Legislature:
Category:
Reset
Active:

Talba għal dħul f’Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li talbet biex tidħol f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qiegħda f’home privata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #27650 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Garaxx tal-Ambulanzi – investigazzjonijiet fuq konsum ta’ fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti u/jew investigazzjonijiet fuq konsum ta' fuel mill-Garaxx tal-Ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema garaxx tal-ambulanzi qegħda tirreferi.
Leg 12 PQ #27651 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Garaxx tal-Ambulanzi — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jieħu t-tmexxija tal-Garaxx tal-Ambulanzi? Jista' jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu biex jieħu din il-pożizzjoni? X'paga u allowances għandu? Il-kariga hija b’kuntratt (u għal kemm żmien) jew indefinita?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha ilha mpjegata mal-gvern għal dawn l-aħħar 16 il-sena.
Leg 12 PQ #27652 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Paramedic Aids – eżamijiet — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, wara li sar l-eżami tal-paramedic aids fl-2015 u ħareġ ir-riżultat, kemm minn dawk li għamlu l-eżami ġew impjegati u meta ġew impjegati? Jista’ jikkonferma li r-riżultat li ġie ppubblikat inbidel, għaliex fil-fatt kien hemm min għamel l-eżami meta ma kellux il-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan l-istess eżami?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati total ta’ 11 l-Paramedic Aide matul din is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-kumplament tal-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27653 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Acupuncturists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw acupuncturists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27654 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Acupuncturists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-acupuncturists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-acupuncturists ma jiġux mpjegati direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #27655 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Audiologists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw audiologists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali — proċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-Diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta żżid ir-riżorsi fuq dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ diġitazzjoni huwa wieħed kontinwu u miexi b’mod sodisfaċenti. Rigward ir-riżorsi, dan l-aħħar Heritage Malta żiedet impjegat li jiffoka wkoll fuq dan l-aspett.

Heritage Malta — Pittura ta’ Ġużeppi Cali – Il-Mewt ta’ Dragut

Question

Fl-okkażżjoni tal-150 sena anniversarju tal-pittura tant famuża ta' Ġużeppi Cali, “Il-Mewt ta' Dragut”, jista’ l-Ministru jgħid x'programm ta' attivitajiet ser torganizza Heritage Malta sabiex tiċċelebra dan l-avveniment? Jista’ jgħid kemm-il fondi ġew allokkati għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda ħsieb partikolari sabiex jiġi mmarkat dan l-anniversarju tal-pittura msemmija. Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jinsab magħluq, u l-forzi kollha huma kkonċentrati fuq il-proġett MUZA, inkluż il-konservazzjoni tal-oġġetti.

Heritage Malta – ħaddiema li jattendu konferenzi u esebizzjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed tagħmel Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi lill-ħaddiema tagħha sabiex jattendu konferenzi u esebizzjonijiet barra minn Malta? Jista’ jgħid kemm-il ħaddiem u min kienu l-ħaddiema li attendew xi konferenza jew esebizzjoni barra minn xtutna minn Marzu 2013 s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-safar jigi regolat skond il-bzonnijiet u l-obbligi tal-agenzija. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawk li siefru minn Marzu 2013 sa issa sabiex jattendu wirjiet, konferenzi jew b’rabta ma’ progetti partikolari.

Heritage Malta – Swali ta’ Sant’Anġlu – units tal-arja kundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb iżżid il-units tal-arja kkundizzjonata fis-swali ġewwa Sant’Anġlu? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi installata sistema ta' arja kkundizjonata ġewwa l-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa l-Belt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-swali ta’ Sant Anglu diga huma mghammra b’sistema ta’ arja kkundizzjonata. Madanakollu qed issir verifika dwar jekk hemmx htiega li din tigi mmodifikata jew mizjuda. Rigward il-Muzew tal-Arkeologija, diga gew stallati ghadd ta’ kundizzjonaturi s-sena li ghaddiet. Ohrajn jigu stallati skond il-bzonn fiz-zmien li gej.

Heritage Malta – forum nazzjonali fuq l-arkivji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun il-kontribut ta' Heritage Malta fir-rigward tal-forum nazzjonali fuq l-arkivji li se jsir f'Ottubru li ġej?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali u Heritage Malta huma zewg entitajiet kompletament differenti, li madanakollu jikkooperaw flimkien kull fejn jistghu. Heritage Malta ospitat il-forum imsemmi u ffacilitat kemm setghet fl-organizzazzjoni tieghu.

Heritage Malta – grad ta’ conservator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat Heritage Malta kellha fil-grad ta' Conservator f'Marzu 2013 u kemm hemm Conservators issa? Jista’ jgħid taħt liema speċjalizzazzjoni jaqgħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2013 b’kollox kien hemm 15-il conservator impjegati ma’ Heritage Malta (1 senior conservator, 3 principal conservators, 4 objects conservators, 3 painting conservators, 2 paper conservators, 1 textile conservator u 1 wood conservator), filwaqt li din is-sena hemm 14 (1 senior conservator, 2 principal conservators, 4 objects conservators, 3 painting conservators, 2 paper conservators, 1 textile conservator u 1 wood conservator).
Leg 12 PQ #27858 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel u Terminal taċ-Ċirkewwa – Automated External Defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq it-tliet vapuri tal-Gozo Channel u fit-Terminal taċ-Ċirkewwa u dak tal-Imġarr hemmx Automated External Defibrillator? Jekk iva, f'kull każ f’liema data twaħħlu? Issir manutenzjoni regolari fuq dawn l-AED's? Hemm ħaddiema tal-Gozo Channel li huma mħarrġa biex jużawhom? Jekk iva kemm hemm u huwa żgurat li jkun hemm dejjem ħaddiem imħarreġ kif jużahom fuq kull vapur f'kull shift kif ukoll fit-terminals?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Channel tikkonferma li t-tlett vapuri kif ukoll iż-żewġ terminals li t’opera huma attrezzati b’ automated external defibrillators (AEDs). Dawn ġew installati fis-sajf tal-2012 u ssir manutenzjoni regolari mid-distributur lokali. Saru korsijiet apposta lil diversi impjegati, kemm fl-użu tal-AEDs kif ukoll f’RESUS u l-kumpanija se tkompli tħarreġ aktar ħaddiema fl-użu tal-AEDs. Bħala numru ta’ ħaddiema mħarġa biex jużaw l-AEDs, attwalment il-kumpanija għandha 18-il ħaddiem u dawn ikopru x-xiftijiet kemm fuq il-vapuri kif ukoll l-art. Barra min hekk l-AEDs huma nstallati f’postijiet pubbliċi biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd f’każijiet t’emerġenza.
Leg 12 PQ #27859 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – Rabat – bini ta’ skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Ministeru tiegħu li tinbena skola primarja ġdida ħdejn il-ground tal-football u l-playing field tar-Rabat, Għawdex għadhiex fis-seħħ? Jekk iva fiex wasal il-proċess biex tinbena din l-iskola l-ġdida? Meta hu mistenni li titlesta? Kemm spazju mill-playing field ser jittieħed għal din l-iskola primarja ġdida?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, għadha fis-seħħ. Il-proċess jinsab fi stadju ta' konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar qabel isiru l-applikazzjonijiet formali. L-iskola titlesta fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ tal-permess tal-bini. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li għaddejjin konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u għaldaqstant dak mitlub fiha jkun determinat kif jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.
Leg 12 PQ #27862 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – oġġetti tal-arti mixtrija mill-Vot 5824

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'oġġetti tal-arti nxtraw matul is-sena 2016 mill-vot numru 5824 taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull biċċa arti li nxtrat, kemm swiet u min hu l-artist? Jista' jgħid fejn qed jinżammu dawn il-biċċiet tal-arti li nxtraw?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27863 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Back office taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema back office taċ-Ċivil ġdid inġab f'Għawdex matul is-sena 2016? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nġab grupp ta’ ħaddiema tad-dwana. Dawn ġew stazzjonati fl-uffiċji taż-Żewwieqa. Qegħdin ukoll nahdmu biex nallokaw spazju biex inkunu nistgħu ntellgħu aktar Pulizija lejn Għawdex.

San Pawl il-Baħar – speed camera — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu mill-ispeed camera fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, xahar b’xahar, matul din is-sena? Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet kienu għall-sewwieqa ta’ muturi?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — sound barriers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta qattx għamlet studji dwar il-possibilità li jitqiegħdu sound barriers matul it-toroq tagħna, partikolarment bypasses? Jekk iva, fejn ġie identifikat? Meta saru l-istudji kkonċernati? Jista' jgħid, speċifikament għal bypass ta' San Pawl il-Baħar jieħu l-passi neċessarji biex tali studju jiġi kkummissjonat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi tali studji saru fid-detall fl-inħawi tal-Kappara Junction u l-inħawi ta’ bejn il-mini ta’ Sta.Venera u r-roundabout li tagħti għal Triq Salvu Psaila, Sta. Venera. Fiż-żewġ każijiet, ġie identifikat li sound barriers jkunu effettivi biex innaqqsu il-ħsejjes tat-traffiku. S’issa ma sarux studji dettaljati għall-bypass ta’ San Pawl. Dawn it-tip ta’ studji, u eventwalment proġetti, jiddependu mill-prioritajiet u l-fondi disponibbli speċjalment minħabba l-ispejjeż kapitali konsiderevoli li jinvolvu.