Ħal Tarxien – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Tarxien li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq jinsabu fuq il-lista ta’ toroq li jridu jiġu asfaltati minn Transport Malta ġewwa Ħal Tarxien:
- p/o Triq Mikiel Calleja
- Triq Moira Mintoff
- Triq il-Palma u Triq Birzebbugia (xogħol qiegħed isir)
- p/o Triq Lorenzo Gonzi
- p/o Triq it-Tamal
- p/o Triq San Franġisk
- p/o Triq l-Isqajjaq
Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq se jsiru skont prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.
Il-Gudja – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Gudja li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq jinsabu fuq il-lista ta’ toroq li jridu jiġu asfaltati minn Transport Malta ġewwa l-Gudja:
- n/s fi Triq il-Lewż
- Gudja Bypass
Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq se jsiru skont prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.
Ħal Għaxaq – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Għaxaq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jsiru skont prioritajiet nazzjonali, relatati ma’ proġetti ta’ uċuh ġodda ta’ asfalt. Dawn jitwettqu skont il-fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.
Il-Marsa – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Marsa li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq jinsabu fuq il-lista ta’ toroq li jridu jiġu asfaltati minn Transport Malta ġewwa l-Marsa:
- n/s fi Triq Xwieni
- p/o Triq Azzopardi
- Qormi / Marsa Bypass
Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq se jsiru skont prioratjiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa persuna b’diżabilità u li għandu problemi fis-saqaf tad-dar tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar kuntatt mal-inkwilin u ġie nfurmat bil-proċess.
Jista’ l-Ministru jara jekk hemmx applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ lift ġewwa flat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn fl-aħħar sular ta’ dan il-flat hemm persuna b’diżabilità u ma jistax joħroġ minħabba d-diżabilità tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa issa, l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta’ lift mill-blokka li għaliha qegħda ssir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.
Ċimiterju tal-Addolorata – irranġar ta’ turġien imkissra
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq turġien imkissra li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn ilhom isiru talbiet biex dawn jiġu rranġati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Settembru ta' din is-sena ħarget sejħa għall-Djalogu Kompetittiv li se jwassal ghall-ħrug ta' tender għall-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn se jkun hemm żieda ta’ 2,880 qabar gdid, jitjieb l-operat u s-servizzi, u jsir manutenzjoni u restawr estensiv tac-cimiterju eżistenti.
Santa Luċija – Triq il-Gardenja – ħsarat ta’ appliances minħabba qtugħ tal-provvista tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każijiet tal-persuni li joqogħdu fi Triq il-Gardenja f’Santa Luċija, peress li dawn sofrew ħsarat fl-appliances tad-dar wara li kellhom qtugħ tal-provvista tal-elettriku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-każi tal-klijenti indikati qed jiġu mistħarrġa mit-tekniċi tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħruġ ta’ permess ta’ xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità kkonċernata ġabret l-informazzjoni dwar dan il-każ speċifiku, fejn huwa magħruf li l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li m’hemmx kumpens dirett ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mill-ispizjara fil-komunita’, spizeriji li jaghmlu investiment relatat ma' din l-iskema ser jinghataw tax credit limitat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji li ffirmaw il-ftehim sabiex jibdew iqassmu l-mediċini fid-djar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan is-servizz mhux mandatorju mill-ispizeriji li huma rregistrati fl-iskema tal-POYC. Din l-iskema intlaqghet tajjeb mill-ispizjara fil-komunita’ u ghaldaqstant huma mistenni li l-maggoranza tal-ispizeriji jippartecipaw. Waqt il-fazi tal-progett pilota fir-Rabat u Rahal Gdid, 11-il spizerija ippartecipaw minn dawn iz-zewg lokalitajiet. Bhalissa qed nircievu l-konferma ta’ partecipazzjoni minghand l-ispizeriji fil-lokalitajiet fejn ser tigi estiza din l-iskema fil-fazi li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm pazjenti li se jagħmlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li r-registrazzjoni fl-iskema tat-tqassim ta' medicini fid-djar hija volontarja ghal dawk li huma ntitolati ghaliha, u peress illi l-iskema ghadha fil-bidu taghha u issa bdiet tigi estiza f'numru ta' lokalitajiet ohrajn, ghalissa ghadu kmieni wisq sabiex naghtiha figura ta' kemm klijenti se jaghmlu uzu minn din l-iskema.
Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – tax rebates
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tax rebate li se tingħata kull spiżerija li se toffri li tagħti s-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti?
Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – investiment fis-sistema tal-IT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont li se tieħu kull spiżerija biex tinvesti fis-sistema tal-IT bħala parti mill-ftehim sabiex il-mediċini jitqassmu fid-djar tal-pazjenti?
Jista’ l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda t-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti fuq skala nazzjonali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li spiccat il-fazi tal-progett pilota ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mal-lokalitajiet tar-Rabat u Rahal Gdid, issa zdiedu 6 lokalitajiet ohra li huma l-Imdina , Had-Dingli, l-Imgarr, Santa Lucija, Hal Tarxien u l-Fgura.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex issir baga akbar li magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners fix-Xlendi? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hi l-ispiża totali maħsuba għal dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li qed jiġi abbozzat it-tender relattiv.
Calls għall-Executive Officers, Assistant Principals u Senior Principals fiċ-Ċivil
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu calls interni għall-Executive Officers, Assistant Principals u Senior Principals fiċ-Ċivil? Jekk iva meta hu maħsub li jinħarġu dawn is-sejħiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju tal-ħtiġijiet fl-istrutturi amministrattivi u strutturi oħra huwa għaddej il-ħin kollu u f’kull każ isiru s-sejħiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid, in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26096, liema xogħol sar fuq Triq Għajn Qasab fin-Nadur (it-triq li twassal għal-Bajja tar-Ramla) matul is-Sajf 2016?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 27452.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fl-Interpretation Centre taċ-Ċittadella f' Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni? Kif ġew magħżula dawn il-persuni li qed jaħdmu fl-Interpretation Centre u xi kwalifiki għandha kull persuna li ġiet ingaġġata f'dan iċ-Ċentru biex tagħmel dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iċ-Ċentru tal-viżitaturi taċ-Ċittadella hemm jaħdmu seba’ gwidi/attendants li ġew ingaġġjati mill-Għaqda Wirt Għawdex wara li ħarġet sejħa pubblika mill-istess Għaqda, peress li din iffirmat management agreement mal-Ministeru għal Għawdex. Hemm tliet cleaners li huma impjegati tal-kuntrattur li intgħażel wara sejħa pubblika. U hemm ukoll impjegat tal-kumpanija Sarner tal-Ingilterra, li kienet responsabbli mill-apparat awdjo –viżiv, li huwa responsabbli għall-manutenzjoni tal-apparat.