Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta reġistrati fl-2015 u fl-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija ? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu żwiġijiet bil-Knisja u kemm kienu biċ-ċivil? Jista’ jgħid x’kienet l-età tal-persuni? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu persuni ta’ nazzjonalità oħra ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:27257 papers laid 'A'.pdf27257 papers laid 'B'.pdf27257 papers laid 'C'.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga li nqabad mill-Pulizija, ġew minn barra l-pajjiż bl-ajru, kien hemm matul l-2015 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin it-titjiriet? X’tip ta’ droga nqabdet u kemm kien l-ammont? Kemm kien hemm persuni arrestati? Ta’ liema nazzjonalità kienu l-persuni arrestati? Kemm huwa maħsub li kien il-valur fit-triq tad-droga maqbuda skont it-tip tad-droga maqbuda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett każi ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-Pulizija u li ġew bl-ajru. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23522, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni skont l-liġi u jara li jitla’ ċint kif tistipula l-istess liġi madwar art li tinsab fi Triq Pietru Feliċi ġewwa Ħal Qormi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li tista’ tittieħed hija mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt l-Artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex jitneħħa xi periklu. L-Awtorità se tinvestiga l-każ biex tistabbilixxi jekk jeżistix periklu u tieħu l-passi jekk ikun meħtieġ.
Il-Marsa – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Marsa sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Safi – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Safi sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Marsaxlokk – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Marsaxlokk sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Birżebbuġa – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Birżebbuġa sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Iż-Żurrieq – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Żurrieq sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Kalkara – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Kalkara sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Caritas –Rapport “A minimum essential Budget for Decent Living”
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu jew ittieħdu mill-Ministeru wara r-rapport preżentat mill-Caritas “A minimum essential Budget for Decent Living”? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarux laqgħat mill-Ministeru mas-soċjetà ċivili dwar dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Kuntrarju għal dak li ġara taħt amministrazzjoni preċedenti, minflok il-Gvern qal li l-faqar huwa perċezzjoni, iltqajna mal-Caritas u saru attivitajiet fejn kien diskuss id-dokument.
Nassigura lill-Onor. Interpellant illi qed u se jkunu qed jittieħdu l-passi neċessarji
Anzjani li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)? Jista’ jiġi indikat kemm minnhom qed jirċievu inqas minn €500 fix-xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru totali ta’ pensjonanti, eskluż pensjonanti imħallsin pro-rata taħt xi ftehim bilaterali jew ir-regolamenti tal-UE tas-sigurta’ soċjali, li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) huwa ta’ 74,991.
Minn dawn, dawk li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor li jista’ jkun li għandhom, kien anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Ġunju 2016, kien ta’ 16,356, skont it-tabella murija hawn taħt:
Tip ta' Pensjoni
Numru ta' Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
9,162
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7,194*
Total
16,356
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Fil-każ tal-persuni tas-7,194 ikkwotati fuq li għandhom pensjoni tas-servizz aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il€500 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.
Iċ-ċifra mgħotija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26328 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-ammonti dovuti fuq rifużjoni tal-Income Tax issa tħallsux u jekk iva kemm-il persuna tħallset u kemm kien l-ammont komplessiv?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ħareġ tlieta u tletin rifużjoni li b’kollox jammontaw €598,906. Dan l-ammont jinkludi rifużjoni maqtugħ kontra bilanċ dovut lill-VAT wara ftehim mat-taxpayer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każijiet ta’ vjolenza domestika u kemm tressqu persuni l-Qorti fis-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015 kien hemm elf, mitejn u ħames (1205) rapporti ta’ vjolenza domestika li ġew investigati u fil-każijiet kollha fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu persuni l-Qorti. Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġà.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn kien hemm żieda doppja fl-infiq tat-tindif (cleaning) mill-korporazzjoni ETC, illum Jobsplus, bejn is-sena 2014 fejn intefaq €71,369 u s-sena 2015 fejn intefqu €145,043?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor' Interpellant li ż-żieda msemmija hija dovuta għal dawn ir-raġunijiet:
· Żieda fis-sigħat tal-kuntrattur; ftit iktar minn 800 mitt siegħa minħabba l-uffiċini ta’ Pembroke u Mtarfa li tammonta għal kwazi €6,800.
· Żieda fir-rata ta’ ħlas; minn €5.85 fis-siegħa fl-2014 għal €7.56 fl-2015 inkluż VAT – total ta’ sigħat maħduma kienu ftit iktar minn 16,900 li jammonta għal €29,000.
· Invoices tas-sena 2014 li tħallsu fl-2015 - €31,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab il-kumpilazzjoni tal-istatistika marbuta mal-Household Budgetary Survey li jmiss?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġbir tal-informazzjoni għall-Household Budgetary Survey beda f’Marzu 2015 u ntemm f’April 2016. L-ewwel fażi ta’ iċċekkjar tal-informazzjoni miġbura dwar in-nefqa tal-familji beda eżatt wara li ntemm il-ġbir tal-informazzjoni u bħalissa dan l-iċċekjar tad-data qiegħed fi stadju avvanzat. Wara din il-fażi ssir l-analiżi tal-informazzjoni miġbura u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jkun jista’ jikkompila l-ewwel stimi tan-nefqa tal-familji. Ir-rapport sħiħ jiġi ppublikat f'nofs l-2017.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament sabiex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni li għandha fejn kien intefa’ skart fl-għalqa tagħha meta rranġaw it-triq ħdejn iċ-ċimiterju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ jew obbligi ta’ Transport Malta.
Ħal Qormi — Ħsejjes ta’ livelli għolja – każ ta’ individwu
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23355 datata 17 ta’ Frar 2016, jista' l-Ministru jindika xi żviluppi kien hemm wara li kont ġejt infurmat li l-każ qiegħed ikun segwit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jista jieħu passi biss taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika jekk jiġi ppreżentat ċertifikat mediku, liema ċertifikat s’issa ma ġiex pprovdut mill-persuna msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid mid-dental hygienists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 3 Dental Hygienists li ggradwaw fl-2015 applikaw għas-sejħa. Minn dawn 1 accetta l-ħatra filwaqt li 2 Dental Hygienists l’oħra irrifjutaw l-kariga. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.