Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mir-Rumanija li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb u meta ser isiru x-xogħlijiet ta’ asfaltar fuq Sqaq il-Qasba f’Ħal Qormi peress li wiċċ it-triq jinsab fi stat ħażin kif jixhed ir-ritratt li qed jingħata separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Imtarfa jagħmel il-manutenzjoni neċessarja ta’ din il-pjazza b’mod regolari. Skont ir-rekords tal-Kunsill jidher li l-aħħar darba li sar xogħol bil-cold asphalt kien f’Novembru 2016. Infurmat mill-Kunsill li jerġa’ jagħmel tali xogħol ta’ patching kemm-il darba jsib li reġa’ hemm bżonn.
Intant infurmat mill-Kunsill li qed jaħdem fuq pjan ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza kollha, li tinkludi wkoll ir-
resurfacing
tat-triq u l-parkeġġ biex, kif ikun hemm xi possibbiltà ta’ applikazzjonijiet għall-fondi, ikun bil-lest biex jissottometti l-applikazzjoni tal-proġett.
MCCAA — Direttorat ta’ Market Surveillance fl-Entità Regolamenti Tekniċi – uffiċjali ġodda
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32004, tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu uffiċjali ġodda mad-Direttorat ta' Market Surveillance fid-Diviżjoni Regolamenti Tekniċi fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-aħħar sena u dan peress li din il-mistoqsija ma ġietx imwieġba? Tista' tgħid ukoll minn liema lokalitajiet ġejjin dawn l-uffiċjali ġodda u dan peress li lanqas din il-parti tal-mistoqsija ma ġiet imwieġba?
Response (DALLI, HELENA)
Erbgħa. Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data ma jistax jingħata l-lokalità tagħhom.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala Third Country Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala Third Country Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-total ta’ 9,042 persuna reġistrati bħala Third Country Nationals li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm 387 persuna li kienu jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 290 raġel u 97 mara.
Attachments:PQ 32196 - Third Country Nationals li jaħdmu f'Malta.pdf
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala EU Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-total ta’ 25,115-il persuna reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm 2,958 persuna jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 1,748 raġel u 1,210 mara.
Attachments:PQ 32197 - EU Nationals li jaħdmu f'Malta.pdf
Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turstiċi – pjan ta’ azzjoni għall-Wied il-Għajn
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 7784 u 15653, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi fassalx pjan ta’ azzjoni għal-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk iva jista’ jpoġġi dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 23621 u 28957, datati 7 ta’ Marzu u 5 ta’ Diċembru 2016, rispettivament.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni li kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati lura volontarjament jew le tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2016, in-numru ta’ immigranti li ġew ripatrijati lura kien ta’ 110, minn dawn 14 kienu b’mod volontarju assistit u 96 kienu deportati.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li din is-sena akkademika qed jattendu l-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More)? Jista’ jindika x’lingwi qed jiġu mgħallma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More) hemm jattendu studenti kif jidher fit-tabella:
Sena
Subien
Bniet
Total
9 (Form 3)
76
96
172
10 (Form 4)
149
149
11 (Form 5)
264
264
Total
76
509
585
Fl-iskola jiġu mgħallma l-Għarbi, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-iSpanjol. Dan minbarra l-Malti u l-Ingliż.
Jobsplus – persuni li waqfu jirreġistraw mill-Ewwel Parti tar-Reġistru għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni waqqfu jirreġistraw mill-Ewwel Parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Jobsplus tul is-sena li għaddiet l-2016? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30181.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31993 jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tad-Dermatoloġija issa huwa parti mill-Vitals Global Healthcare u għaldaqstant f’idejn is-settur privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tad-dermatoloġija qiegħed jingħata mill-isptar Sir Paul Boffa li huwa parti mis-sistema tas-saħħa nazzjonali.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31845 u 31991 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali għas-servizzi legali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-kumpanija legali tiegħu għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ħlas fis-sena mill-2013 sal-2016 għas-servizzi ta’ konsulenza legali fejn meħtieġ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet tiegħu mid-ditta legali tal-individwu msemmi minnha kienet ta’ €19,673.75.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – kuntratt ta’ impjegat
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31086, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hux se jiġġedded wara li jagħlaq f’April 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-individwu msemmi minnha għadu m’għalaqx.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Customer Care jinkludix jew kienx jinkludi li jassisti persuni li jiġu Malta mil-Libja għall-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kien inkarigat illi jieħu hsieb loġistika assoċjata ma' pazjenti Libjani li kellhom bżonn kura f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema proġetti ħadem l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmi minnha ikkoordina diversi xogħlijiet bejn il-Ministeri skont l-esiġenzi tas-servizz, għamel xogħol relatat ma' customer care, kif ukoll ħa ħsieb loġistika ta' pazjenti barranin li kellhom bżonn kura medika f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31084, jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-paga bażika ta’ €30,000, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux allowances, performance bonus, mobile allowance, fuel allowance, karozza u jew perkaċċi oħra simili? Jista’ jgħid meta jiżdiedu dawn l-allowances u l-perkaċċi, kemm ikun il-valur totali tad-dħul ta’ dan l-individwu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmija minnha għandu telecommunications, vehicle u disturbance allowances illi fit-total ma jeċċedux €10,002, kif ukoll performance bonus.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.