Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta’ studenti li applikaw kull sena li nfetħu l-applikazzjonijiet għall-Programm Endeavour skont il-Livell MQF? Kemm kienu l-istudenti li ngħataw scholarship u x’finanzi huma disponibbli għall-istudenti fil-Gruppi MQF rispettivi? Jista’ jelabora wkoll fuq il-proċedura adottata fil-proċess tal-għażla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti għall-Programm Endeavour skont il-livell MQF huwa kif se nsemmi:
Sena
Endeavour Grupp A
Nru. ta’ applikanti
MQF 7
MQF 8
Baqgħu eliġibbli
Nru. ta’ boroż ta’ studju
2015
313
279
34
*284 MQF 7
* 18 MQF 8
* 229 fil-livell ta’ Masters – MQF 7
* 18 fil-livell ta’ PhD – MQF 8
2016
311
284
27
*284 MQF 7
* 18 MQF 8
* 153 fil-livell ta’ Masters – MQF 7
* 16 fil-livell ta’ PhD – MQF 8
Sena
Endeavour Grupp B
Nru. ta’ applikanti
MQF 7
MQF 8
Baqgħu eliġibbli
Nru. ta’ boroż ta’ studju
2015
319
226
93
*181 MQF 7
* 74 MQF 8
* 26 fil-livell ta’ Masters – MQF 7
* 31 fil-livell ta’ PhD – MQF 8
2016
408
297
111
*228 MQF 7
* 79 MQF 8
* 22 fil-livell ta’ Masters – MQF 7
* 44 fil-livell ta’ PhD – MQF 8
Għall-Endeavour Grupp A qed jiġu allokati 7 miljun ewro fuq firxa ta’ ħames snin jiġifieri għal perjodu 2015 – 2020. Sa issa diġà nħarġu żewġ sejħiet taħt din l-iskema u diġà ngħataw 416-il borża ta’ studju għal valur ta’ madwar 3.7 miljun ewro (382 fil-livell ta’ Masters u 34 fil-livell ta’ PhDs/Professional Doctorates). Il-kumplament tal-fondi li jammonta għal madwar 3.3 milljun ewro iridu jiġu utilizzati għat-tliet sejħiet oħra maħsuba taħt dan il-proġett.
Fil-każ ta’ Endeavour Grupp B, ta’ kull sena l-Gvern jalloka 900,000 ewro mill-vot tal-Edukazzjoni biex imantni boroż ta’ studju li jiġu mogħtija taħt dan il-grupp. Sa issa diġà ngħataw 122 borża ta’ studju (47 fil-livell ta’ Master u 75 fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorates).
Fir-rigward tal-proċedura adottata fil-proċess tal-għażla, qed tintuża l-istess proċedura li kienet tintuża mill-Gvern preċedenti għall-programmi STEPS u l-Malta Government Scholarships Schemes (MGSS). Għal dan il-għan il-Gvern ħatar żewġ bordijiet tal-għażla, wieħed għall-Endeavour Grupp A u ieħor għall-Endeavour Grupp B, flimkien ma’ Bord tal-Appelli.
L-Endeavour Grupp A Bord u l-Endeavour Grupp B Bord inħatru għal perjodu ta’ sentejn u huma inkarigati mill-proċess tal-għażla wara li kull applikant/a li j/tibqa’ eliġibbli j/tissejjaħ għal intervista. L-intervisti huma bbażati fuq il-kriterji msemmja fir-regolamenti abbinati ma’ l-istess skema.
L-ammont ta’ boroż ta’ studju li jingħataw jiddependi minn kemm ikun jiswa kull kors flimkien mal-
allowances
dovuti u l-valur kumplessiv ta’ kull borża ta’ studju rispettivament kif spjegat fir-regolamenti ta’ din l-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi li ma ġewx allokati taħt il-Programm Endeavour? Jekk iva, hemm intenzjoni li dawn il-fondi jiġu trasferiti fi grupp ieħor fi ħdan l-istess programm biex jikkompensaw għall-assorbiment akbar ta’ fondi f’sezzjoni oħra tal-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati għall-programmi Endeavour għal din is-sena intużaw. L-Endeavour Scholarships Scheme hija skema li hi maqsuma f’żewġ kategoriji jiġifieri Grupp A u Grupp B. Grupp A huwa programm intenzjonat biex jiġi parzjalment iffinanzat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-Fond Soċjali Ewropew, filwaqt li Grupp B huwa sosnut minn fondi lokali. B’dana illi proġett li jkun qed jibbenefika minn fondi tal-Unjoni Ewropeja mhux aċċettabli u ma jistax isir trasferiment ta’ fondi minn proġett tal-EU għall-iskema lokali. Bl-istess mod kif ma setax isir meta kien hemm il-programmi STEPS u MASTER it! versus il-Malta Government Scholarships Scheme –Postgraduate Scheme (MGSS – PG).
Għall-Endeavour Grupp A qed jiġu allokati 7 miljun ewro fuq firxa ta’ ħames snin jiġifieri għal perjodu 2015 – 2020. Sa issa diġà nħarġu żewġ sejħiet taħt din l-iskema u diġà ngħataw 416-il borża ta’ studju għal valur ta’ madwar 3.7 miljun ewro (382 fil-livell ta’ Masters u 34 fil-livell ta’ PhDs/Professional Doctorates). Il-kumplament tal-fondi li jammonta għal madwar 3.3 milljun ewro iridu jiġu utilizzati għat-tliet sejħiet oħra maħsuba taħt dan il-proġett.
Fil-każ ta’ Endeavour Grupp B, ta’ kull sena l-Gvern jalloka 900,000 ewro mill-vot tal-Edukazzjoni biex isostni u jmantni boroż ta’ studju li jiġu mogħtija taħt dan il-grupp. Sa issa diġà ngħataw 122 borża ta’ studju (47 fil-livell ta’ Master u 75 fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorates).
M’hemmx lok ta’ fondi jiġu trasferiti minn grupp għall-ieħor kif spjegat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ il-bini l-ġdid tal-ITS fi Smart City? Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jew il-Ministeru għat-Turiżmu qed jikkonsidra li jkollu xi post ieħor temporarju bħala ITS kemm-il darba l-bini preżenti jitbattal u dak fi Smart City ma jkunx għadu lest?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għad-diskors tal-Baġit 2017, fejn f'paġna 86 qed jingħad li l-qgħad f'Għawdex niżel minn kważi 750 f'Marzu tal-2013 għal ftit iktar minn 500 f'Ġunju li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-250 persuna tnaqqsux mir-reġistru tal-qgħad għax sabu xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu mal-privat, ma’ kumpaniji parastatali jew mal-Gvern separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numri kkwotati għal Marzu 2013 u Ġunju 2016 ma jirreferux għall-istess individwi minħabba li l-individwi fuq ir-reġistru jinbidlu b’mod kontinwu (flow u mhux stock). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, meta tqabbel ix-xahrejn ma’ xulxin (Marzu 2013 ma’ Ġunju 2016) issib li sa Ġunju 2016 kien hemm 543 persuna li ma baqgħux jirreġistraw. Minn dawn kien hemm 392 persuna li sabu impjieg, filwaqt li 137 waqfu jirreġistraw mingħajr raġuni u 14-il persuna daħlu jirreġistraw fix-xhur ta’ wara. Dawn it-392 persuna kienu impjegati kif ġej: 29 persuna mas-settur pubbliku (Gvern), 11-il persuna mal-entitajiet pubbliċi filwaqt li 352 persuna kienu impjegati mal-privat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir it-tiswija neċessarja fuq il-menqa ta' San Pawl il-Baħar, billi s-sajjieda li jpoġġu d-dgħajjes tagħhom f'dan il-post huma inkwetati li ser issir ħsara rreparabbli lill-istess menqa, u b'konsegwenza fuq l-attività tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Imsaġar ġodda f’Malta u f’Għawdex – masġar ta’ Kennedy Grove
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27470, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-masġar li suppost kellu jsir fl-inħawi ta’ Burmarrad, issa fil-fatt inqatax mill-programm peress li mhux imsemmi? Jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-masġar ta’ Kennedy, fejn numru sostanzjali ta’ siġar spiċċaw mejtin, għal xi raġuni jew oħra, hux ser jiġi rranġat, u fih jitħawlu siġar oħra? X’inhu x-xogħol li mistenni jsir f’dan l-istess post, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-fatt l-Wied ta’ Santa Katerina (fil-limiti tan-Naxxar u Burmarrad) jaghmel parti minn Burmarrad li fih qed jiġi ppjanat li jsir restawr u afforestazzjoni kif diġa’ ntqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27470. Għaldaqstant Burmarrad ma nqatax mill-programm ta’ żoni li jrid isir tħawwil fihom. Dan ser isir wara li jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-Mizura 8 tal-Programm Agrikolu (EAFRD).
Għar-rigward ta’
Kennedy Grove
s-siġar li kienu mietu huma tat-tip
Cypressus leylandi
li risposta għall–interventi li qegħdin isiru ngħatat fi tweġiba Nru 20459 u Nru 16658. Siġar ġodda indiġeni tal-ispeċi
Cypress semprevines
qed ikunu mħawla flok dawk li mietu.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W449, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm instabu li kien hemm persuni li qed jarmaw fuq dan il-front mingħajr m’għandhom permess? Fejn hemm il-permessi, minn min huma maħruġa dawn l-istess permessi? Kemm kien hemm każi li ttieħdu passi fil-konfront ta’ dawk li kienu qed jaħdmu mingħajr ma kellhom il-permessi meħtieġa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W456, billi d-domanda msemmija diġà saret diversi drabi taħt forma jew oħra, ninforma lill-Ministru li t-triq li qed nagħmel referenza għaliha tikkonċerna dik il-parti tat-triq li twassal mill-Bird Sanctuary (post fejn hemm is-santwarju tal-għasafar li jservi wkoll ta’ attrazzjoni turistika), liema triq twassal sal-bidu ta’ Kennedy Grove (fuq in-naħa l-oħra tat-triq), li qabel ma sar ix-xogħol fuq il-Coast Road, kienet isservi ta’ dħul għall-Qawra. Fl-istess post, fejn numru ta’ siġar taż-żebbug inqalgħu minn fejn illum għaddejja t-triq, u fil-fatt tħawlu fl-area li ma kenitx imħawla bis-siġar, kif ukull qrib il-post, fejn hemm mina biex minnha jgħaddi l-ilma tax-xita, biex jibqa ħiereġ lejn il-baħar, mingħajr ma jagħmel ħsara lir-raba’ u lill-inħawi, liema triq tfarrket kollha minħabba x-xogħol li sar biex inbena l-pont żgħir, kif ukoll biex sar ix-xogħol marbut mat-taħwil tas-siġar? Il-ħruġ li qed issir referenza għalih hu dak li jiġi t-tieni wieħed, fuq in-naħa tax-xellug tal-Coast Road, liema ħruġ/dħul jinsab ukoll wara l-ewwel lights, x’ħin taqbeż ir-roundabout il-kbira qabel titlaq mis-Salina biex tmur in-Naxxar, u wara l-ewwel sett ta’ pelican lights, li huma mixgħula, iżda qabel is-sett l-ieħor ta’ pelican lights li għadhom mhux mixgħulin, u li wkoll qed iservu ta’ periklu għal kull min ikun ser jaqsam it-triq, u wkoll ta’ periklu għal dawk li jkunu qed isuqu fuq l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u l-istat tagħha huwa primarjament konsegwenza ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni tul is-snin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27439, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk qattx saru studji dwar il-possibbilità li jitwaħħlu sound barriers f’xi bypass f’Malta? Jekk iva fejn kienu jikkonċernaw dawn l-istudji? B’referenza partikulari għal bypass imsemmija (dik ta’ San Pawl il-Baħar), l-istorbju ġej mill-vetturi li jgħaddu minn din l-istess bypass, u l-istorbju jikkonċerna t-tul kollu tal-istess bypass?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27872.
Operations and Maintenance Expenses – Contractual Services – Vot numru 30
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Vot 16 Recurrent – line item 30 Contractual Services taħt Operational and Maintenance Expenses għas-sena 2017 żdied b’aktar mid-doppju fuq is-sena kurrenti u ċjoè minn €230,000 għall-€550,000? Fiex hu proġettat li se jintefqu dawn il-flus? Fis-sena li qegħdin fiha, x' intefaq minn dan il-vot u lil min tħallsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28064 se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T f'Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN-T f'Għawdex? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T u li għadhom ma sarux? Jista' jindika meta hu maħsub li jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27615
Transport Malta – records tas-servizzi ta’ entitajiet li jgħaddu minn fuq il-bankini
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) għandhiex records tas-servizzi ta’ entitajiet oħra li jgħaddu minn fuq il-bankini, biex b'hekk jiġi assigurat li dawn l-entitajiet ma jħallux ħsarat meta jgħaddu minn dawn il-postijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi li jeżistu taħt l-art huma responsabbilta’ tal-entita’ li għandha dak is-servizz. L-Awtorita’ m’għandhiex dettalji fejn jinstabu tali servizzi, madanakollu kull entita’ għandha d-dettalji tas-servizzi eżistenti li għandha taħt l-art. Kull meta jkun hemm xi xogħol maġġuri fit-toroq, tiġi mibgħuta notifika b’mod eletroniku lill-entitajiet biex jagħtu l-kummenti tagħhom. Apparti minn hekk, il-kuntrattur, qabel ma’ jibda xogħol fit-toroq, jikkuntattja lill-entitajiet biex jiġu jimmarkaw is-servizzi fit-toroq fejn se jkun se jsir ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ makkinarju nxtara mid-Direttorat għat-Tindif matul is-sena 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għat-Tindif kompla jżid il-makkinarju billi inxtraw :
2 vannijiet
1 wheelie bin washer
1 dinghy
1 pedestrian sweeper
1 multi function scrubber
Inxtraw ukoll diversi muturi magħrufa bħala grass cutters, chain saws kif ukoll vacuum blowers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-futur immedjat sabiex ikun hemm iktar tindif fiż-żoni turistiċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jaghmel dak kollu possibli sabiex ikun hawn l-iktar livell ta’ indafa f’kull ħin fil-pajjiż. Huwa importanti ħafna li l-pubbliku jikkopera mal-Gvern sabiex il-lokalitajiet kollha jinżammu nodfa. Minn naħa tagħna lesti li nibqgħu nagħtu kull kontribut possibli sabiex ikun hawn iktar tindif. Hemm il-ħsieb li ż-żoni li jitnaddfu mid-Direttorat għat-Tindif preżentament jiġu estiżi sabiex jintlaħaq iktar żoni. Għaddejja ħidma kontinwa biex nedukaw lill-poplu u nżidu l-infurzar meħtieġ biex jitnaqqas l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom ġew solvuti minn CSD, minn kunsilli lokali u minn entitajiet oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li ġew introdotti, huwa kif ġej :
Numru ta’ każijiet 1366
Każijiet solvuti 1341
Każijiet pendenti 25
_________________________________________
Każijiet solvuti minn CSD 1257
Każijiet solvuti minn Kunsilli Lokali 55
Każijiet solvuti minn entitajiet oħra 29
Minn dawn il-figuri jidher li 98.2% tal-każijiet huma solvuti.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ssejħu l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif sabiex jinġabar xi ħut mejjet li jasal fuq ix-xtut Maltin xahar b’xahar matul din is-sena? Kif jikkompara dan l-ammont mas-snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan is-sajf il-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġew imsejjħa 29 darba sabiex jinġabar xi tip ta’ ħut mejjet minn fuq il-kosta ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-latrini pubbliċi li huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali li jibqgħu miftuħa wara l-ħinijiet normali waqt ix-xhur tas-Sajf? Sa x’ħin idumu miftuħa dawn il-latrini pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jibqgħu miftuħin wara l-ħinijet normali huwa kif ġej :
Valletta - Barrakka ta’ fuq
Mdina – Howard Gardens
Birgu – Xatt ir-Risq
Dan is-servizz iġib spiża addizzjonali ta’ € 9,309 għal matul ix-xhur tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ nterventi ta’ tindif qed isiru fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta huwa kif ġej :
Tindif filgħodu (mis-6.00am ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif wara nofsinhar ( mill-4.00pm ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif matul il-lejl (mill-11.00pm ‘l quddiem)– Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif u ħasil permezz ta’ power wash matul il-lejl (mis-2.00am ‘l quddiem) 3 darbiet fil-ġimgħa
Dan is-servizz jgħin ferm sabiex l-ambjent fiż-żona tad-daħla tal-Belt Valletta jkun wieħed li jilqa’ lil kull min iżurha.
Miżuri diġitali biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku.