Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalkara – bajja tal-klieb — aċċess

Question

Jista’ l-Ministru jara għala u jieħu l-passi biex l-aċċess għall-bajja tal-klieb fil-Kalkara ma jibqax kif inhu ta' periklu wara iktar minn sena biċ-chicken wire issa nofsu maqtugħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Avukat għall-Għajnuna Legali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għala tneħħa l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Avukat għall-Għajnuna Legali u ġie maħtur minfloku l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jemmen li kien wasal iż-żmien li s-servizz li kien qed jiġi offrut fil-qasam tal-Għajnuna Legali jittejjeb drastikament. Kif jaf daqsi l-Onor. Interpellant għal ħafna snin is-servizz tal-Għajnuna Legali kien jingħata minn ġo rokna fil-binja tal-Qorti, bl-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali jara n-nies fuq bażi ta’ first come first served f’numru ta’ sigħat fissi fil-ġimgħa mingħajr assistenza klerikali mqar bażika. Il-Gvern jidhirlu li n-nies vulnerabbli fis-soċjetà jixirqilhom ferm aħjar. Għal dan il-għan twaqqfet Aġenzija ġdida għall-Għajnuna Legali li, wara sejħa miftuħa, ngaġġat Manager full time li jamministra uffiċċju ġdid għall-Għajnuna Legali fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġustizzja li jinstab f’“ Chateau de Ville”, Triq l- Arcisqof, Valletta. Tfasslet ukoll website li tispjega d-drittijiet ta’ kull persuna u tagħti wkoll opportunità li jsir kuntatt matul office hours, kif isir f’kull attività oħra f’pajjiżna. Ġie maħtur ukoll b’mod formali f’Marzu ta’ din is-sena Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali għal perjodu ta’ ftit inqas minn sena (li s’intendi jkun jista’ jiggedded per annum) sabiex meta l-Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali ma jkunx, għal xi raġuni bhal ma hu safar jew mard, jista’ jaqdi d-doveri tiegħu, l-Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali jkompli għaddej b’dawn il-funzjonijiet mingħajr problemi bhal ma jsir f’karigi oħra. L-Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali nħatar minn fost l-Avukati li isimhom kien deher fuq l-elenku tal-Avukati għall-Għajnuna Legali pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Jannar, 2016 u ma jitħallasx extra ta’ dan l- inkarigu. B’dan ix-xogħol kollu li sar, il-qasam tal-Għajnuna Legali ddaħħal fis-seklu 21. Bħala parti mir-riforma li tinsab għaddejja, l-Gvern jidhirlu li l-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali fis-sena 2016 għandu jkun full-time fuq dan is-servizz. Il-Gvern ma jidhirlux li jista’ jitkompla ż-żmien li l-Avukat Ewlieni għall-Ghajnuna Legali jagħmel il-kawżi privati matul il-ġurnata u jmexxi d-ditta legali privata tiegħu fl-istess ħin li jservi f’din il-funzjoni tant delikata. Jista’ jkun li fil-passat dan il-mudell seta’ ħadem. Illum dan il-mudell ma jaħdimx - hawn qed nitkellmu fuq nies li huma l-iktar fil-bżonn u li, jekk xejn, jirrikjedu iktar attenzjoni u mhux inqas. Għalhekk minnufih inbeda proċess miftuħ għal kull Avukat li jixtieq japplika għall-ħrug ta’ sejħa għal espressjoni t’interess skont ir-regoli tal-Gvern sabiex timtela’ vakanza għal Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali full time bl- aktar mod miftuh u trasparenti, liema proċess għadu għaddej u nittama li jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin. Intant il-kuntratt tal-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali skada fid-9 ta’ Lulju 2016, wara li kien iġġeddidlu b’sena. Għalhekk fin-nuqqas tal-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali, l-Aġent Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali qed jimla’ dawn id-doveri temporanjament u b’hekk ma jkunx hemm interruzzjoni fis-servizz provdut lill-klijenti, kif ġie spjegat iktar qabel. Għal dan il- perjodu qasir li beda mill- 10 t’ Awwissu 2016 u se jiskadi meta jinħatar l-Avukat Ewlieni ġdid, l- Agent Avukat Ewlieni li qed iservi ta’ Aġent waqt li jagħmel ix-xogħol kollhu li kien jagħmel l-Avukat Ewlieni, qed jitħallas bhal Avukat Ewlieni. Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Avukati kollha li jagħtu servizz tal-Għajnuna Legali għall-ġid kbir li qed jagħmlu fis-soċjetà.

Aġent Avukat għall-Għajnuna Legali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fuq liema kriterji kien ġie maħtur l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala Aġent Avukat għall-Għajnuna Legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27410.
Leg 12 PQ #27668 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Environmental Health Officers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Environmental Health Officers li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26686 filwaqt li nfakkarha li din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27669 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Laboratory Scientists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Medical Laboratory Scientists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27670 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Laboratory Scientists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Medical Laboratory Scientists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2015 u l-2016 ġew ingaġġati 27 Medical Laboratory Scientists.
Leg 12 PQ #27671 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Physicists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Medical Physicists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27672 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Physicists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-Medical Physicists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 8 Medical Physicists li ggradwaw fl-2015 aċċettaw il-ħatra. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27673 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nutritionists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw Nutritionists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Heritage Malta – Vacancies – sintesi qasira tal-job description

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta toħroġ riklami għall-vacancies bla ma lanqas biss tinkludu sintesi qasira tal-job description? Jista’ jgħid għaliex lanqas job description ma tinsab fuq il-website tal-Aġenzija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 27823.

Tempji tal-Ġġantija –proċedura ta’ sigurtà

Question

B'referenza għall-att vandalu li seħħ fil-Ġgantija xi ftit jiem ilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu rreveduti l-proċeduri kollha tas-sigurtà abbinati mat-Tempji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta sodisfatta bis-sistema tas-sigurta tat- tempji. Il- fatt li l- att vandal msemmi kien l-unika wiehed fi zmien twil u l- fatt li inqabad fil- fatt juri bic- car li s-sistema hija effetiva u qed taħdem.

Heritage Malta – ħaddiema — skali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm impjegati ta’ Heritage Malta bejn il-gradi A u F li minn April tal-2015 s’issa, ġew maqbuża xi skaletti (notches) fis-salarju tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm persuni tqabżu l-grad, f’liema grad qegħdin, kemm-il skaletta nqabżu u x’kienet ir-raġuni ta’ din il-qabża?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn April 2015 ma kienx hemm impjegati li tqabbzu xi skaletti fis-salarju taghhom.

Heritage Malta – staff complement fit-Tempji tal-Ġgantija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15121, u għal att vandalu li seħħ f'Settembru li għadda ġewwa l-Ġgantija, jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għadhiex sodisfatta bin-numru żgħir ta' ħaddiema li huma assenjati għal dan it-Tempju? Ma jaħsibx il-Ministru li jkun iktar għaqli jekk tiżdied is-sigurtà f'dan is-sit kif ukoll fit-Tempji l-oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nireferi l- Onor Interpellant ghat- twegiba li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 27843.

Heritage Malta – Wi Fi fis-siti u mu¿ewijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Heritage Malta sabiex jiġi installat il-Wi-Fi fis-siti u l-mużewijiet prinċipali tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dan il-proġett għadu għaddej. S’issa ġie nstallat wi-fi fil-Palazz tal-Inkwiżitur, Forti Sant’Anglu, Katakombi ta’ San Pawl, it-Tempji tal-Ggantija, il-Muzew tal-Arkeologija, il-Muzew Nazzjonali tal-Arti, it-Tempji ta’ Hagar Qim u ta’ Hal Tarxien, u partijiet minn Forti Sant’ Iermu u l-Muzew Marittimu.

Heritage Malta – proġett tal-Gozo Museum

Question

B'referenza għas-sejħa interna HM 08/2016 li ħarġet Heritage Malta fid-9 ta' Settembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li dan il-post joħroġ għall-proġett tal-Gozo Museum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għalissa mhemmx bżonn li tinħareġ sejħa għal dan is-servizz.
Leg 12 PQ #27871 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mad-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kien talab biex jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali li huwa għandu b’ċens u wara li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern laqa t-talba u ħareġ sejħa għall-offerti, l-individwu nforma lid-Dipartiment li ma kienx aktar interessat li jixtri Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali u l-każ ingħalaq. Sussegwentament, l-istess individwu talab biex jerġa jixtri l-istess fond bi skema, iżda fl-2015 ġie nfurmat li ma kien hemm l-ebda skema miftuħa biex jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda talba pendenti oħra ma’ dan l-individwu u kemm il-darba għandu nteress li jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali irid jerġa japplika mill-ġdid biex terġa toħroġ sejħa oħra għall-offerti.
Leg 12 PQ #27875 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fish Farm Cages — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26872 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward fish farm cages illegali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gaġeġ illegali tal-fishfarms msemmija tneħħew f'Ġunju tal-2016.
Leg 12 PQ #27922 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ mediku – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mediku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Housing — każ ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Dħul f’Dar tal-Anzjani – każ ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ żewġ anzjani lid-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li jixtiequ li jidħlu f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każijiet imsemmija minnu qegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.