Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni minn Għawdex maqtugħa mir-reġistru tax-xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28047, fejn fit-tweġiba ngħad li f'Għawdex, fis-sena 2015 u 2016 kien hemm, rispettivament 1,648 u 1,218 persuni minn Għawdex li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol u peress li dan għal Għawdex jidher li hu numru esaġerat jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-figuri humiex tajba u jekk fin-negattiv jista' jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm kienu l-persuni minn Għawdex li matul is-sena 2015 u 2016 (separatament) inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol? Kemm kienu dawk li nqatgħu għax sabu xogħol? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li nqatgħu l-oħrajn li ma sabux xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri li ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28047 huma korretti u jinkludu lil Għawdex biss. Filwaqt li ċ-ċifri tal-qgħad mogħtija fl-aħħar tax-xahar juru numru ta’ persuni jirreġistraw b’mod uniku, meta tingħata informazzjoni dwar iċ-ċaqliq jew tibdil fir-reġistrazzjoni tal-qgħad, persuna tista’ tingħadd aktar minn darba skont kemm ’il darba l-istess persuna tkun daħlet jew ħarġet mir-reġistru (flow).
Leg 12 PQ #28134 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba fuq raba’ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, li għamel talba dwar raba’ u minkejja li għadda ż-żmien, għadu bla risposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali li għandhom is-sistema tal-pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali għandu sistema ta' pannelli fotovoltajiċi? Kemm fiha pannelli kull sistema? Meta ġiet installata? Kemm hija l-feed-in tariff għal kull sistema?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28136 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – Reeds Club

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni biex jerġa’ jinfetaħ ir-Reeds Club li kien hemm Wied il-Għajn u li issa ilu magħluq għal xi 8 snin? Billi beda x-xogħol ta’ tindif fuq il-post imsemmi, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekksaritx applikazzjoni u jekk inħariġx il-permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li ma jirriżultax li kien hemm xi applikazzjoni għal żvilupp fl-imsemmi sit f’dawn l-aħħar tmien snin. Għal tindif ta’ lok diġà żvillupat ma hemmx bżonn ta’ permess ta’ żvilupp.

Statementing Board – tfal li qed jistennew Learning Support Assistant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma t-tfal li qed jistennew biex jersqu quddiem l-Istatementing Board biex jingħataw Learning Support Assistant? Jista’ jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm minnhom huma b’diżabilità fiżika, minn liema skejjel ġew mitluba u kemm ilhom jistennew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda tifel jew tifla b’diżabbiltà fiżika jew kundizzjoni severa li qed jistennew biex jidhru quddiem l-Istatementing Moderating Panel għaliex dawn il-każijiet jingħataw prijorità. Il-każijiet pendenti huma kif se nsemmi: Sena Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Għawdex Total 2015 150 94 24 5 273 2016 268 108 28 17 421 418 202 52 22 694 Infurmat li ħafna minn dawk li hemm pendenti huma każijiet li mhux suppost jersqu quddiem l-iStatementing Board imma suppost jingħataw l-għajnuna mir-riżorsi li diġà hemm fl-iskejjel.

Skejjel – Tfal b’awtiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal b’awtiżmu fl-iskejjel skont l-età u l-livell ta’ awtiżmu? Jista’ jgħid x’forom ta’ għajnuna jingħataw lil dawn it-tfal fl-istudji tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li għandhom il-kundizzjoni tal-Awtiżmu jiġu referuti għal diversi servizzi ta’ għajnuna. Dawn jinkludu s-Servizz tal-Autism Spectrum Support Team (ASST), is-servizz tal-Early Intervention f’każ ta’ studenti li għandhom sa ħames snin, kif ukoll is-servizzi tal-Access and Communication Technology Unit, li lkoll jinsabu fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent. Barra minn hekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtri s-servizzi ta’ NGOs li joffru sostenn speċjalizzat lil dawn l-istudenti kemm fl-iskejjel u anke f’ċentri oħra barra l-iskejjel. Infurmat li l-għadd ta' tfal b'awtiżmu fl-2015 kien kif se nsemmi: 2015 Autism 126 Asperger 5 Communication difficulties 94 Pervasive Developmental Disorder (PDD) 1

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fuq problema mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Birkirkara – Da tal-anzjani ġdida

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27894, jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta din id-Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa’ għidt f’Mistoqsija Parlamentari numru 27894, dalwaqt ser inkunu qed nippublikaw l-Espressjoni ta’ Interess inkonnessjoni mal-proġett ta’ din id-Dar.

Pembroke — għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsib li tinfetaħ għassa tal-pulizija f'Pembroke, ġaladarba hemm żviluppi kbar ġejjin biswit Pembroke u żgur li n-nies jmorru l-għassa San Ġiljan jew tas-Swieqi mhijix valida?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi se jagħmel sotto missjoni f’dan is-sens fil-master plan dwar Paceville.
Leg 12 PQ #28155 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barraka ta' Fuq — Foss - Crane

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm żmien ingħata permess il-crane li jinsab armat fil-foss taħt il-Barrakka ta' Fuq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ħargu tlett “Development Notification Permits’’, li jkopru perjodu bejn it-8 ta’ Awwissu sas ta’-16 ta ’Novembru, tas-sena 2016. Dawn it- tlett permessi ħargu f’din l’ordni; L-ewwel permess, hareg għal żmien ta’ tletin l-gurnata, għal periodu minn 08/08/2016 sa 06/09/2016, taht in- numru DN 1247/16. It -tieni permess hareg għal periodu ta’ tletin l- gurnata ohra, min 16/09/2016 sa 16/10/2016, taht in- numru ta DN 1329/16, waqt li l-ahhar permess, bin- numru DN 1415/16, hareg għal perjodu iehor ta’ tletin gurnata, mid-data ta’ 17/10/2016, sa 16/11/2016.
Leg 12 PQ #26962 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria – Triq Borg Olivier — Qorti Ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-pjanijiet għall-Qorti ġdida fi Triq Borg Olivier, Victoria, Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li wara ħafna xogħol inħargu l-permessi kollha neċessarji mill-Awtorita’ ta' l-Ippjanar. Bħalissa għaddej ix-xogħol biex jinħarġu s-sejħiet għall-offerti għat-taħmil u bini ta' parkeġġ li ser ikun jesa’ madwar 450 karozza. Din il-faċilita’ ser sservi biex tiġi eliminata l-problema ta' parkeġġ ġewwa r-Rabat.
Leg 12 PQ #26963 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria – Triq Fortunato Mizzi – Mużew t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-prospetti għall-Mużew t’Għawdex fi Triq Fortunato Mizzi, Victoria, Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett jikkonsisti fit-twettiq ta’ mużew reġjonali għal Għawdex li, għall-ewwel darba, ser jgħaqqad diversi suġġetti flimkien, fosthom l-arkeoloġija, il-folklor, l-istorja naturali u l-arti viżiva f’esperjenza ġdida u unika għal kull min iżuru. Dan l-proġett innovattiv, li ser ikun proġett ewlieni fil-qasam turistiku u kulturali f’Għawdex fis-snin li ġejjin qed jiġi mwettaq b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta. Irwol ġdid li ser ikollu dan il-mużew hu l-edukazzjoni tal-istudenti li jitgħallmu jagħrfu, jirrispettaw u jħobbu l-wirt imprezzabli ta’ pajjiżhom.
Leg 12 PQ #26964 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex u Belt Valletta – fast ferry service — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett ta’ fast ferry service bejn Għawdex u l-Belt Valletta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin minn proċess biex invaraw il-fast ferry service fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #26965 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Qasam turistiku f’Għawdex — records

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar ir-records li qed jiġu rreġistrati fil-qasam turistiku f’Għawdex? Jista’ jipparaguna dan mas-sena 2012?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi n-numru ta’turisti bejn l-2012 u l-2015, u żewġ tabelli oħra li juru n-numru ta’ turisti barranin u ljieli fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta pparagonat mal-istess perijodu f’dawn l-aħħar erba’ snin. Dan juri li matul l-2015 kien hemm żieda fit-turisti barranin ta’ 8.6% meta pparagonat mal-2014, u żieda ta’ 23.1% meta pparagonat mal-2012. Din it-tabella turi wkoll li ż-żieda l-iktar konsistenti kienet f’dawk in-nies li joqogħdu iktar minn lejl wieħed f’Għawdex. Iż-żieda fit-turisti barranin fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta pparagonata mal-istess perijodu fl-2012 kienet ta’ 60.4%. Iż-żieda fin-numru ta’ ljieli fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta pparagonata mal-istess perijodu fl-2012 kienet ta’ 43.6%.
Leg 12 PQ #26966 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett taċ-Ċittadella u kif dan issa huwa ġawhra f’nofs il-gżira Għawdxija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ‘Implimentazzjoni tal-proġett tal-Master Plan taċ-Ċittadella’ ERDF 246 ġie inawgurat mill-Onorevoli Prim Ministru fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Kif qal tajjeb l-Onorevoli Interpellant, permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet iċ-Ċittadella issa hija ġawhra f’nofs il-gżira ta’ Għawdex u dan jixdhuh il-kummenti sbieħ fuq il-media soċjali dwar ix-xogħlijiet imwettqa u l-eluf ta’ turisti li ta’ kuljum iżuru liċ-Ċittadella. Filfatt mill-inawgurazzjoni ‘l hawn, jiġifieri f’dawn l-aħħar tliet xhur u nofs, mitt elf persuna żaru ċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella. Dan l-aħħar iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella deher b’mod prominenti fl-AV Magazine, rivista ippubblikata f’Londra li titratta dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tat-teknoloġija tas-sistemi awdjo viżivi. Din is-sena l-istess Ċentru u l-Perit li ddisinnjah Martin Xuereb, ingħataw wkoll żewġ unuri mill-Malta Architect Awards. Dawn l-unuri, wieħed għar-riabilitazzjoni u konservazzjoni ta’ post storiku u l-ieħor għall-binja pubblika, jirrikonoxxu l-aqwa disinni arkitettoriċi f’Malta bil-għan li jispiraw u jinfluenzaw l-istakeholders ewlenin tal-industrija fil-gżejjer Maltin biex joħolqu strutturi li jsebbħu u mhux iħassru l-ambjent li jinsabu fih. Naturalment iċ-Ċittadella hija sit kbir u miftuħ u teħtieġ xogħol u manutenzjoni kontinwa li l-Ministeru għal Għawdex ser jibqa’ jwettaq skont il-ħtieġa.
Leg 12 PQ #26967 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria – proġett ta’ Pixxina

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-pixxina fil-Belt Victoria?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Privatisation Unit ħareġ Request for Proposal. Din ġiet aġġudikata u bħalissa qed jiġi mfassal il-Memorandum of Understanding.

Skema Investment Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Investment Aid fl-aħħar 3 snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013, 198 il-intrapriża bbenefikaw minn din l-iskema, b'total ta' 48.4 miljun ewro bħala kreditu fiskali. Fis-sena 2014, 177 il-intrapriża bbenefikaw minn din l-iskema, b' total ta' 33.5 miljun ewro bħala kreditu fiskali. Iċ-ċifri tal-2015 jiġu kkompilati fl-2017 filwaqt li dawk tal-2016 fl-2018.