Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – allokazzjoni ta’ marki lill-parteċipanti

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji Heritage Malta ħa tallokka l-marki lill-parteċipanti? Jista’ jgħid kemm-il marka ħa tingħata fuq kull kriterju msemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument imsemmi fil-mistoqsija, liema dokument huwa wieħed pubbliku, fejn hemm spjegat il-kriterji x’inhuma. Qed inpoggi fuq il- mejda tal- kamra d-dokument msemmi. Infurmat ukoll li kull kriterja imsemmija qed tigi allokata l- istess massimu ta’ marki.

Heritage Malta – Training Needs Analysis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżerċizzju ta' Training Needs Analysis għamlet Heritage Malta minn Jannar 2014 s’issa? Jista’ jgħid f' liema perjodu u f'liema dipartimenti saru dawn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara analiżi interna, fil-perjodu msemmi, fost oħrajn saru / qed isiru dawn il-korsijiet biex jindirizzaw ħiliet partikulari ta’ impjegati tal-Agenzija: First Aid għal selezzjoni generali ta’ impjegati: 2016; People Development Programme għal Senior Executives u Management: 2016; Quality Customer Service għal Visitor Services: 2016; Business planning, Entrepreneurship, Stakeholder Modelling għal Executives u Kuraturi: 2016; Total Station Training għal kuraturi u periti: 2016 ; Food Handling għal Visitor Services Gozo: 2016. Ma kien hemm l-ebda forma ta’ training formali matul is-sena 2014- 2015.

Heritage Malta – pjan ta’ reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' reklutaġġ ġewwa Heritage Malta għas-sentejn li ġejjin? Jista’ jinkludi kemm-il persuna ħa tirtira fiż-żmien imsemmi kif ukoll kemm il-persuna Heritage Malta ħa tingaġġa u f’liema grad?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2017 huwa programmat li jirtiraw sitt persuni, filwaqt li matul l-2018 ma għandu jirtira ħadd. Il-pjan ta’ reklutaġġ tal-2017 qiegħed jinħadem.

Heritage Malta — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'attivitajiet ħa tagħmel Heritage Malta għas-70 sena anniversarju mill-mewt ta' Antonio Sciortino? Jista’ jgħid kemm hemm fondi allokati għal dawn l-attivitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta għadha qed tikkunsidra tagħmilx xi attività għall-anniversarju msemmi, iżda din qed isir fil-kuntest tal-fatt illi issa l-Mużew Nazzjonali tal-Arti hu magħluq u l-forzi kollha huma kkonċentrati fuq il-proġett tal-MUZA.

Heritage Malta – Senior Executives (Architect) – Jobplus permit

Question

B'referenza għas-sejħa esterna li ħarġet Heritage Malta għall-pożizzjoni ta' Senior Executives (Architect) - Jobplus permit: 421/2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna magħżula hux ser titħalla tagħmel xogħol privat għal rasha wara l-ħin tax-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-persuna li eventwalment tintagħżel sabiex timla dan il-post ikollha l-istess obbligi u drittijiet li għandhom l-impjegati kollha tal-agenzija.

Heritage Malta – external posts

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17469 kif ukoll għas-sejħa ta' Senior Executives (Architect) - Jobplus permit: 421/2016, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-postijiet ġodda ta' impjiegi ġewwa Heritage Malta mhux qed ikunu mniżżla fil-website tal-istess Aġenzija? Jista’ jgħid għalfejn din is-sejħa ma ħarġitx interna biex periti interessati jkunu jistgħu japplikaw għall-post?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant għandu raġun jagħmel din il-mistoqsija u ninfurmah illi Heritage Malta se tassigura li avviżi dwar external posts ikunu inklużi fil-website tal-agenzija. Fir-rigward tas-sejħa msemmija ta’ Senior Executive Architect, ninsab infurmat illi dan ma huwiex impjieg ġdid iżda replacement back to back. Barra minn hekk, din is-sejħa ma ħarġitx internament peress li ma hemmx kandidati potenzjali interni li setgħu jimlew din il-posizzjoni.
Leg 12 PQ #27852 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Passiġġieri li qasmu bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bejn Għawdex u Malta fis-sena 2015 permezz tal-Gozo Channel? Kemm minn dawn il-passiġġieri qasmu bil-fare ta' Għawdxin? Kemm minnhom qasmu bil-fare ta' Maltin/turisti? Fl-istess sena 2015 kemm qasmu karozzi bejn Għawdex u Malta u Għawdex u kemm minn dawn kienu ta' Għawdxin u kemm ta' Maltin/turisti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, li l-biljetti li nbiegħu mill-Gozo Channel Company Ltd lill-passiġġieri u karozzi li qasmu bejn Għawdex u Malta kienu kif ġej: Total ta' biljetti mibjugħa lil Passiġġieri Numru ta' Passiġġieri 2015 Numru ta' Passiġġieri 2014 ¯ ieda ta' Passiġġieri fuq 2014 Passiġġieri Maltin/barranin 1,044,404 1,018,062 Anzjani Maltin 192,407 195,965 Passiġġieri Għawdxin 482,163 484,951 Anzjani Għawdxin 17,058 14,559 1,736,032 1,713,537 22,495 Total Vetturi bix-xufier Total ta' Vetturi bix-xufier 2015 Total ta' Vetturi bix-xufier 2014 Ż ieda ta' Vetturi fuq 2014 Vetturi bix-xufier Maltin/barranin 235,411 224,663 Vetturi bix-xufier Anzjani Maltin 38,380 36,003 Vetturi bix-xufier Għawdxin 258,001 245,267 Vetturi bix-xufier Anzjani Għawdxin 46,522 44,355 578,314 550,288 28,026

Daħla ta’ Buġibba – lights — ħamrija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dik il-parti tal-ħamrija ħdejn il-lights fid-daħla ta’ Buġibba li mhux qed tinħadem mill-ELC, fil-fatt tibda tinħadem minnhom, peress li hi l-uniku area ta' ħamrija li mhux qed tiġi kkurata mill-ELC?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Peress li l-ELC ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27854 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – airstrip — rapport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet tar-rapport dwar l-airstrip f'Għawdex? Min qed iwettaq dan l-istudju? Meta ser jiġi ppubblikat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari 27722.

Transport Malta – studju fuq xogħol li sar minn xi kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) wettqitx studji fuq xogħol li sar minn xi kunsilli lokali, matul l-aħħar sentejn? Fejn saru dawn it-testijiet (lokalità)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi l-ebda informazzjoni x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari W544.
Leg 12 PQ #27860 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Pjazza ta’ Buġibba – sors ta’ ilma fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga x’inhu s-sors tal-ilma li reġa’ beda ħiereġ fit-triq, hekk kif taqbeż il-pjazza ta' Buġibba (fuq il-front), u biex jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-triq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret rigward il-ħruġ ta’ ilma fi¿-¿ona indikata jirri¿ulta li dan kien kaw¿a ta’ perkolazzjoni ta’ ilma f’ bank li jinsab fil-Pjazza ta’ Buġibba. Għalhekk ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tinvestiga dan il-ħruġ tal-ilma minn-naha tagħha wkoll. Il-perkolazzjoni issa waqfet billi diga saru xi xogħolijiet.

San Pawl il-Baħar – tnaqqis ta’ abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Puliizja tat-traffiku tagħmel rondi regolari fil-bypass ta’San Pawl. L-istess qed isir mill-Pulizija tad-Distrett li tagħmel ukoll dawn ir-road checks meta jkun opportun. Dawn ir-rondi ser jitkomplew. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li barra min hekk hemm ukoll żewġ speed cameras, waħda quddiem l-oħra f’din it-triq, li l-iskop huwa wkoll biex jitnaqqas sewqan eccessiv.

San Pawl il-Baħar – spezzjonijiet mill-pulizija dwar abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta, matul l-2016 saru spezzjonijiet mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ, x'kienu r-riżultati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru, 2016, saru tmintax (18) il-spezzjoni mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed kif ukoll kontravenzjonjiet tat-traffiku oħra fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar. Rizultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kif ukoll ir-rondi li saru mill-Pulizija tat-Traffiku fl-istess perjodu, inħarrġu sitta u tletin (36) ticket relatati ma ovespeeding. Inħarġu wkoll disa u tmenin (89) ticket ieħor għal-kontravenzjonijiet tat-traffiku varji. Ninformah ukoll, li fl-istess bypass hemm il-cameras tal-over speeding, li huma kkontrollati mill-Law Enforcement System Agency (LESA), li rresponsabilita taħha taqa’ taħt Ministeru ieħor.
Leg 12 PQ #27925 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment Proprjetà tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem telaq jew ġie trasferit mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Jista’ jgħid ukoll il-grad ta’ kull ħaddiem u kemm minnhom ġew sostitwiti flokhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul iz-zmien imsemmi kien hemm 25 ħaddiem li telqu jew ġew trasferiti mid-Dipartiment Propjeta’ tal-Gvern kif muri fit-tabella annessa. 10 minn dawn il-ħaddiema rtiraw bl-eta’ pensjonabbli, 12 imxew f’ministeri ohra bi promozzjoni jew trasferiment u 3 ma għadhomx jaħdmu fis-servizz pubbliku. Ħaddiema rtiraw bl-eta' pensjonabli Grad Sostitwit Senior Technical Officer Le Manager -IPSL Le Assistant Principal Le Assistant Director Iva Technical - IPSL Le General Hand Le Assistant Director Iva General Hand Le General Hand Le General Hand Le Ħaddiema li mxew bi promozzjoni jew trasferiment Grad Sostitwit Enforcement Technical -IPSL Le Enforcement Technical -IPSL Le Watchman -IPSL Le Senior Systems Administrator Le Legal Officer Le Senior Clerk Le Director General Le (nhatar Direttur ieħor bħala Aġent Direttur Ġenerali) Messenger - ERL Le Manager - IPSL Le Legal Procurator - Mimcol Le Clerk Le Director Le Ħaddiema li ma g ħ adhomx ja ħ dmu fis-servizz pubbliku Grad Sostitwit Notary Le Legal Officer -ERL Le Technician Le

Trasport Pubbliku – Rotta 62

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rotta 62 tat-trasport pubbliku mis-Siġġiewi għall-Belt għamlet nofs siegħa wieqfa fil-Marsa Park&Ride mid-9:05am sa 9:35am, it-Tlieta 4 t’Ottubru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li r-rotta 62, fil-ġurnata u l-ħin indikat, għamlet nofs siegħa wieqfa minħabba raġunijiet loġistiċi li jirrigwardaw xufier. Transport Malta ġibdet l-attenzjoni lill-operatur tat-trasport pubbliku biex każi bħal dawn jiġu evitati.

Trasport Pubbliku – Marsa Park&Ride – bdil ta’ xufiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qegħdin jinbidlu x-xufiera fil-Marsa Park&Ride f'nofs traġitt? Jista' jara li x-xufiera jibqgħu fuq l-istess traġitt biex ma jintilifx ħin għall-passiġġiera sakemm isir it-tibdil tax-xufiera?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prassi normali li f’operat ta’ transport pubbliku ikun hemm bdil tax-xufiera waqt vjaġġ. Dan il-bdil jissejjaħ changeover u ġeneralment iseħħ meta x-xift tax-xufier ikun spiċċa jew inkella sabiex ix-xufier ikun jista’ jieħu il-break tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li wara tibdil li għamel l-operatur tat-trasport pubbliku fil-bidu ta’ dan ix-xahar, in-numru ta’ changeovers naqas b’mod konsiderevoli.
Leg 12 PQ #27938 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Swatar – Triq Joseph Deacon – sidien oriġinali ta’ djarhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm persuni fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar li minn Marzu 2013 saru sid ta' darhom wara li s-sidien oriġinali tħallsu mid-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista' jgħid meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maggior parti tal-art fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar għadha ma ġietx akkwistata u s-sidien oriġinali tal-art għadhom ma tħallsux mid-Dipartiment tal-Artijiet. Madankollu parti żgħira minn din l-art ġiet akkwistata mill-Gvern u s-sidien oriġinali tħallsu. Permezz ta’ dan l-akkwist, id-djar li kienu mibnija fuq din il-parti ġew trasferiti lill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ Avviż Legali Nru 6/2016 biex l-inkwilini jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jressaq id-domandi tiegħu lill-Ministru kkonċernat jekk sussegwentament għal dan l-akkwist, l-inkwilini xtrawx id-dar mingħand l-Awtorità tad-Djar.

Flag State – spetturi – spezzjonijiet fuq vapuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn spetturi tal- Flag State madwar id-dinja fuq vapuri reġistrati Malta matul is-sena 2015? Kemm minn dawn il-vapuri nżammu għax ma kenux skont l-istandard mitlub?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, saru 712-il spezzjoni fuq vapuri li huma reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili madwar id- dinja. Minn dawn kien hemm 30 vapur li ma tħallewx joperaw sakemm ma ttieħdu l-passi neċessarji mill-operaturi.

Emenda fil-Liġi biex jirregola l-użu ta’ annimali fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ emenda fil-liġi biex tirregola l-użu ta’ annimali fit-toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar l-Użu fit-Triq ta’ Bhejjem u Vetturi Miġbuda minn Bhima huma fis-seħħ u qed ikunu implimentati. Fir-rigward tal-proċess tal-liċenzjar, twettaq xogħol ta’ preparazzjoni b’koordinazzjoni mad-Dipartimenti tas-Servizzi Veterinarji u mal-Veterinarian Surgeons’ Council, kif ukoll saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni u informazzjoni mas-settur; u f’Ġunju li għadda l-Awtorità bdiet tilqa’ l-applikazzjonijiet għad-diversi tipi ta’ Liċenzji ta’ vetturi u bhejjem, kif ukoll ta’ Liċenzji tas-Sewqan skont kif provdut f’dawn ir-regolamenti. S’issa l-Awtorità rċeviet numru ta’ applikazzjonijiet kif ġej: · 181 applikazzjoni għal-Liċenzji ta’ vetturi miġbuda minn bhima għal użu privat (srieken u xarretti); · 20 applikazzjoni għal-Liċenzji ta’ bhejjem ta’ rkib bis-sarġ; · 248 applikazzjoni għal-Liċenzji tas-sewqan ta’ bhejjem u vetturi miġbuda minn bhejjem.

Ajruplani reġistrati — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ajruplani matul is-sena 2015? Jista’ jagħti l-istess statistika għas-sena 2013 u 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru t’ajruplani li ġew reġistrati matul is-snin 2013, 2014 u 2015 huwa kif muri hawn taħt: Sena Ajruplani reġistrati 2013 35 2014 48 2015 61