Funding of Non Government Organisations – Vote 16 – Recurrent Line item 5274
Question
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5274 - Funding of Non Government Organisations - fejn l-istima ta' dan il-vot tammonta għal €220.000, jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jintefqu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li fil-mument opportun u meta jasal il-waqt nagħtu id-dettalji neċessarji.
Business Promotion and Incentive Framework — Vote 16 - Recurrent line item 5723
Question
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għall-Vote 16 Recurrent - line item 5723 - Business Promotion and Incentive Framework , jista' l-Ministru jgħid fejn intefqu il-€100,000 li hemm indikati f'dawn il-vot?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, li tirrifletti n-nefqa sa l-aħħar ta’ Settembru 2016, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:MISTOQSIJA PARLAMENTARI NUMRU 28040 (Tabella).pdf
Acquisition of Works of Art for the Gozo Museum — Vote 16 - Recurrent line item 5824
Question
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għal Vote 16 Recurrent - line item 5824 - Acquisition of Works of Art for the Gozo Museum, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol ta' arti nxtara bl-ammont ta' €25,000 li kienu approvati?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lil Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27862.
Tourism Promotion and Product Development – Vote 16 – Recurrent Line Item 5585
Question
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5585 - Tourism Promotion and Product Development, jista' l-Ministru jgħid f’liema promozzjoni turistika ntefqu s-€700,000 li kienu ġew approvati taħt dan il-vot?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li is-sena finanzjarja 2017 għadha ma bdietx u għalhekk xejn għadu ma ntefaq.
Jista’ l-Ministru jara għaliex il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Triq il-Vitorja Ħal Qormi speċjalment f'peak hours qed jgħaddu minn Ħal Qormi diġà mimlija u/jew mingħajr seats vojta biex wieħed ipoġġi bilqiegħda? Jista’ l-Ministru jara li dan ma jkunx qed iseħħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tinvestiga l-andament tar-rotot hekk kif qiegħed jiġi indikat f’din il-MistoqsijaParlamentari u dan sabiex sa fejn ikun possibli, nindirizzaw xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm.
Wara li aktar kmieni din is-sena t-trasport pubbliku naqqas il-frekwenza ta' rotta 64 li kienet taqdi l-akkwati ta' Triq Valletta Ħal Qormi għal waħda kull siegħa fil-peak hours, jista’ l-Ministru jgħid kif se jindirizza l-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 64 hija rotta ġdida li daħlet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, bħala parti minn tibdil konsiderevoli li sar fin-network tat-trasport pubbliku. Tajjeb li wieħed jinnota li qabel l-introduzzjoni ta’ din ir-rotta, n-nies tal-inħawi magħrufa bħala tal-Blat ma’ kellhomx trasport pubbliku dirett lejn u mill-Belt Valletta.
F’eżerċizzju li kien sar, wara li ddaħlet din ir-rotta, irriżulta li l-patrunaġġ fuq din ir-rotta kien baxx ħafna u għaldaqstant kienet ittieħdet deċiżjoni sabiex il-frekwenza bejn il-05:30 u it-08:30 ta’ filgħodu, bejn it-Tnejn u il-Ġimgħa, tiġi għal vjaġġ fis-siegħa.
Ħal Qormi – Triq il-Belt Valletta – mezzi ta’ saħħa u sigurtà
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25351, jista’ l-Ministru jgħid x'mezzi ta' saħħa u sigurtà twettqu minn dakinhar fi Triq Belt Valletta inkluż il-pedestrian crossings diġà mitluba u liema huma l-miżuri l-oħra li ddiskutiet, wettqet jew se twettaq l-Awtorità għat-Trasport?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li z-zebra crossing mitluba viċin kantuniera ma’ Triq tal-Bajjada ġiet approvata biex tiġi mplimentata mill-kunsill lokali. Apparti din, sal-lum l-Awtorita’ ma rċevietx aktar talbiet mill-kunsill lokali dwar is-sigurta’ fit-triq.
Peress li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali, l-istess kunsill jista’ jissottometti t-talbiet tiegħu għall-konsidirazzjoni ta’ Transport Malta.
Ħal Qormi – Triq l-Imdina – traffic lights u pedestrian crossing
Question
Jista l-Ministru jgħid meta se jsiru traffic lights u pedestrian crossings fi Triq l-Imdina ftit ‘il fuq mit-triq li tagħti għall-iskola ta’ San Injazju f tal-Ħandaq biex jiġi mħares s-saħħa u s sigurtà tal-persuni li jridu jaqsmu kuljum minn dawk l-inhawi lejn l-iskola, l-knisja s-suq u postijiet oħra fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-pelican crossing ġiet approvata u qegħda fil-lista ta’ xogħlijiet biex tiġi mplimentata mid-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-kuntratturi tal-parlament issottomettewx ċertifikati dwar il-kwalità tal-ġebla li ntużat fil-bini tal-Parlament u dan fid-dawl ta' rapporti li kien hemm fil-mezzi tax-xandir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratturi tal-Parlament issottomettew ċertifikati dwar il-kwalita’ tal-ġebla li intużat fil-bini tal-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jkun qed jibda l-proġett tal-Pjazza tat-Tritoni, kemm huwa maħsub li se jiswa u sa meta huwa ppjanat li jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Tritoni ser jinqasam f’fażijiet separati, fosthom roundabout ta’ fejn hemm d-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-Biskuttin quddiem il-Lukanda Phoenicia, Triq Nelson ħdejn il-Bus Terminus li ser jibda f’Novembru 2016, u l-kumplament tal-Pjazza ta’ Tritoni, xogħol li ser jibda f’Jannar 2017. Il-pjan huwa li dan il-Proġett jitlesta sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 sakemm ma jkunx hemm dewmien minħabba sejbiet ta’ fdalijiet arkeoloġici, appelli fuq tenders jew dewmien ieħor mhux previst.
L-ewwel fażi tinkludi roundabout ta’ 15 il-metru biex jiġi ffaċilitat it-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir u Triq Francesco Buonamici.
Ser jiġu mgħoddija servizzi ġodda li jinkludu kanali għal kumpaniji tat-telekomunikazzjoni u l-kumpaniji ta’ servizzi (WSC u Enemalta), u linji oħra għall-ilma tax-xita’ u għad-drenaġġ.
Se jkun hemm żona ta’ stennija u mistrieħ għas-sewwieqa tat-taxis u l-bankina tal-lukanda Phoenicia li se tkun 700 metru kwadru) bl-użu ta’ ġebel tal-qawwi.
Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar, mistennija tibda t-tieni fażi, li tinkludi t-tisbiħ taż-żona tal-Biskuttin. Se jkun hemm ukoll pavimentar tal-ġebel tal-qawwi, għamara tat-toroq ġodda biex jinkludu wkoll `info kiosks` għall dawk neqsin mid-dawl, tħawwil mill-ġdid ta’ siġar flok dawk mejta u tixtil ta' dawk eżistenti.
It-tielet fażi tal-proġett, li se tibda b’mod paralell mat-tieni fażi, tinkludi t-tneħħija ta’ strixxa ċentrali eżistenti biex takkomoda żona ta’ stennija għax-xarabanks tal-Malta Public Transport, fejn se jkun hemm spazju għal 10 karozzi tal-linja, flimkien ma’ tqegħid ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni.Se tinħoloq ukoll żona ta’ stennija għall-karozzi tal-linja tul Vjal ir-Re Dwardu, li mistennija tieħu sa 14-il karozza tal-linja.
Fir-rigward tal-funtana tat-Tritoni, bħalissa għaddejjin taħdidiet li jinsabu fi stadju ta’ negozjar avvanzat sabiex din il-funtanta tkun restawrata u terġa’ tibda tiffunzjona fl-aqwa stat possibli. Iktar informazzjoni nkun nista’ ngħaddiha aktar ‘l quddiem.
Imbagħad ikun għad jonqos ir-raba’ fażi li tikkonsisti fix-xogħlijiet madwar il-funtana li jitlestew sal-aħħar tas-sena 2017.
Dan huwa proġett li tajjeb wieħed jgħid li huwa ieħor, fis-sensiela ta’ proġetti li ilhom snin jiġu mwiegħda, pero issa li pajjiżna se jkun qed jilqa’ l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u l-Belt Valletta se tkun imlibbsa t-titlu tal-belt kapitali Kulturali Ewropea 2018, dan il-Gvern ma setax jibqa’ jkaxkar saqajh fuq dan il-proġett.
Il-Ministru li kien responsabbli minn dan il-proġett fil-leġiżlatura preċedenti kien qal li l-Gvern kien “qed jindirizza d-difett estetiku fuq l-għatba tal-Belt nobbli tagħna”. Fl-2011, waqt iċ-ċerimonja li kienet saret biex tiġi inawgurata l-venda l-ġdida, kien issemma’ ukoll li “Il-Gvern se jibdel din iż-żona fi spazju urban u miftuħ li jistiednek fil-belt meraviljuża tagħna.”
Il-verita hija li l-venda tal-Belt Valletta dak iż-żmien ma kinitx iddisinjata biex tesa’ aktar karozzi tal-linja meta daħlu l-karozzi l-ġodda fi żmien ir-riforma tal-kumpanija preċedenti (Arriva). Ma kienx hemm pjan minn qabel ta’ kif ir-riforma se tolqot l-infrastruttura tal-post.
U għalhekk, wara li f’erba’ xhur mir-riforma, inbidlu kemm-il darba r-rotot il-ġodda, Transport Malta kellha tagħmel xi modifiki biex il-venda tkun tista’ tilqa’ għaż-żieda fil-karozzi tal-linja.
Dak li qal li kien se jagħmel il-Gvern preċedenti, qed jagħmlu dan il-Gvern. B’hekk se nkunu qed nagħtu rigal lill-poplu Malti kollu u lil kull min iżur din il-gżira.
Grand Harbour Regeneration Corporation – Palazz tal-President — proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'proġett qed twettaq il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fil-Palazz tal-President b’mod partikolari fis-sala fejn kien jiltaqa’ l-Parlament, kemm se jkun qed jiswa u x’se jkun l-użu tal-istess proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- GHRC ġiet imqabbda biex timmaniġġja l-proġett ta’ upgrading u tibdil fl-użu tal-Palazz għal fini tal-Presidenża 2017. Ix-xogħolijiet jinkludu uffiċini ġodda għal ħaddiema tal-Presidenza, Media Centre, kmamar għad-delegati u uffiċjali għolja tal-Kummissjoni u Sala Prinċipali li ser tintuża għall-laqgħat għolja waqt il-Presidenza. Sadanittant flimkien ma’ Heritage Malta u r- Restoration Unit qed isir restawr tal-irħam tal-art u xi ħitan fil-kuruturi. Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra tlesta wkoll restawr tal-faccata ta’ Triq l-Arċisqof u btieħi ta’ Nettuno u Priċep Alfred. Huwa stmat li l-proġett ser jiġi jiswa’ madwar €5 miljuni (vat eskluż).
Il-Belt – manutenzjoni bħala tħejjija għal Valletta 2018
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex maħsub li jkun hemm entità li tkun aktar iffukata fuq il-manutenzjoni tal-Belt Valletta fid-dawl tat-tħejjijiet li qegħdin isiru għal Valletta 2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation ġiet mitluba biex tibda tikkordina xogħolijiet ta’ tiswija, manutenzjoni, dwal u upgrading ta’ bankini, spazju miftuħ u żoni oħra ġewwa l-Belt. L-iskop ta’ dan huwa li jkun hemm entita’ ffukata u dedikata b’riżorsi biex tilħaq dan l-iskop. Diġa’ twettqu u qed isiru diversi xogħolijiet u aktar taħdidiet mal-entitajiet pubbliċi, V18, NGO’s u Kunsill Lokali. Dan kollu għandu jwassal għal dehra aħjar u isbaħ tal-Belt Valletta.
Grand Harbour Regeneration Corporation – riġenerazzjoni tal-Bajja ta’ San Ġorġ
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'passi qed jittieħdu mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fid-dawl tal-istqarrija li saret fid-diskors tal-budget għat-twaqqif tal-Korporazzjoni responsabbli mir-riġenerazzjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation qeda tipparteċipa f'laqgħat ta' konsultazzjoni, uħud organizzati mill-Awtorita' tal-Ippjanar, u ma' entitajiet pubbliċi oħra, liema laqgħat bdew qabel ma ġie ppubblikat il-Master Plan għar-Riġenerażżjoni ta' Paceville li jinkorpora wkoll ir-riġenerazzjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ. Fil-frattemp qed jittieħdu passi biex fi żmien li ġej bħala struttura titwaqqaf separatament il-Korporazzjoni għar-Riġenerażżjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ biex tkun f'pożizzjoni li twettaq koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet li jiġu mfassla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-inizjattivi li qed jittieħdu mid-Direttorat għat-Tindif, sabiex pajjiżna jkun iktar nadif matul dan is-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li qed jittieħdu diversi inizjattivi sabiex pajjiżna jinżamm kemm jista’ jkun nadif f’kull ħin.
Dawn huma l-inizjattivi l-ġodda :
· Il-ħaddiema li huma assenjati jnaddfu t-toroq arterjali ta’ pajjiżna qed jaħdmu fuq bażi ta’
shift day in day out
, sabiex ikollna tindif 7 ijiem fil-ġimgħa u mhux 5 ijiem kif kien qabel.
· Il-
mechanical sweepers
tad-Direttorat qed jitħaddmu wkoll f’diversi ħinijiet tal-ġurnata mit-Tnejn sal-Ħadd sabiex ikun hemm iktar effett ta’ indafa fit-toroq tagħna.
· Ġew introdotti metodi ġodda ta’ operat ta’ tindif anke għall-ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet.
· Qed isiru
patrols
b’opra tal-baħar li qed tagħmel rondi apposta sabiex jinġabar l-iskart mill-bajjiet, qabel ma dan jilħaq l-art.
· Id-Direttorat għat-tindif investa f’magna apposta li taħsel il-kontenituri tal-iskart fil-post. Dan qed jirriżulta f’kontenituri iktar nodfa.
· Ġew imwaqqfa
standards
ġodda ta’
time frames
, meta jiġu solvuti l-każijiet.
· Konġuntament mal-pulizija, qed issir ħidma ta’ infurzar f’diversi żoni fejn għadu jsir abbuż sfaċċat ta’ rimi ta’ skart
· Kompliet il-ħidma ta’ żieda ta’ kontenituri tal-iskart fit-toroq u l-bajjiet.
· Żdiedu iktar
CCTV cameras
f’diversi postijiet pubbliċi, kif ukoll qed issir ħidma sabiex l-infrastruttura ta’
CCTV
li qed issir minn ċerti kunsilli lokali tiġi segwita wkoll mid-Direttorat għat-Tindif.
· Inxtraw iktar hekk imsejħa
pedestrian sweepers
sabiex ikun hemm iktar tindif effettiv f’żoni pedonali.
· Sar investiment qawwi f’makkinarju apposta sabiex jitnaddaf il-pavimentar tal-Belt Valletta
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta' nisa fis-suq tax-xogħol f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'miżuri ttieħdu f'din il-leġiżlatura biex ikunu inċentivati iktar nisa biex jidħlu fix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa fis-suq tax-xogħol li jaħdmu full time u part time bħala impjieg ewlieni f'Diċembru ta’ dawn l-aħħar għaxar snin u fl-aħħar t’April 2016 huwa kif muri fit-tabella hawn taħt, kif se nsemmi:
Xahar
Numru ta' nisa jaħdmu
Diċembru 2005
54,322
Diċembru 2006
56,486
Diċembru 2007
59,195
Diċembru 2008
61,879
Diċembru 2009
63,091
Diċembru 2010
64,684
Diċembru 2011
67,960
Diċembru 2012
71,531
Diċembru 2013
75,469
Diċembru 2014
80,162
Diċembru 2015
84,530
April 2016
86,575
F’din il-leġiżlatura ittieħdu numru ta’ miżuri bl-għan li jiġi promoss l-impjieg tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Minbarra li jinċentivaw lin-nisa, l-għan tal-maġġoranza ta’ dawn il-miżuri hu li jiġu mħeġġa aktar ommijiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Dan billi jingħatawlhom benefiċċji u inċentivi talli qed jaħdmu. B’din is-sistema jiġi wkoll żgurat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-ġenitur. Dawn l-inċentivi jinkludu: in-work benefit, fond għal-leave tal-maternità, tapering tal-benefiċċji għal ġenituri waħedhom, Garanzija għaż-żgħażagħ, Child Care Centres bla ħlas, Breakfast Club, pensjoni sħiħa għar-romol li jaħdmu, tnaqqis tat-taxxa fuq l-użu ta’ Childcare Centres, tapering tal-benefiċċji soċjali wara ż-żwieġ, inċentiv għal impjieg ta’ persuni akbar fl-età, żieda kontanti fl-aħħar erba’ ġimgħat tal-maternity leave, nisa self-employed u l-leave tal-maternità, u estensjoni għal leave f’każ ta’ adozzjoni.
Informazzjoni iktar dettaljata ta’ kull waħda mill-miżuri li semmejt qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'miżuri ttieħdu f'din il-leġiżlatura biex ikunu inċentivati iktar persuni b'diżabilità jidħlu fix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Jobsplus li n-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu jaħdmu fl-aħħar ta’ Diċembru tal-aħħar għaxar snin huwa kif ġej:
Sena
Total
Diċembru 2005
1,061
Diċembru 2006
1,130
Diċembru 2007
1,198
Diċembru 2008
1,279
Diċembru 2009
1,347
Diċembru 2010
1,481
Diċembru 2011
1,608
Diċembru 2012
1,759
Diċembru 2013
1,906
Diċembru 2014
2,215
Diċembru 2015
2,758
Il-miżuri li ttieħdu sabiex iktar persuni b’diżabilità jidħlu fis-suq tax-xogħol huma: l-implimentazzjoni tal-liġi li teħtieġ li kumpaniji li jimpjegaw iktar minn 20 ħaddiem ikollhom mill-inqas 2% tal-ħaddiema tagħhom li għandhom xi tip ta’ diżabilità (2015), l-iskema Access to Employment A2E (2015), l-inizjattiva ta’ Document Management (2016), il-Community Work Scheme (rinovata fl-2016), il-programm Sheltered Employment Training, u l-Inclusive Services u Fondazzjoni Lino Spiteri.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni iktar dettaljata ta’ dawn il-miżuri qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta' persuni 'l fuq minn 50 sena fis-suq tax-xogħol f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'miżuri ttieħdu f'din il-leġiżlatura biex ikunu inċentivati dawn il-persuni jibqgħu jew isibu x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 50 sena li kienu qed jaħdmu fuq bazi ‘full time’ u ‘part time’ bħala xogħol ewlieni f’dawn l-aħħar għaxar snin u f’April 2016 huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt, kif se nsemmi:
Persuni 'l fuq minn 50 sena (51+)
Diċembru 2005
33,610
Diċembru 2006
35,010
Diċembru 2007
36,702
Diċembru 2008
37,992
Diċembru 2009
38,994
Diċembru 2010
40,469
Diċembru 2011
41,963
Diċembru 2012
43,109
Diċembru 2013
45,143
Diċembru 2014
47,111
Diċembru 2015
49,146
April 2016
49,748
Il-miżuri li ttieħdu biex ikunu inċentivati dawn il-persuni jibqgħu jew isibu x-xogħol jinkludu: Community Work Scheme (rinovata fl-2016), inċentiv għal impjieg ta’ persuni akbar fl-età, pensjoni sħiħa għar-romol li jaħdmu, pensjoni għal dawk li jibqgħu jaħdmu, żieda fil-pensjoni għal dawk li jibqgħu jaħdmu, estensjoni tar-rata ta’ taxxa ta’ 15% fuq dħul għal pensjonanti self-employed u l-Work Programme Initiative.
Informazzjoni iktar dettaljata tal-miżuri/inċentivi li semmejt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Eżamijiet tal-O Levels u l-A Levels – access arrangements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet snin fejn għandu x'jaqsam ma' access arrangements fl-eżamijiet tal-O levels u l-A levels?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat mill-Università ta’ Malta li:
1. Ġie aġġornat il-ktejjeb dwar il-linji gwida għall-arranġamenti għall-eżamijiet tal-MATSEC,
University of Malta Guidelines to MATSEC Examinations Access Arrangements
2015. Dan jinstab fuq is-sit tal-Università:
http://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0003/247224/Guidelines_2015.pdf
2. L-
access arrangements
għall-eżamijiet tal-MATSEC huma spjegati fil-ktejjeb. Dawn jinkludu: ħin miżjud, ħin għall-mistrieħ, ħin biex jagħmel tajjeb għal esiġenzi speċjali (eż. fejn student ikollu
fit
jew
hypo
)
,
użu tal-kompjuter,
reader
,
prompter
.
L-arranġamenti jiddependu fuq id-diżabilità u s-severità tad-diżabilità. Meta studenti jkunu qed jieħdu l-kura meħtieġa fl-isptar Malta jew barra minn Malta, isiru arranġamenti biex jagħmlu l-eżami fl-isptar.
3. Abbażi ta’ studju li sar mill-ACCESS-Disability Support Committee (ADSC), tnaqqsu t-testijiet rikjesti mill-professjonisti li jirrapportaw dwar id-dislessija (
dyslexia)
.
4. Fis-sena 2013 ingħataw arranġamenti lil 614-il student għas-SEC u 42 għal-livell tal-Matrikola; fis-sena 2014 ingħataw arranġamenti lil 617-il student għas-SEC u 76 għal-livell tal-Matrikola; fis-sena 2015 ingħataw arranġamenti lil 618-il student għas-SEC u 79 għal-livell tal-Matrikola; fis-sena 2016 ingħataw arranġamenti lil 588 student għas-SEC u 107 għal-livell tal-Matrikola. It-tnaqqis fis-sena 2016 jirrifletti tnaqqis fin-numru ta’ kandidati li rreġistraw għall-eżamijiet tal-MATSEC.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ngħatat mid-Dipartiment tal-Eżamijiet dwar
access arrangements
fl-eżamijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST u l-Università ta' Malta – access arrangements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin fejn għandu x'jaqsam ma' access arrangements ġewwa l-MCAST u l-Università ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li tul dawn l-aħħar tliet snin ittieħdu diversi miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' access arrangements ġewwa l-MCAST u l-Università ta' Malta.
Id-dettalji ta' dawn l-arranġamenti qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar arranġamenti għall-eżamijiet tal-MATSEC tidher fit-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 27011.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-EUPA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropeja (EUPA) fis-sena 2015, taħt il-programm Erasmus+ għaddiet ftit inqas minn €6 miljun lil diversi organizzazzjonijiet biex setgħu jimbarkaw fuq proġetti edukattivi għaż-żgħażagħ u anke adulti fuq livelli differenti. Sa nofs din is-sena (2016) diġà ngħataw b’aktar minn €3 miljuni lil 47 organizzazzjoni oħra. L-Aġenzija qegħda wkoll taħdem fuq numru ta’ riċerki biex tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha biex tkun ta’ servizz aħjar għall-benefiċjarji tagħha.
Is-sena d-dieħla, l-Aġenzija se tkompli tinvesti fis-sistema edukattiva billi tapprova aktar proġetti għall-iskejjel, istituzzjonijiet għall-edukazzjoni ogħla, skejjel u kulleġġi vokazzjonali, u edukazzjoni għaż-żagħżagħ kif ukoll għall-adulti.