazza tat-Tritoni u jekk kienx ġie aġġudikat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2012 kienet ħarget tender riferenza GHRC BT2-2012 BT Phase 2 Hard and Soft Landscaping Works. Din it-tender ma ġietx mgħotija minħabba limitazzjoni ta’ budget. Barra minn hekk ma kien hemm ebda pjan lest biex il-pjazza tkun rilaxxata mill-vetturi tat-trasport pubbliku biex seta jsir ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm sewa l-proġett taċ-Ċentru tal-Baħħara fil-binja biswit ta' Liesse?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett mistenni jiġi jiswa’ €300,000 ( vat eskluż ). Infurmat ukoll li għad irid jiġi nstallat il-lift li huwa nkluż fl-ispiża imsemmija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti diġitali li saru fl-edukazzjoni fis-sena li għaddiet u x’hemm ippjanat għas-sena skolastika li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti diġitali li saru fl-edukazzjoni matul l-aħħar sena kienu dawn li se nsemmi:
· Twaħħlu Interactive Flat Panels fl-iskola Primarja tan-Naxxar bħala proġett pilota;
· Inxtraw Interactive Flat panels biex jitwaħħlu fi skejjel ġodda kif ukoll biex ikomplu jikkumplimentaw il-bżonnijiet tal-iskejjel;
· Inxtraw Laptops ġodda għall-għalliema, LSAs u KGAs;
· Inxtraw All-in-One PCs biex jikkumplimentaw l-Interactive Whiteboard (IWB) kif ukoll PCs ġodda fil-Laboratorji biex jinbidlu l-qodma;
· Inxtraw Short-Throw Projectors ġodda biex jinbidlu projectors qodma, kif ukoll long throw projectors;
· Inxtraw sound bars biex jikkumplimentaw l-IWBs li ma kellhomx sound;
· Inxtraw 3D-Printers biex ikunu mgħammra l-laboratorji tad-Design & Technology u tal-Kompjuter;
· Ġie ffirmat il-kuntratt tal-proġett tat-tablets li ser igawdu minnu l-istudenti kollha mir-raba’ sena sas-sitt sena fl-iskejjel primarji kollha tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti;
· Bħala parti mill-proġett tat-tablets qed jinxtraw ukoll liċenzji ta’ Software edukattivi li ser jiġu installati fuq it-tablets;
· Tiġdid ta’ Infrastruttura tal-Internet fl-iskejjel kollha tal-Gvern.
Min-naħa pedagoġika matul is-sena li għaddiet:
· Kompla t-taħriġ lill-għalliema rigward it-tablets li kien beda f’Settembru 2015;
· Inkitbu erba’ kotba diġitali interattivi u tqassmu b’xejn fuq it-tablets u mezzi oħra;
· Inxtraw u tqassmu lil kull skola tal-Istat “Story Starter packs”u “WeDo Lego packs” biex permezz tat-teknoloġija t-tfal ikunu jistgħu jibnu l-litteriżmu diġitali tagħhom;
· Inxtraw u tqassmu kotba lill-għalliema dwar il-Litteriżmu Diġitali li juru kif l-għalliema jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-mezzi li għandhom;
· Taħriġ u sapport fuq it-tablets fil-proġett One Tablet per Child;
· Ingħata aċċess lill-ġenituri fuq il-pjattaforma diġitali (iLearn VLE);
· Ittellgħet Konferenza Nazzjonali b’kelliem barrani u kelliema Maltin fuq Litteriżmu Diġitali.
Rigward proġetti futuri:
· Ser jibdew jiddaħħlu Interactive Flat Panels minflok Interactive Whiteboards (li hija teknologija aktar ġdida u ta’ benefiċċju għall-istudenti.);
· Ser ikomplu jiġu mmodernizzati l-Computer labs;
· Ser jiddaħħlu PCs fid-Design and Technology labs;
· Ser jinbidlu l-PCs kollha tal-iskrivani fl-iskejjel;
· Ser ikomplu jinxtraw numru ta’ projectors ġodda biex jinbidlu projectors qodma;
· Ser jinxtara software ġdid biex jintuża fuq kull Interactive Whiteboard/Interactive Flat Panel;
· Ser inkomplu ngħammru l-iskejjel il-ġodda bl-All-in-Ones.
Min-naħa pedagoġika hemm ippjanat:
· Ħolqien ta’ erba’ laboratorji li juru kif għandha tkun klassi tas-seklu 21;
· Kitba tal-istrateġija għal-Litteriżmu Diġitali. Dokumenti li nkitbu s’issa: X’inhu l-Litteriżmu Diġitali u Imġieba pożittiva fl-ambjent virtwali;
· Iddisinjar tal-kurrikulu għal-Litteriżmu Diġitali li jinkludi kompetenzi diġitali bħal kollaborazzjoni, kreattività, komunikazzjoni, ħsieb kritiku, “coding”, aspetti etiċi u ċittadinanza diġitali.
MCAST u l-Università ta’ Malta – suġġetti u korsijiet addizzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’suġġetti u korsijiet addizzjonali se jkunu provduti fl-MCAST u l-Università ta’ Malta għas-sena skolastika li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar korsijiet ġodda f'din is-sena akkademika hu kif jidher fid-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Dok. 'A' - il-korsijiet ġodda li se jkunu provduti fl-MCAST
Dok. 'B' - il-korsijiet u l-oqsma ta' studju ġodda li se toffri l-Università ta’ Malta.
Attachments:PQ 27003 - Dok. 'A' - MCAST new courses offered for 2016-17.xlsxPQ 27003 - Dok. 'B' - UoM.docx
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’inizjattivi ttieħdu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u x’hemm ippjanat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’din is-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) kompla jintensifika x-xogħol u l-inizjattivi tiegħu minkejja l-limitazzjonijiet kbar li għandu f’termini ta’ finanzjament, liema finanzjament beda jiżdied għall-ewwel darba b’mod konsiderevoli mal-bidla tal-gvern fl-2013. Fost l-aktar xogħol u riformi importanti li saru matul din is-sena kien hemm:
· Iż-żieda fil-ħlasijiet lill-awturi għall-Jeddijiet Pubbliċi.
· Kontinwazzjoni tar-riformi tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.
· Il-konsultazzjoni pubblika rigward l-abbozz ta’ liġi fuq il-Kunsill Nazzjonal tal-Ktieb. Bħalissa l-abbozz qed jiġi miktub.
· It-tkabbir tal-Festival tal-Ktieb tal-Universitá.
· L-intensifikazzjoni konsiderevoli fix-xogħol tal-Fiera ta’ Londra fejn għal din is-sena, wara li nnegozjajna allokazzjoni ferm iktar preferibbli minn tas-sena ta’ qabel, rajna żieda kbira fl-esportazzjoni tal-ktieb u servizzi relatati fl-Ewropa.
· Beda wkoll xogħol biex nibdew nesportaw il-letteratura Maltija fid-dinja Għarbija u bdew operazzjonijiet ġodda f’pajjiżi Ewropej.
· Żdiedet il-kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Arti u l-PBS fuq diversi inizjattivi fosthom film u traduzzjonijiet.
· Tkompla x-xogħol ma’ entitajiet oħra fi ħdan dan il-Ministeru.
· Intrebħet offerta kompetittiva bejn pajjiżi Ewropej biex għall-2018 tiġi organizzata f’Malta l-laqgħa annwali tal-istandards tan-numri tal-kotba f’Malta.
· Kontribut fuq l-abbozz ta’ liġi ta’ kontra ċ-ċensura fuq il-letteratura.
· Dalwaqt iktar tard din is-sena il-KNK ser ikun qed jerġa’ jtella' l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Għal din is-sena wkoll dawn iż-żewġ attivitajiet gawdew minn iktar finanzjament u tkabbir fil-preparamenti, it-tfassil u l-promozzjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kif mar il-proġett tal-BMI fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-BMI (Body Mass Index) tnieda f’Ottubru li għadda u twettaq b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Għaqda tal-Fiżjoterapisti. L-eżercizzju kien jinvolvi t-tfal kollha tal-Primarja u s-Sekondarja fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Total ta’ 46,000 student kienu eliġibli li jieħdu sehem f’dan il-proġett li baqa’ sejjer sa Diċembru u li tmexxa mill-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika. L-eżercizzju kien jitlob li jiġi mkejjel il-piż u t-tul ta’ kull student. L-għan ta’ din ir-riċerka kien biex jiġi determinat il-livell ta’ obeżita u biex jitħejjew pjanijiet ta’ azzjoni biex tittaffa din il-problema ta’ saħħa. Ma’ dan il-proġett kien hemm studju ieħor għaddej mill-Għaqda tal-Fiżjoterapisti li l-għan tiegħu kien li jara l-effett tal-piż tal-basktijiet tal-iskola fuq l-uġiegħ tad-dahar fl-istudenti fl-eta ta’ bejn it-tmien snin u t-tlettax-il sena.
Wara li ġiet analizzata d-data kollha li nġabret fuq il-BMI inkiteb rapport mill-Professur Victor E Grech u t-tim tiegħu, liema rapport eventwalment ġie mgħoddi lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u lill-Ministru għas-Saħħa. Ir-rapport fih data sensittiva u għalhekk ic-ċirkulazzjoni tiegħu kienet ristretta. Għadu kif ġie ffinalizzat ukoll ir-rapport dwar il-konnessjoni bejn il-piżijiet tal-basktijiet u l-uġiegħ tad-dahar, liema rapport għandu jiġi ppreżentat fil-ġranet li ġejjin lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u lis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru.
Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed fil-proċess li jiżviluppa rapporti individwali għal kull skola, Kulleġġ u lokalità, liema rapporti eventwalment se jintbagħtu lill-iskola u l-kulleġġ rispettiv mid-Dipartiment tar-Riċerka fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar fil-proġett tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ din is-sena u x'hemm ippjanat għas-snin li ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena tnedew numru ta’ inizjattivi bħala parti mill-inizjattiva tal-Garanzija taż-Żgħażagħ 2.0.
Dawn jinkludu:
1) klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC bla ħlas għal studenti li ġabu 6,7, U, jew tniżżlu bħala ‘absent’ f’wieħed jew aktar minn dawn is-suggetti: Malti, Ingliż, Matematika u Fiżika, f’Mejju 2016;
2) korsijiet ta’ 50 siegħa ta’ taħrig b’xejn fl-ECDL għal studenti li matul is-sena skolastika li għaddiet kienu qed jattendu l-programm skolastiku tal-
Alternative Learning Programme;
3) klassijiet ta’ reviżjoni b’xejn għal studenti tal-MCAST f’livelli 1, 2 u 3.
Matul dan ix-xahar ser titnieda wkoll in-NEET Activation Scheme II. Permezz ta’ din l-inizjattiva ser inkunu qed noffru assistenza psikosoċjali flimkien ma’ taħrig u esperjenza ta’ xogħol li jkunu mfassla skont il-ħtigijiet ta’ kull partecipant.
Dawn l-inizjattivi huma parzjalment iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 u se jkunu qed isiru kull sena sat-tmiem tal-programm operattiv.
Raħal Ġdid – rapport dwar l-istat ta’ Triq Ħal Luqa–
Question
Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq Ħal Luqa Raħal Ġdid u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Wied il-Għajn – skola primarja – studenti li jeħtieġu LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika 2016/2017 u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016 fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn kien hemm sittin (60) student statemented. Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati 42 Learning Support Assistant. Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqa’ taħt il-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Żejtun – rapport dwar l-istat Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit
Question
Jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali tal-Malta Transport sabiex jippreżentaw rapport dwar l-istat preżenti ta’ Triq il-Labour sa Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun u possibbilment stima tal-ispejjeż neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel xogħlijiet meħtieġa fuq Triq Alfredo Cachia Zammit hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet li ser isiru mill-Water Services Corporation.
Raħal Ġdid – skola primarja – studenti li jeħtieġu LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid fis-sena akkademika 2016/2017 li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016, fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid kien hemm:
Fi Skola Primarja ‘A’ - tlieta u erbgħin (43) student statemented. Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati erbgħa u tletin (34) Learning Support Assistant.
Fi Skola Primarja ‘B’ hemm tnejn u tletin (32) studenti statemented. Biex jingħataw sapport hemm erbgħa u għoxrin (24) Learning Support Assistant.
Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.
Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet – kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu awtorizzati kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul din is-sena fil-ministeri, fil-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeri kollha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghal Ministeru tal-Finanzi qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-Ministeri l-ohra, l-Onorevoli Interpellant ghandu jitlob l-informazzjoni lill-Ministeri koncernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lokalità żar il-Mobile Dental Clinic minn meta ġie varat u kemm-il persuna għamlet użu minn dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-Mobile Dental Clinic beda’ jopera uffiċċjalment f’Settembru tal-2015. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jagħti servizz lis-setturi kollha fis-soċjetà u għalhekk 'il fuq minn 1,400 persuna għamlet użu minn dan l-mobile unit. Dan il-Mobile Dental Unit offra pariri dwar kif wieħed għandu jżomm ħalqu u snien b’saħħithom u checkups b’xejn ġewwa lokalitajiet u postijiet differenti fosthom il-Belt Valletta, il-Birgu, Bormla, l-Isla, l-Mosta, Raħal il-Ġdid, iż-Żejtun, Birkirkara, ir-Rabat, Gwardamangia, Mellieħa, Naxxar, Ħaż-Żebbug, Santa Luċija, Ħad-Dingli, iż-Żurrieq, L-Imqabba, Marsaxlokk, Ħal-Għaxaq, L-Imsida, Ħal-Luqa, Għarghur, Ħal Tarxien, Pieta’, Ħal-Qormi u Għawdex.
Dan il-proġett huwa b’kollaborazzjoni bejn il-Fakultà tad-Dentristrija fl-Università ta' Malta u l-Unit tas-Saħħa Pubblika Dentali.
Ċentri tas-Saħħa – xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta fl-aħħar tliet snin u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2014 sal-lum saru diversi xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta. Fost dawn insemmi xogħlijiet ta’ refurbishment radikali ġewwa ċ-ċentri tas-Saħħa tar-Rabat u l-Mosta, li sewa lill-gvern €994,087.00, refurbishment fi kmamar u areas partikolari ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa tal-Furjana, Birkirkara u Raħal Ġdid, installazzjoni ta’ lift ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla, installazzjoni ta’ X rays diġitali u xogħol relatat ġoċ-ċentri tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-Furjana u anki tibdil tas-sistema HVAC ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-Furjana.
Dan l-investiment kien ta’ € 1,948,465.00.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2016 kemm kien hemm pazjenti li ngħataw kura fil-kurituri? Jista’ jgħid kif din il-figura tikkompara mal-2012, mal-2013 u mal-2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sa April ta’din is-sena kien hemm 662 pazjent li ngħata kura barra s-swali filwaqt li minn April sa Awissu ta’ din is-sena ma kien hemm l-ebda pazjent li ngħata kura f’kuritur ġewwa Mater Dei.
Fl-2015 kien hemm 2,009 pazjenti u fl-2014 kien hemm 2,500 pazjent li nghata kura barra s-swali. Fi żmien l-amministrazzjoni preċidenti, fl-2011 kien hemm 7448 pazjent u fl-2012, din il-figura kienet telgħet għal-8118 pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mewt ikkaġunat mit-tipjip fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u maqsuma sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont estimi kkalkulati mir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ mwiet attribwiti għat-tipjip f’dawn l-aħħar 4 snin huma kif indikati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena tal-mewt
Mwiet attribwiti ghat-tipjip fl-irgiel
Mwiet attribwiti ghat-tipjip fin-nisa
Total
2012
434
141
575
2013
393
127
520
2014
424
120
544
2015
430
135
565
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin u sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer, sena b’sena b’mod separat? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kienet l-età tal-persuni li mietu? X'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, mis-sena 2006 sa Mejju ta’ din is-sena, in-numru ta’ mwiet mill-marda tal-kanċer kull sena, hija kif tidher fit-tabella hawn taħt. Din it-tabella tinkludi kull tip ta’ kanċer li kkawża mwiet kemm fin–nisa u kif ukoll fl-irġiel. Il-kanċer tal-pulmun kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet fl-irġiel filwaqt li l-kanċer tas-sider kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet fin-nisa tul dawn l-aħħar 10 snin.
Year
<15
15-24
25-34
35-44
45-54
55-64
65-74
75-84
>85
Total
2006
2
4
6
20
54
160
221
239
92
798
M
0
3
3
8
28
84
130
147
44
447
F
2
1
3
12
26
76
91
92
48
351
2007
1
3
2
19
55
171
241
235
99
826
M
1
3
0
8
25
79
138
146
53
453
F
0
0
2
11
30
92
103
89
46
373
2008
1
3
6
10
67
191
221
252
104
855
M
0
2
5
5
39
112
129
145
50
487
F
1
1
1
5
28
79
92
107
54
368
2009
0
3
10
13
44
187
230
238
127
852
M
0
2
5
7
20
102
137
133
64
470
F
0
1
5
6
24
85
93
105
63
382
2010
4
2
2
11
64
200
248
237
97
865
M
2
1
2
4
29
117
148
105
50
458
F
2
1
0
7
35
83
100
132
47
407
2011
1
3
7
15
58
165
246
277
110
882
M
0
3
3
3
25
93
148
150
48
473
F
1
0
4
12
33
72
98
127
62
409
2012
3
3
10
14
60
171
242
276
146
925
M
1
2
4
7
26
100
133
142
76
491
F
2
1
6
7
34
71
109
134
70
434
2013
1
3
2
14
47
153
243
290
117
870
M
1
2
0
7
20
90
142
152
52
466
F
0
1
2
7
27
63
101
138
65
404
2014
1
2
7
15
40
175
267
293
133
933
M
1
2
3
9
25
101
169
158
64
532
F
0
0
4
6
15
74
98
135
69
401
2015
1
2
4
13
49
169
284
278
136
936
M
0
2
3
7
27
97
160
146
67
509
F
1
0
1
6
22
72
124
132
69
427
2016
1
1
0
5
19
56
121
113
52
368
M
0
1
0
3
11
37
72
63
22
209
F
1
0
0
2
8
19
49
50
30
159
Total
16
29
56
149
557
1798
2564
2728
1213
9110