Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni ta’ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni taħt it-18-il sena quddiem il-Qorti bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din l-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u dwar xiex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Persuni ta taħt it-18 –il sena mressqa l-Qorti: 2006 – 259 2007 – 259 2008 – 250 2009 – 260 2010 – 328 2011 – 281 2012 – 282 2013 – 234 2014 – 238 2015 – 296 2006 (sa Awwissu) – 201 Ir-raġuni għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu: offiżi ta’ serq – offiżi relatati ma’ droga – frodi ħsarat volontarji u nvolontarji – kkaġunaw feriti – theddid u nsulti – ksur tar-regolamenti tat-traffiku – ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi – tipjip f’postijiet projbiti – ħruq – ksur tal-ordni pubblika – dagħa u kliem oxxen – pussess ta-pornografija – m’obdewx l-ordni min uffiċċjali pubblici – offiżi u/jew vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi – theddid - telefonati anonimi – vjolenza fuq il-pudur – użu hażin ta’ computer – offiżi relatati ma prostituzzjoni, fost oħrajn.

Każijiet ta’ Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tal-persuni li kkommettew suwiċidju sena b’sena b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Il-Kalkara – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Kalkara li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.

Raħal Ġdid – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gudja – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Gudja sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Għaxaq – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Santa Luċija – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Santa Luċija sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja, sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Pensjoni Mhux Kontributorja Statistika sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 Tip ta' Pensjoni Pensjonanti Pensjoni tal-Età (AP) 4,866 Pensjoni ta’ Di¿abilità (BLD) 297 Pensjoni ta’ Di¿abilità (HP) 2,122 Pensjoni tal-Wens (PW) 85 Pensjoni ta’ Di¿abilità (SHP) 803 Total 8,173

Irranġar ta’ Toilets fi skola

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toilets tal-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ma jaħdmux u l-bibien ma jissakrux?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-toilets fl-iskola indikata mill-Onorevoli Interpellant kollha qed jiffunzjonaw u għandhom il-bibien jissakkru.

Learning Support Assistant — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' learning support assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ġenituri ngħataw appuntament għall-istatementing għall-bidu ta’ Novembru 2016.

Il-Gudja – Triq il-Lewż — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Lewż, il-Gudja hux se tingħata t-tarmak peress li hemm biċċa li għadha ma ngħatatx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-mara ilha miżżewġa għall-14-il sena, it-tfal għandhom passaport Malti imma hi qatt ma kellha risposta fuq il-każ tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellanti illi d-Dipatiment tac-Cittadinanza m'ghandu l-ebda applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fuq l-isem tal-persuna li d-dettalji taghha qed jinghataw separatment mil-mistoqija parlamentari. Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jaghmel il-verifiki tieghu ghaliex waqt li fil-mistoqsija parlamentari l-Onor Parnis jagħmel referenza għal mara miżżewġa, d-dettalji mogħtija separatment jidher prima facie li huma ta' xi hadd iehor.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat biex tidħol f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #27656 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Audiologists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-audiologists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 ġew ingaġġati 2 Audiologists waqt li din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27657 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Chiropractors – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw chiropractors fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Chiropractors.
Leg 12 PQ #27658 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Chiropractors — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-chiropractors li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27657.
Leg 12 PQ #27659 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Clinical Perfusionists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw clinical perfusionists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Clinical Perfusionists.
Leg 12 PQ #27660 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Clinical Perfusionists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-clinical perfusionists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27659.