Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li twieldu mejta, li mietu wara sebat ijiem ħajja jew li mietu bejn 8 u 28 ġurnata ħajja bejn l-2006 u l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2006 u 2015 kien hemm 393 tarbija li twieldet mejta, jew li mietet wara sebat ijiem ħajja jew li mietet bejn 8 u 28 ġurnata. It-tabella t’hawn taħt turi d-dettalji ta’ dawn l-imwiet sena b’sena.
Year
Stillbirths
Deaths up to 7 days
Deaths from 8-28 days
2006
11
4
5
2007
12
17
3
2008
29
21
3
2009
28
14
4
2010
18
16
2
2011
28
19
4
2012
19
17
2
2013
22
15
3
2014
27
15
1
2015
18
12
4
Total
212
150
31
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima –Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data — talbiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, tal-korporazzjonijiet u tad-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 saret talba waħda lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Wied il-Għajn – Żona msejjħa “Magħluq” – passi u inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’inizjattivi se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta hekk imsejjaħ ”Magħluq”?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Fil-Magħluq ta’ Marsaskala diġà ttieħdu numru ta’ inizjattivi sabiex dan is-sit ikun imħares u mmaniġġjat aħjar, liema miżuri li ser ikomplu jiġu attwati minn diversi entitajiet kemm f’dan il-Ministeru kif ukoll f’Ministeri oħra. Fost l-inizzjattivi hemm xogħol immirat biex titjieb il-kwalità tal-ilma u t-tneħħija ta’ speċi li mhumiex naturalment tal-post, il-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post billi jitneħħa, b’mod regolari, skart mormi minn membri tal-pubbliku u/jew li jinġabar fis-sit b’ mod naturali. Sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni mal-fence li f’partijiet ġiet magħmula mill-ġdid. Dawn il-miżuri jagħmlu wkoll parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u inizjattivi oħra se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta mal-Park Nazzjonali li hemm? Jista’ jindika wkoll kemm spejjeż huma proġettati li jiġu minfuqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor Interpellant li f’Wied il-Għajn hemm il-Park tal-Familja li jinsab ħdejn l-impjant tal-WasteServ li huwa miftuħ għall-pubbliku filwaqt li fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Wied il-Għajn bejn il-Ponta taż-Żonqor u Ta’ Barkat, hemm pjanijiet biex jinbeda l-Park tal-Inwadar.
Fil-Park tal-Familja, din is-sena sena infetħu numru ta' toilets ġodda kompluti b'faċilitajiet għall-ġenituri bit-trabi; inksiet medda oħra ta' art bit-turf artifiċjali fejn jilagħbu t-tfal u nħarget offerta ġdida biex tinkesa l-aħħar biċċa art biex b'hekk kull parti ddedikata għall-logħob tat-tfal tkun miksija. Huwa pproġettat ukoll li jitwaħħlu sistemi ta’ CCTV cameras u ta' tabelli ta' direzzjoni ġodda li huma reżistenti għall-vandaliżmu.
Huwa pproġettat li tiġi minfuqa s-somma ta’ €180,000 għall-ispejjeż kollha fuq dan il-park fis-sena rikurrenti
.
Għar-rigward tal-Park tal-Inwadar qed jiġi abbozzat Avviż Legali biex jitwaqqaf bord tat-tmexxija u jiġi stabilit b’ mod legali l-konfini kollha tal-park. Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex jinħarġu sejħiet għal pożizzjoni ta’ ufficjali biex jibdew jikkordinaw l-entitajiet involuti fl-immaniġjar ta’ dan is-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill-programm tal-Anger Management offrut mit-Taqsima tal-Psikoloġija ġewwa d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn meta ġie mniedi dan il-programm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infrurmat li sa minn meta ġie mniedi l-programm tal-Anger Management offrut mid-Dipartment tal-Probation u Parole;
Ġew referuti speċifikament għall-Anger Management programm: 62 offenders
Ikkompletaw il-programm: 34 offenders
Għadhom qed jingħataw trattament għall-problema ta’ rabja: 23 offenders
Ma terminawx it-trattament: 5 offenders
Qrati ta’ Malta u Għawdex – rapporti qabel sentenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw rapporti ta’ qabel is-sentenza jiġifieri SIR/PSR/VR mill-Qrati ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex minn Jannar 2016 sad-data li qed tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-lum, mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex ħarġu:
VR – 16
SIR – 66
PSR - 63
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiġu segwiti mit-Taqsima tal-Parole fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 32 persuna li qegħdin jiġu segwiti waqt li qed jinkiteb rapport ta’ qabel ir-rilaxx u 32 persuna li ingħataw il-Liċenza tal-Parole.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18-il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18 –il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa ta’ 98 li minnhom 27 huma ta’ sess femminili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) qed isegwi persuni li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità? Kemm hu n-numru ta’ rġiel u n-numru ta’ nisa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole qed isegwi 861 persuna li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità. 153 minn dawn huma nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn Jannar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 saru 96 rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni għal stallazzjoni ta’ lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk hemm applikazzjoni jista’ jgħid fiex waslet u meta se jinbeda x-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta' lif fil-blokka li għalih qed issir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.