B’referenza għall-impjegati ta’ Heritage Malta li ngħataw promozzjoni fl-2016 u fl-2017 (s’issa) f’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ilhom impjegati ma’ Heritage Malta, u fejn kienu jaħdmu qabel ma’ bdew jaħdmu ma’ Heritage Malta f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31159 u jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31155 u jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31236 rigward ħaddiema fuq bażi ta’ persons of trust.
Ministeru għat-Turiżmu — Persons of trust - kariga
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31157, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħu, u dan peress li uża l-kelma "jinkludu"?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 31157.
Ministeru għal Għawdex — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31163 u ċjoè jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31164, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persons of trust apparti dawk li hemm imniżżlin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inklużi d-Direttorati u d-Dipartimenti li jaqgħu taħthom, hemm persons of trust oħrajn li jkopru karigi fl-oqsma li ġejjin: Advisor, Manager, Task Officer, Support Officer u Maintenance Grants Co-ordinator.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — deċiżjonijiet tal-Qrati kostituzzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30630 fejn staqsejt dwar il-liġijiet li għandhom jiġu emendati wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ April 2015 u Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), u peress li fl-ispjega tagħha tat-3 ta’ Jannar 2017 li l-Ministru bagħtet lill-Oppożizzjoni, wara li fl-1 ta’ Diċembru 2016 kont tlabt għar-raġunijiet li wasslu l-Gvern biex jipproponi emendi kostituzzjonali u m’għażilx toroq oħra, kienet ukoll indikat li għandu jitbiddel l-Att dwar l-Kompetizzjoni u l-Avviżi Legali li jaqgħu taħtu, tista’ l-Ministru tispjega, peress li dan l-Att jaqa’ wkoll taħt ir-responsabbilità tagħha, għalfejn dan ma ġiex indikat li se jiġi emendat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll jekk l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Avviżi Legali li jaqgħu taħtu humiex ukoll se jiġu emendati?
Response (DALLI, HELENA)
kif diġà ġie indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 30630, l-Att dwar il-Kompetizzjoni se jiġi emendat. L-Att dwar l-Affarjiet tal-Konsumatur se jiġi emendat ukoll sabiex jirrifletti l-amendi fl-Att dwar l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur. Barra minn hekk, minkejja li s-sentenza msemmija hawn fuq m’għandhiex effett dirett fuq l-Uffiċċju għall-Affarjiet tal-Konsumatur, qed jiġi kkonsultat l-Avukat Ġenerali sabiex jiġu evalwati possibilitajiet ta’ tibdil fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi fl-Att dwar l-Affarjiet tal-Konsumatur.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — deċiżjonijiet tal-Qrati kostituzzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30630 fejn staqsejt dwar il-liġijiet li għandhom jiġu emendati wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ April 2015 u Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), peress li fl-ispjega tat-3 ta’ Jannar 2017 li l-Ministru bagħtet lill-Oppożizzjoni, wara li fl-1 ta’ Diċembru 2016 kont tlabt għar-raġunijiet li wasslu biex il-Gvern jipproponi emendi kostituzzjonali u m’għażilx toroq oħra, kienet wkoll indikat li għandu jitbiddel l-Att dwar l-Kompetizzjoni u l-Avviżi Legali li jaqgħu taħtu, tista’ l-Ministru tikkonferma li apparti l-Att, se jiġi emendat avviż legali wieħed biss minn sebgħa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun il-waqt jingħataw id-dettalji.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — deċiżjonijiet tal-Qrati kostituzzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30630 fejn staqsejt dwar il-liġijiet li għandhom jiġu emendati wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ April 2015 u Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), tista’ l-Ministru tgħid hemmx il-ħsieb li tinħareġ White Paper u jekk iva meta se jkun dan?
Response (DALLI, HELENA)
Ninoforma lill-Onor. Interpellant li meta jasal il-waqt jingħataw id-dettalji.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew deċiżi każijiet mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur mill-bidu ta’ din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ġew deċiżi 17-il każ mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur mill-bidu ta’ din is-sena sal-ġurnata ta’ din il-mistoqsija parlamentari.
Awtorità tax-Xandir – azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema minħabba bullying
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu wara l-azzjonijiet industrijali msejħa mill-Union tal-Ħaddiema li tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir minħabba bullying u intimidazzjoni fuq il-ħaddiema miċ-Chairperson tal-Awtorità? Ġiet offruta jew intalbet ir-riżenja tal-istess chairperson?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-Management, rapreżentanti tal-Union u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31590 u jgħid wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li qed iqumu dubji serji dwar il-kompetenzi tal-persuna maħtura biex tmexxi din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru mal-ħaddiema dwar dan il-każ? X’passi se jittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-Management, rapreżentanti tal-Union u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid xi tfisser f'termini reali u finanzjarji għall-Gvern u kif titħaddem jew x'formola tintuża biex titħaddem il-klawsola numru 7.1 tal-kuntratt iffirmat fit-8 ta' Jannar 2015 mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li fost l-oħrajn tgħid ‘along with this, ........ has negotiated a variable subsidy ensuring that it makes annual profits? Jista' jgħid sa minn meta ġie ffirmat il-kuntratt indikat sal-lum, din il-klawsola qattx intużat? Jekk intużat, kemm-il darba ntużat u x' kien l-ammont ta' sussidju li ngħata kull darba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-klawsola numru 7.1 ta’ l-imsemmi kuntratt, m’ hemm imkien imsemmi l-parti kkwotata minnu, jiġifieri ‘along with this, ........ has negotiated a variable subsidy ensuring that it makes annual profits”.
Aktar minn hekk, din l-istess kwotazzjoni ma’ tidher imkien fl-imsemmi kuntratt.
B’referenza għall-kuntratt iffirmat fit-8 ta’ Jannar 2015 mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kif qed jiġi kkalkolat il-profitt ġust u kummerċjalment raġjonevoli skont il-klawsola numru 7 (Financial Provisions) tal-istess kuntratt? X'inhu l-ammont li ffissa l-Gvern mill-2015 sal-lum li huwa meqjus bħala qligħ ġust u kummerċjalment raġjonevoli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess kuntratt kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumpanija – profitt ġust u kummerċjalment raġjonevoli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kummerċjali hemm li l-Gvern huwa marbut b’kuntratt magħha li jassigura li tali kumpanija/kumpaniji jridu jagħmlu qligħ ġust u kummerċjalment raġjonevoli bħal fil-każ tal-kuntratt iffirmat fit-8 ta Jannar 2015 mill-Gvern mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex iressaq il-mistoqsija tiegħu quddiem il-Ministru konċernat.
Għawdex — Ix-Xewkija - Triq ta' wara l-Heliport - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq triq ta' wara l-Heliport fix-Xewkija, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq kienu jagħmlu parti mill-proġett tas-second class water li għamlu il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex — Ir-Rabat - Triq Għajn Qattet - xogħljiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Għajn Qattet fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.