Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali – għajnuna għal ħasil ta’ toroq u promenades fis-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jibbenefikaw minn għajnuna ta’ ħasil ta’ toroq jew promenades matul dan is-sajf?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mal-20 Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn ħasil ta’ toroq, żoni pedonali jew promenades matul dan is-sajf. Il-Kunsilli Lokali huma kif ġej : Mellieħa San Pawl il-baħar San Ġiljan Sliema Gżira Ta’ Xbiex Msida Pieta’ Floriana Valletta Bormla Isla Birgu Kalkara Xgħajra Marsascala Marsaxlokk Birżebbuġia Qrendi Mdina

Foss ta’ Ħaż-Żabbar — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir tindif ulterjuri fil-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li proprju bħalissa qed isir it-tindif tal-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar. Hekk kif imwiegħed iktar kmieni matul din is-sena, ix-xogħol inbeda hekk kif waqaf l-operat massiċċ ta’ tindif tal-bajjiet wara x-xhur tas-sajf. Wara li iktar kmieni f’din il-legiżlatura sar it-tindif tal-parti ta’ fuq tal-Foss, issa qed isir xogħol ta’ tindif fil-parti ta’ isfel. Sal-lum diġa’ tneħħew madwar 500 tunellata ta’ skart. Dan hu addizzjonali mal-1700 tunellata ta’ skart li tneħħew mill-parti ta’ fuq tal-post imsemmi. Ix-xogħol mistenni jiġi komplut fil-ġranet li ġejjin.

Rimi illegali ta’ skart – żoni koperti minn CCTV cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żona ġiet koperta s’issa minn CCTV cameras li qed jiġu stallati f’postijiet li jattiraw rimi llegali ta’ skart?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 525W.

Direttorat għat-Tindif – ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ skart li nġabar mid-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kif jikkompara din il-ħidma mas-snin preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġabru 8,044 tunellata ta’ skart. Dan huwa 10% iktar paragunat mal-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, kif ukoll 21% iktar paragunat mas-sena 2014. Huwa evidenti li qed isir sforz sabiex jitnaddfu diversi siti abbandunati f’pajjiżna apparti l-ħidma kontinwa ta’ kuljum. Ta’ min jinnota li dan l-ammont huwa biss l-ħidma ta’ qabel ix-xhur tas-sajf. Kollox jindika li ser terġa’ tkun sena oħra rekord ta’ ħidma mwettqa mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif.

Bajjiet – stallazzjoni ta’ slielem u infrastrutturi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ slielem u nfrastruttura oħra li ġew installati fuq il-bajjiet tagħna matul is-sajf ta’ din is-sena? Kemm hu l-ammont ta’ slielem li żdiedu fuq il-bajjiet tul is-snin 2014, 2015 u 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-slielem kollha li jitwaħħlu tul il-kosta ta’ pajjiżna jammonta għal 274 sellum. Fis-sena 2014 kien hemm żieda ta’ 22 sellum. Fis-sena 2015 kien hemm żieda ta’ 34 sellum Fis-sena 2016 kien hemm żieda ta’ 42 sellum Din iż-żieda fl-ammont ta’ slielem tfisser aċċessibilita’ aħjar għall-familji meta jżuru x-xtajtiet.

Bajjiet – kontenituri tal-Iskart

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hu l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart li ġew impoġġija fuq il-bajjiet matul ix-xhur tas-sajf ta’ din is-sena? Hemm xi pjanijiet li dawn se jiżdiedu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kontenituri tal-iskart li tpoġġew fuq il-bajjiet matul is-sajf tas-sena 2015 kien ta’ 900 kontenitur. Matul dan is-sajf dan in-numru żdied b’220, jiġifieri matul dan is-sajf kellna 1120 kontenitur tal-iskart impoġġija fuq il-bajjiet. Hemm il-ħsieb li dawn it-tip ta’ kontenituri jkomplu jiżdiedu sabiex il-pubbliku jkollu iktar faċilitajiet fejn jiddisponi mill-iskart tiegħu.

FES

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-FES?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-operat tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) u tas-servizzi ta' Skolasajf, Childcare u Klabb 3-16 mogħtija f'dawn l-aħħar sentejn qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

NCHFE

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-NCHFE?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2016, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) għaddiet minn ristrutturar kemm fl-istruttura ta’ l-entità u anke fil-proċeduri u servizzi. Ġiet stabbilita struttura aktar b’saħħitha fejn issa hemm dipartimenti separati fl-oqsma tal-Akkreditazzjoni u l-Ħarsien tal-Kwalità u fl-oqsma tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla. Proċeduri ta’ amministrazzjoni u mmaniġġjar tal-finanzi ġew stabbiliti b’mod iktar sħiħ u modern bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika. Il-Gvern investa b’mod sħiħ f’din l-entità biex f’pajjiżna jkollna regolatur b’saħħtu. Dan it-tisħiħ wassal sabiex intlaħqu diversi miri stabbiliti. L-informazzjoni dwar l-iżviluppi ewlenin li seħħew matul is-snin imsemmija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fis-snin li ġejjin, il-Gvern ħa jkompli jinvesti fl-NCFHE biex jintlaħqu l-miri tal-pluraliżmu u iktar preżenza internazzjonali f’Malta ta’ entitajiet barranin u studenti barranin li jagħżlu lil Malta bħala d-destinazzjoni għall-edukazzjoni tagħhom. Nistgħu nagħmlu dan billi naċċertaw ruħna li l-proċessi ta’ akkreditazzjoni jkunu trasparenti, rigorużi imma mhux burokratiċi.

Aġenzija Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn Aġenzija Żgħażagħ ħadet ħsieb u implimentat il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għas-snin 2015 – 2020 u mexxiet ‘l quddiem u ħarset l-interessi taż-żgħażagħ. Dan intlaħaq permezz tat-teħid ta’ diversi miżuri, programmi u inizjattivi fl-oqsma li se nsemmi: · Spazji ġodda għal persuni żgħażagħ u għaqdiet taż-żgħażagħ f’livell ta’ komunità lokali · Tkattir ta’ għarfien u tagħti widen liż-żgħażagħ · Programmi u inizjattivi intiżi għal impenn attiv u parteċipazzjoni ta’ persuni żgħażagħ Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif iktar dettaljat (bil-lingwa Ingliża) tal-miżuri, programmi u inizjattivi li ttieħdu taħt kull wieħed mill-oqsma differenti li semmejt. Aġenzija Żgħażagħ ser tkun qed tħejji għadd ta’ inizjattivi għall-presidenza tal-Unjoni Ewropeja s-sena d-dieħla kif ukoll għal Valletta 2018.

Għawdex – klassijiet tal-kinder, primarja u sekondarja — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi kinder, primarja u sekondarja f'Għawdex? X'inhu r-ratio bejn ħaddiema fl-iskola u studenti f'kull skola f'Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi fl-iskejjel tal-Gvern f'Għawdex fis-sena skolastika 2015-2016 u r-ratio bejn ħaddiema u studenti f'kull skola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prince’s Trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret tal-Prince's Trust?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis sena skolastika li għaddiet (2015/2016), seba’ skejjel madwar Malta bdew jimplimentaw l-XL programme tal-Prince’s Trust International, programm li jgħin lill-istudenti fil-qasam edukattiv billi jgħinhom fl-iżvilupp personali u jippreparahom aħjar għad-dinja tax-xogħol permezz ta’ kisba ta’ ħiliet. Fil-fatt Malta, permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, saret l-ewwel pajjiż barra r-Renju Unit li introduċiet dan il-programm edukattiv fl-iskejjel sekondarji tagħha. Dan il-programm huwa impenjat biex jgħin lil żgħażagħ ta' bejn it-13 u d-19-il sena biex jiksbu edukazzjoni, taħriġ u impjieg. L-iskop tal-Prince’s Trust International huwa li jagħti opportunità lil numru ta’ studenti biex jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet u l-motivazzjoni tagħhom f‘diversi aspetti permezz ta’ tagħlim informali u prattiku. L-istudenti involuti fil-programm, flimkien mal-għalliema tagħhom, ħadmu fuq diversi aspetti li joffri dan il-programm, fosthom proġetti għall-komunità, pjanar ta’ karrieri, preparazzjoni u esperjenza fuq postijiet tax-xogħol, attivitajiet ta’ team building u leadership skills, proġetti personali, preżentazzjonijiet fuq diversi suġġetti ta’ interess, immaniġġjar ta’ flus, proġetti ta’ intrapriża u parteċipazzjoni f’attività fiżika fost ħafna oħrajn. Kull student/a li kienu involuti temmew b’suċċess il- units li ħadmu u ppreparaw għalihom. Il-Prince's Trust International iddikjaraw li waqt li baqgħu impressjonati bix-xogħol preżentat, l-istudenti Maltin marru tajjeb ħafna u skont Ofsted (England's Quality Assurance Agency) marru 10% aħjar mill-istudenti Ingliżi involuti fl-istess programm. Wara s-suċċess li kellna fis-sena skolastika li għaddiet, il-programm issa nfirex fil-kulleġġi kollha f’Malta u Għawdex, u din is-sena qiegħed jiġi mħaddan ukoll mir-Resource Centres u Learning Support Centres, kif ukoll intwera interess minn skola tal-Knisja għall-implimentazzjoni tal-programm.

Skejjel Guardian Angel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment u operat tal-iskejjel Guardian Angel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-Ċentru ta’ Riżorsa Guardian Angel, il-Ħamrun, sar investiment li jinkludi fost oħrajn: · Titjib fis-sistema tal-ilma fejn inbidlu kanen u mixers li kienu qdiemu; · Stallazzjoni ta’ airconditioners ġodda f’żewġ klassijiet kif ukoll ta’ kameras tas-sigurtà f’zoni differenti; · Xogħol ta’ tisbiħ f’diversi partijiet taċ-Ċentru, pereżempju fid- dining room , fil- f oyer , fi kmamar speċjalizzati u fi Blokk 10 fejn hemm il-laboratorji; · Tranġar ta’ kmamar u uffiċċji fejn l-għalliema jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom b’mod iktar effettiv; · Xiri u stallazzjoni ta’ apparat bħal projectors u skrins għall-kmamar speċjalizzati; · F’kollaborazzjoni ma’ Nature Trust, il- green areas li hemm f’dan iċ-Ċentru mis-sena d-dieħla se jinbidlu f'postijiet ta’ rilassament għall-istudenti; B’rabta ma’ dan, sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet li hemm fil- picnic area ; · Xiri ta’ riżorsi biex ikun hemm aktar tagħlim effettiv; · Bdil ta’ purtieri tal-klassijiet kollha; · Sar investiment fuq Health and Safety fejn inxtara materjal li jassigura s-sigurtà kollha meħtieġa f'possibilità ta’ xi inċident; l-istaff kollu ġie offrut kors ta’ firefighting ; · Sar​ ukoll investiment f’terapiji għall-istudenti bħal dramatherapy u ​lezzjonijiet fuq it-tafal; · Sar ukoll investiment fejn l-għalliema​,​ l-LSAs u l-ġenituri ħadu taħriġ fuq kif għandu jingħata l-aħjar sapport lil persuni bl-awtiżmu.

Rziezet għat-trobbija ta’ baqar

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm il-Birgu jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.

Rziezet għat-trobbija ta’ baqar

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm Ħal Għaxaq jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.

Rziezet għat-trobbija ta’ baqar

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm l-Imsida jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.
Leg 12 PQ #27241 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Sibt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Year Number of operations: Saturdays 2013 5123 2014 6236 2015 6868 Jan - September 2016 5292
Leg 12 PQ #27242 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’ hawn taħt. Year Number of registered operations 2013 47274 2014 51531 2015 52889 Jan – September 2016 41799
Leg 12 PQ #27243 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — operazzjonijiet

Question

Jista’ jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Generali t’Ghawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sal-20 ta’ Ottubru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Year No of operations performed at GGH 2013 2707 2014 3147 2015 3922 Jan - 20th October 2016 3237
Leg 12 PQ #27244 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – feriti kkaġunati minn armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies fl-Isptar Mater Dei jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar, bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ nies li ddaħlu l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u Settembru tal-2016 jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar jammontaw għal 75. Dan l-ammont jinkludi ukoll dawk il-pazjenti li ġew mill-Libja sabiex jieħdu l-kura għal-feriti ikkaġunati minn armi tan-nar, fl-isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #27245 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni bi drug addiction – twelid ta’ trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn ommijiet li kienu qed isofru minn drug addiction bejn l-2006 u din is-sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u x'età kellhom l-ommijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2006 u l-2015 twieldu 197 il-tarbija minn ommijiet li ġew irraportati li sofrew minn xi forma ta’ illegal drug addiction waqt it-tqala. It-tabella t’ hawn taħt turi d-dettalji sena b’sena u skont l-età tal-omm. Eta’ 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 Total 10-14 0 0 2 0 0 0 0 0 0 0 2 15-19 0 5 7 5 1 0 0 0 1 1 20 20-24 4 5 8 7 4 9 3 6 3 2 51 25-29 3 4 6 6 6 10 10 5 10 4 64 30-34 2 4 4 3 4 6 4 5 3 6 41 35-39 0 1 0 0 2 0 6 2 2 3 16 40-44 0 0 1 1 0 0 0 1 0 0 3 Total 9 19 28 22 17 25 23 19 19 16 197