Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Boffa Residential Home u xi attivitajiet li jistgħu jsiru fiha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bid-drenaġġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u għaldaqstant il-Korporazzjoni ser tagħmel spezzjoni u evalwazzjoni dettaljata tal-medda tad-drenaġġ li għaddejja mit-triq in kwistjoni. F’każ li jirriżulta li jkun hemm xi difetti fil-medda, tittieħed azzjoni riparatorja mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jgħid Heritage Malta x’miżura qed tieħu fir-rigward tas-sigurtà ġewwa s-siti miftuħa tagħha? Jista’ jgħid x'budget hemm għal din is-sena li huwa ddedikat speċifikament għal sistemi kontra l-vandaliżmu ġewwa s-siti tal-istess Aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ jingħata lill-uffiċjali tas-sigurtà li huma ngaġġati ma' Heritage Malta? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan it-taħriġ u kemm-il siegħa jdum? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dan it-taħriġ jinkludix first aid, tifi tan-nar, informazzjoni bażika dwar is-sit/mużew, kif ukoll customer care?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tas-sigurtà jkollhom it-taħriġ kollu meħtieġ bil-liġi sabiex ikollhom liċenzja ta’ uffiċjali tas-sigurtà, minn barra taħriġ bażiku li tagħti Heritage Malta skont il-bżonn ta’ kull mużew/sit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' raportaġ Heritage Malta rċeviet mingħand ġurnalisti internazzjonali minn Marzu 2013 s’issa? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa issa Heritage Malta rċeviet 694 talba għal rapurtaġġ minn ġurnalisti barranin. Dawn it-talbiet ġeneralment jiġu mgħoddija lill-aġenzija permezz tal-MTA. It-talbiet kollha ġew milqugħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema ta' Heritage Malta fil-grad ta' Senior Executive ġewwa s-sezzjoni tal-proġetti, hux qed ikollhom jagħmlu xogħol ta' project manager u perizja, mingħajr ma jiġu kkumpensati xieraq kif ġara fil-passat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol kollu li sar u għadu jsir mill-impjegati msemmija kif ukoll mill-impjegati l-oħra kollha kien dejjem skond il-job description.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli “Bromocriptine 2.5mg” humiex out of stock u jekk le, jista’ jgħid min huwa ntitolat għalihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bromocriptine 2.5mg mhumiex out of stock. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti li jsofru minn diversi kundizzjonijiet fosthom Parkinson's Disease, Hypopituitarism , Malignant Diseases, Psychosis u Schizophrenia.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex karru li ilu pparkjat diversi xhur fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi jitneħħa minn fuq il-post, għax ilu jiġi rrapurtat kemm-il darba imma qatt ma ttieħdet l-ebda azzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-Pulizija ma rriżultaliex li hemm karru pparkjat fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi.
Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – Triq Dun Anton Vella – passi kontra min jarmi ħmieġ fejn l-iskips
Question
Jista’ l-Ministru jelenka f’kemm-il każ il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħa passi kontra nies li nqabdu jarmu ħmieġ fejn l-iskips fi Triq Dun Anton Vella, fiż-żona li qiegħdha mgħassa bil-cameras?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li m’għandu l-ebda skips fi Triq Dun Anton Vella fis-Siġġiewi. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-bring-in site li tinsab fi Triq Nikola Bonello, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jinforma li ma kellu l-ebda każ li fih kien hemm bżonn li jittieħdu passi kontra xi persuna. Il-Kunsill Lokali jieħu ħsieb li l-bring-in site titbattal b’mod regolari biex ir-residenti jkunu jistgħu jiddisponu mill-iskart kif suppost.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati b’contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b'contract for service fil-preżent mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inkluż fis-segretarjati privati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari, kif ukoll mad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Jista’ jagħti lista ta’ min huma, kemm hi r-rata li qed jitħallsu biha u kemm kienet in-nefqa s'issa għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm 58 persuna mad-Direttorati u 29 persuna maż-żewġ segretarjati privati li għandhom contract for service. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wħud minn dawn il-persuni diġà ġew inklużi fil-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27900.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minn kull skola tal-Istat fuq teaching aids edukattivi, matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kienu dawn ir-riżorsi, skola bi skola u sena b'sena u f'liema kwalità? Kif ġiet koperta n-nefqa għal dawn ir-riżorsi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsija bħal din fejn tintalab informazzjoni dettaljata, skola bi skola, fuq medda ta' ħames snin, tinħtieġ ħafna xogħol u riżorsi sabiex tinġabar. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni bdiet tkun disponibbli b'mod elettroniku mis-sena 2014. Qabel l-2014 kien jintuża programm ta' Cash Accounts li kien disponibbli f'livell ta' skola jew bħala hardcopy fit-taqsima tal-Accounts. L-Onor. Interpellant għandu japprezza illi minbarra r-riżorsi umani li tinħtieġ biex tinġabar l-informazzjoni manwalment qabel l-2014, iż-żmien huwa limitat ħafna.
Madankollu, peress li kien diġà sar xogħol b'konnessjoni ma' PQ preċedenti bl-istess suġġett, ninsab f'pożizzjoni li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' infiq fuq teaching aids edukattivi skola bi skola għas-sena 2014. Din it-tabella tikkonferma l-vastità tal-informazzjoni mitluba.