Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27196 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Traffic tickets

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inħarġu traffic tickets tul s-sena 2015? Jistgħu dawn jiġu indikati dettaljatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ traffic offence tickets li nħarġu matul is-sena 2015 kien ta’ seba ‘ u sittin elf, mitejn u ħdax (67,211).

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kolluli jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2015 kien hemm disa’ talbiet.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2015 kien hemm żewġ talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Leg 12 PQ #27200 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rziezet għat-trobbija ta’ baqar

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm Ħal Tarxien jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi m’huwiex possibli li tingħata data definittiva meta dan ir-razzett partikolari jiġi relokat. Dan minħabba li r-relokazzjoni tiddependi minn diversi fatturi li m’humiex taħt il-kontroll ta’ dan il-Ministeru. Dan il-Ministeru pero’ lest li jibqa’ jassisti r-raħħala kkonċernati sabiex dan l-oġġettiv jintlaħaq.
Leg 12 PQ #27235 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta’ xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv matul l-2016 sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? X’kienet l-età tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-tabella t’ hawn taht u ninformah ukoll illi dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A: Sintomu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol. Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kinitx dipendenti fuq l-alkoħol. Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol. Minn Jannar sa Settembru 2016: Kategorija A Kategorija B Kategorija C Eta' Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total <15 5 3 8 15-24 22 27 49 25-34 3 3 5 31 36 1 1 35-44 4 11 15 6 31 37 5 5 45-54 2 10 12 11 24 35 3 3 55-64 5 6 11 7 24 31 3 9 12 65-74 2 10 12 2 9 11 9 9 75-84 1 4 5 85+ 1 1 1 1 Mhux Speċifikat 1 1 Total 13 40 53 59 155 214 3 28 31 GRAND TOTAL: 298
Leg 12 PQ #27236 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li taw id-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm–il unit ta’ demm ingħata fl-istess perjodu, sena b’sena b’mod separat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #27237 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – tqassim ta’ siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-persuni li jbatu bid-dijabete matul l-2016 sad-data meta tkun imwieġba din il mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’siringi li tqassmu lill-persuni li jbatu bid-dijabete matul l-2016, minn Jannar sad-19 ta’ Ottubru huwa ta’ 1,660,400.
Leg 12 PQ #27238 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ STD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ sexually transmitted diseases (STD) matul l-2016 u sad-data meta tkun mwieġba din il mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 317 każ ġdid ta’ sexually transmitted diseases.
Leg 12 PQ #27239 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu bl-AIDS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies kaġun tal-AIDS f’pajjiżna fl-2016 sad-data meta tkun mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2016 sas-17 ta’ Ottubru kellna 2 imwiet kawża tal-AIDS f’Malta. Dawn kienu rgiel ta’ nazzjonalità’ barranija u l-etajiet taghhom kienu ta’ 30 u 35 sena.
Leg 12 PQ #27240 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei mill-bidu ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru nhar ta’ Ħadd minn Jannar 2015 sa Settembru 2016 fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ 3,145.

Immigranti irregolari — rilokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm immigranti irregolari li ġew rilokati matul l-2013, 2014, 2015 u 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Lejn liema pajjiżi ġew rilokati? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawk li ġew rilokati? Kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom kienu tfal?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Immigranti irregolari li daħlu Malta bil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti irregolari li daħlu Malta bil-baħar bejn l-2008 u l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena, b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Numru ta’ immigranti irregolari li daħlu bil-baħar 2008 2770 2009 1468 2010 46 2011 1578 2012 1883 2013 1840 2014 590 2015 60 2016 0

Ċentru ta’ Detenzjoni – immigranti miżmuma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni minn Jannar 2016 l’hawn? Kif iddaħħlu hemm u għaliex? X’inhu x-xogħol li jsir ma’ dawn l-immigranti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-aħħar t’Awwissu kien hemm 57 immigrant li ġew miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. Dawn jiddaħlu fiċ-Ċentru mill-Pulizija minħabba li tkun inħarġitilhom Detention Order sa ma jsiru l-investigazzjonijiet dwar dokumenti, jew Removal Order li tinħareġ aktarx mill-Qrati Maltin biex jitneħħew minn pajjizna minħabba xi reat li jkunu wettqu. Sa ma jsiru l-arrangamenti ta’ safar dawk li jkollohom din l-ordni jridu jistennew fiċ-Ċentru. Jinġiebu wkoll dawk li tinħarġilhom Deportation Order wara li t-talba li jkunu għamlu għal-ażil ma tkunx ġiet aċċettata u għalhekk jintbagħatu lura lejn pajjiżhom. L-immigranti jiġu mwassla taħt skorta f’diversi postijiet li jkun jeħtieġ li jattendu, bħal fl-uffiċċju tar-Refugee Commissioner, għand il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, il-Bord li jisma l-appelli tal-Immigrazzjoni, sptar u poliklinici. Il-ħaddiema tas-Servizz ta’ Detenzjoni jagħmlu l-għassa meħtieġa madwar iċ-ċentru, kif ukoll iduru fost dawn l-immigranti biex jassiguraw li kollox miexi sew skond l-ordni. Barra dawk li jaħdmu direttament mal-immigranti għandek numru ta’ haddiema oħrajn li jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni kuljum fiċ-Ċentru.

Detention Services Officers – impjegati fuq xogħol ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Detention Service Officers humiex qed jiġu impjegati fuq xogħol ieħor, u jekk iva, x’inhu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba li dawn l-aħħar sentejn in-numru ta immigranti detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni kien zgħir ħafna mqabbel ma’ snin oħra, id-Detention Service Officers setgħu jitqabbdu jagħmlu xogħol ieħor. L-ewwel xogħol li ingħataw kien dak ta’ manutenzjoni madwar iċ-ċentru flimkien ma’ nies oħra tas-sengħa. Numru ieħor beda joffi servizz ta’ sigurtà fiċ-ċentri miftuha immexxija mill-AWAS matul il-ġurnata u matul il-lejl. Numru izgħar ta’ impjegati tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed joffru servizz ta sigurtà fl-Uffiċini tar-Refugee Commissioner u fl-Initial Reception Centres immexxija mill-AWAS, kif ukoll f’xi dipartimenti oħra tal-Gvern.

Ċentru ta’ Detenzjoni — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed issir il-manutenzjoni taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni? Min qed jagħmilha u kemm qed tiswa flus?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawn l-aħħar sentejn, il-manutenzjoni regolari u anke proġetti ġodda qed isiru minn nies tas-sengħa li huma ngaġġati bħala Detention Service Officers. Dan il-grupp zgħir kien mgħejjun minn impjegati oħrajn li mhumiex tas-sengħa u wettqu hafna xogħol matul dan iż-żmien. B’din is-sistema ġew iffrankati ħafna flus għax l-infieq kien dovut għax-xiri tal-materjal biss. Dan seta jsir minħabba li n-numru ta’ detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni hu zgħir ħafna u għalhekk setgħu jintu¿aw numru ta’ Detention Service Officers fuq dan ix-xogħol. It-total ta’ spejjez fuq manutenzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-aħħar t’Awwissu 2016 kien ta’ €17,984.

Ċentru ta’ Detenzjoni — skop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop li jinżamm Ċentru ta’ Detenzjoni miftuħ b’numru konsiderevoli ta’ impjegati mas-Servizz ta’ Detenzjoni, meta fl-aħħar xhur naqas sew in-numru ta’ immigranti li daħlu f’pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-influss ta’ immigranti lejn l-ewropa, speċjalment fiċ-ċentru tal-mediterran, baqa’ għaddej b’mod regolari. Barra minn dan, numru ta’ immigranti qed jaslu f’pajjiżna, uħud b ‘mod regolari, mill-ajruport jew mill-port. Uħud minnhom jinħtieġ li jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni u dan skont ordnijiet li jingħataw mill-Pulizija jew mill-Qorti. Tajjeb jingħad li l-ħaddiema tas-servizz ta’ detenzjoni qed jintuża biex jagħmlu xogħlijiet oħra wkoll.

San Ġiljan – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ġew asfaltati minn Transport Malta f’San Ġiljan fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq ġewwa San Ġiljan hekk kif ġej: Location Street Project San Ġiljan Triq Santu Wistin Resurfacing Works San Ġiljan Junction at Triq Birkirkara Resurfacing works San Ġiljan Triq Il-Baltiku Resurfacing works San Ġiljan Triq M. A. Vassalli Resurfacing works in the tunnels

Raħal Ġdid – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Raħal Ġdid li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq jinsabu fuq il-lista ta’ toroq li jridu jiġu asfaltati minn Transport Malta ġewwa Raħal Ġdid: - Triq ix-Xewk - Triq il-Prinċipessa Marija Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq se jsiru skont prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.