Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament rigward xiri ta’ post tal-housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata mill-Awtorità tad-Djar u ngħatat l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-każ tagħha.
Kunsill Lokali Siggiewi – skema sabiex jiġu rranġati Housing Estates
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi applikax u bbenifikax mill-iskema sabiex jiġu rranġati Housing Estates? U jekk iva, liema kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għadu ma bbenifikax mill-iskema attwali li tikkonċerna l-irranġar tal-komun ġewwa l-Housing Estates. Madanakollu, huwa maħsub li, l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser jiġi kkuntatjat fil-futur qarib biex ikun jista’ jipparteċipa f’din l-iskema matul s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jieqaf l-inkonvenjent tat-traffiku u kaos ħdejn l-iskola tal-Imġarr Malta waqt il-ħinijiet tal-bidu u t-tmiem tal-iskola minħabba li l-karozzi qegħdin jieqfu f'nofs tat-triq sabiex iniżżlu u jtellgħu t-tfal tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej studju sabiex isiru pjanijiet ġodda ħalli jittaffa l-inkonvenjent li xi drabi jiġi esperjenzat quddiem l-iskola.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jieqaf l-inkonvenjent tat-traffiku u kaos ħdejn l-iskola tal-Imġarr Malta waqt il-ħinijiet tal-bidu u t-tmiem tal-iskola minħabba li l-karozzi qegħdin jieqfu f'nofs tat-triq sabiex iniżżlu u jtellgħu t-tfal tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ħdejn l-iskola Primarja ta’ l-Imġarr qed ikun hemm kuntistabbli kuljum waqt id-dħul kif ukoll waqt il-ħruġ tat-tfal biex fost doveri oħra jikkontrolla it-traffiku. Infurmat ukoll li l-Pulizija ma jirriżultaliex li jkun hemm kaos ħdejn din l-Iskola f’dawn il-ħinjiet u saru diversi spezzjonijiet li minnhom irriżulta li t-traffiku miexi aħjar mis-snin ta’ qabel. L-ispezzjonijiet ser ikomplu.
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li Triq Gwiedi fil-Baħrija jsirulha x-xogħlijiet neċessarji għaliex tinsab fi stat ferm ħażin kemm għad-detriment tar-residenti ta' din it-triq kif ukoll min jagħmel użu minnha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rabat Malta — Nuqqas ta’ aċċessibiltà fil-librerija pubblika – każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, rigward nuqqas ta' aċċessibiltà fil-librerija pubblika tar-Rabat Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata. In-nuqqas ta' aċċessibiltà jirreferi għall-lift li kien hemm fil-binja li iżda ma jaqax taħt il-Libreriji Maltin. Infurmat li diġà ġew ikkuntattjati l-awtoritajiet konċernati sabiex tinstab soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta' aċċessibiltà.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26882, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jidher li r-raġel tagħha għandu liċenzja valida tas-sewqan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-każ kien ġie rivedut mill-Bord ta’ Transport Malta fit-26 ta’ Frar 2016 u d-deċiżjoni kienet li l-applikanta ma tikkwalifikax għal tali parkeġġ riservat. Bi dritt l-applikanta appellat minn din id-deċiżjoni mar-Review Panel għall-Parkeġġ Riservat, u d-deċiżjoni tar-Review Panel, bid-data 5 t’Awwissu 2016, ikkonfermat d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm studenti jattendu l-Alternative Learning Programme?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li preżentement fl-Alternative Learning Programme qegħdin jattendu 155 student/a fl-ewwel sena u 24 student/a tat-tieni sena. B'kollox hemm 179 student/a.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet għajnuna finanzjarja l-Iskola Mariam AlBatool mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum? Taħt liema forma ngħatat din l-għajnuna u jagħti d-data ta’ meta għaddiet kull għajnuna finanzjarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum l-iskola Mariam Albatool irċeviet is-somma totali ta’ €805,448.01 bħala għajnuna finanzjarja. Fl-2015 is-somma ta’ €18,012.24 kienet tappartjeni għall-perjodu Ottubru–Diċembru 2014.
Ir-rimbors għas-salarji tal-Learning Support Assistants ngħataw fi Frar, Ottubru u Diċembru 2015, u fi Frar u Ġunju 2016. Ir-rimbors għall-proġetti kapitali ngħata f’Lulju 2015. Fl-2016 ma saretx claim.
L-għajnuna finanzjarja skont kuntratt li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-iskola ngħatat f’Marzu, Awwissu u Novembru 2015 u fi Frar, Marzu u Mejju 2016.
Skola Mariam AlBatool – allokazzjoni finanzjarja għal sular ġdid
Question
Peress li fid-dikors tal-Budget għas-sena 2016 il-Ministru għall-Finanzi kien qal “Għas-sena d-dieħla wkoll lill-Iskola Mariam AlBatool se nagħtuha allokazzjoni finanzjarja biex jinbena sular ġdid biex jilqgħu aktar studenti”, jista’ l-Ministru jgħid meta ngħatat din l-għajnuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-għajnuna għalkemm għadha ma ngħatatx qiegħda allokata għal titjib infrastrutturali. Dan għadu ma seħħx peress li għad jonqos permessi mill-Gvern tal-Libja.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm żgħażagħ jattendu fl-Iskola Ġużè Ellul Mercer ġewwa l-Gżira? Jista’ jgħid ukoll liema huma s-suġġetti li qed jiġu mgħallma fl-Iskola Ġużè Ellul Mercer fil-Gżira? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru u t-tul tal-lezzjonijiet li qed jiġu offruti f’din l-iskola ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Ottubru 2016 kien hemm 99 student u studenta.
L-istudenti jkollhom sitt lezzjonijiet ta’ ħamsin minuta l-waħda fil-Malti, fl-Ingliż, fil-Matematika, fil-Fiżika jew fl-ICT. Barra minn hekk ikollhom ukoll tliet lezzjonijiet ta’ ħamsin minuta fl-Edukazzjoni Fiżika u fil-PSD.
Qed nipprovdu wkoll lezzjonijiet tar-Reliġjon u tat-Taljan wara l-ħin għal numru ta' studenti. Dawn ikollhom żewġ sessjonijiet ta’ sagħtejn il-waħda fil-ġimgħa għal kull suġġett.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatari 27881, jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx it-talba tal-istess kap tal-iskola li tiġi deployed bħala uffiċjal edukattiv? Jista’ jgħid ukoll jekk twaqqafx xi bord li assessja l-kwalifiki fil-mużika ta' din il-kap tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x'inhu preżentement il-grad ta' din il-persuna minħabba li qed taqdi l-funzjoni ta' uffiċjal edukattiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li din il-persuna kienet esprimiet xewqa li tibdel il-ħidma tagħha għal raġunijiet ta’ natura personali. Twaqqaf kumitat ad hoc magħmul minn żewġ Diretturi li analizza t-talba tagħha. Matul dan l-eżerċizzju ġie verifikat li l-uffiċjal għandha kwalifiċi u esperjenza estensiva fil-qasam tal-mużika. Għaldaqstant, peress li ħabat li l-pożizzjoni ta’ Uffiċjal Edukattiv tal-Mużika kient temporanjament vakanti, setgħet tiġi offruta l-opportunità, li filwaqt li jibqa’ jinżamm il-grad ta’ Kap ta’ Skola, għal perjodu ta’ żmien definit tgħin lid-Dipartiment tal-Kurrikulu f’dan il-qasam. Hekk kif, l-Uffiċjal Edukattiv tal-Mużika rritornat lura minn barra l-pajjiż wara sena (fuq leave skont il-PSMC), l-uffiċjal l-oħra ntalbet tgħin f’qasam ieħor.
Bħalissa l-istess persuna qiegħda taqdi dmirijiet ta’ Uffiċjal Edukattiv ta’ Snin Bikrin, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Mużika u Arti. Bħala kap ta’ skola primarja, hi kellha esperjenza estensiva f’dan il-qasam, speċjalment meta kienet kap ta’ skola Primarja A. Dan huwa post temporarju għaliex hija tista’ tintalab terġa’ lura bħala Kap ta’ Skola, skont l-esiġenzi tas-servizz.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –konsulenti
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27900, u l-Excel Sheet f’verżjoni elettronika li ngħatat mat-tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni jew entitajiet li qed jipprovdu servizz ta’ konsulenza fiċ-ċelloli (cells) mmarkati bl-isfar li jidhru fid-dokument li qed jingħata separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-isem fl-ewwel ċellola huwa s-Sur Alfred Mallia. Sitta miċ-ċelloli l-oħra mmarkati bl-isfar ma kenux inklużi fil-kopja li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra peress li kienu kuntratti skaduti li tnejn minnhom reġgħu ġew imġedda u fil-fatt l-ismijiet ta' dawn iż-żewġ persuni jidhru fl-istess area of work tal-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li persuna oħra kienet irriżenjat is-sena l-oħra u għalhekk isem din il-persuna ma deherx fuq il-lista mpoġġija.
Fil-verżjoni elettronika jidher 'Advisor on sports at KMS' li bi żvista dan ma deherx fil-lista mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan huwa s-Sur Mark Cutajar.
Transport Malta — entitajiet li għandhom servizzi fil-bankini - ħsarat
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tassigurax li ħsarat li jsiru minn entitajiet li għandhom servizzi fil-bankini, fil-fatt jiġu msewwija kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Avviż Legali 29/2010 li jirregola x-xogħlijiet, il-kuntrattur hu responsabbli li jsewwi kull ħsara li ssir lil xi servizz b’konsegwenza tax-xogħol li jkun għamel. Il-kuntrattur hu marbut ukoll li jkollu polza tal-assigurazzjoni kontra kull ħsara lil terzi persuni kif ukoll lill-infrastruttura. L-infrastruttura tal-entitajiet li teżisti taħt l-bankina hi responsabbilta’ tal-istess entita’. Għalhekk l-entita’ li tkun sofriet il-ħsara tikkordina direttament mal-kuntrattur li jkun għamel ix-xogħol biex jirranġa jew iħallas għall-ħsara li tkun saret.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' Reserved Parking Bays li hemm approvati mill-bord responsabbli fi ħdan il-ministeru, lokalità lokalità? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' tali reserved parkings li ġew revokati din is-sena, ukoll lokalità lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' loading/unloading bays li huma approvati minn Transport Malta, lokalità lokalità? Kemm kien in-numru ta' tali bays li ġew revokati matul din is-sena, ukoll lokalità lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ġibjuni li huma mistennija li jinbnew, jew jiġu mnaddfa mill-Ministeru, matul is-sena d-dieħla, liema ġibjuni mbagħad jintużaw biex fihom jinġabar l-ilma tax-xita? Kemm sar xogħol ta' dan it-tip matul din is-sena, u f'kull każ, jista’ jgħid f'liema lokalità, lokalità lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab informat li l-Ministeru qed iħejji applikazzjoni għal fondi Ewropej taħt il-Programm Operattiv 2014-2020 biex isiru l-istudji neċessarji ħalli jiġu ndividwati l-lokalitajiet fejn jistgħu jinbnew ġibjuni ġodda jew jiġu riabilitati dawk eżistenti biex titkabbar il-ħażna tal-ilma tax-xita.
Awtorità tad-Djar – blokki ta’ appartamenti — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-ewwel blokki ta' appartamenti li mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom, matul din is-sena? Liema ser ikunu l-appartamenti li hu mistenni li jinbnew mill-Awtorità tad-Djar, matul is-sena d-dieħla? Liema blokki sa issa ħarġu t-tenders tal-bini, u min kienu l-kuntratturi li fil-fatt ingħataw it-tenders għal dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-ewwel blokki li ser jinbeda ix-xogħol fuqhom din is-sena jinstabu fil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ. Sa issa ħarġu t-tenders għat-tħammil ta’ dawn is-siti msemmija.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, rigward l-appartamenti li ser ikunu qed jinbnew mill-Awtorita’ tad-Djar, għadhom kif għalqu t-tenders dwar l-iskavar; fil-25 ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Ir-riżultati jitħabbru skont il-proċedura segwita mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Wara dan il-proċess jiġi deċiż liema siti ser ikun qiegħed jibda x-xogħol fuqhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fuqhom hu mistenni li jinbnew blokki ta' appartamenti tal-gvern u li diġà sar it-taħmil tal-art li fuqha hu mistenni li jinbnew dawn il-blokki? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol? F'kull każ liema xogħlijiet diġà tlestew, u liema hu mistenni li jinbdew matul ix-xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa issa għadu ma sar l-ebda tħammil peress li kien għadu għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa għat-tender ta’ xogħol għall-istess tħammil. Il-kuntratturi ser jiġu magħ¿ula skont proċess ta’ tender li għalaq fil-25 ta’ Ottubru 2016. Ix-xogħol fuq is-siti li fuqhom huwa mistenni li jinbnew il-blokkok ta’ appartamenti tal-Gvern, huwa mistenni li jibda’ tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tikkwalifika għas-sussidju tal-kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, sabiex persuna jikkwalifika għas-sussidju tal-kera jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt:
§ L-applikanti jridu jkunu l-kerrejja konoxxuti u f’każ ta’ ċens temporanju, il-perjodu taċ-ċens sar għal mhux aktar minn 21 sena;
§ Il-post li fuqu qed jintalab is-sussidju jrid ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli;
§ Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom assi li jaqbżu l-€10,000;
§ Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom proprjetà oħra;
§ Is-sussidju jingħata skont il-kategorija li jaqgħu taħtha l-applikanti;
§ Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jkollhom xi membru li jkun ibati minn xi di¿abilità;
§ Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jikkonsistu f’6 membri jew aktar;
§ Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €300 lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal
fostered
;
§ Persuni waħedhom li kienu għamlu xi żmien f’xi djar tat-tfal; jew kienu f’xi perjodu
fostered
; jew ikunu ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin; jew ikunu għadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni, jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera sa massimu ta’ €1,600 fis-sena sakemm jagħlqu t-28 sena;
§ Id-dħul annwali tal-applikanti ma jridx jeċċedi il-kapital imsemmi hawn taħt:
§ Persuna li tgħix waħedha – €13,514,80
§ Familja b’¿ewġ persuni (2 adulti) - €16,514,80
§ Familja bi tfal - €18,514,80.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sussidju jiġi rivedut kull sentejn fuq id-dħul u l-assi kapitali tal-applikanti fis-sena ta’ qabel.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kemm l-ammont tas-sussidju u tal-assi se jinbidlu riżultat tal-Budget 2017.