B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27986 dwar qtil ta' ħamiem li sparawlhom, peress li ta min jgħid fit-tweġiba li ġejt irreferut għaliha (mistoqsija parlamentari 24335) kienet fuq ħamiem fil-Port il-Kbir (meta l-mistoqsija li għamilt kienet fuq qtil ta' ħamiem fiż-Żejtun) u fl-ebda mument fil-mistoqsija parlamentari 24335 ma ssuġerrixxa li dan il-ħamiem għandu jiġi maqtul billi jisparawlu, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27956 u jispjega għaliex biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal-ħamiem fiż-Żejtun, sparaw għalih fl-abitat taż-Żejtun bil-konsegwenza li ħamiem mejjet u ferut waqa anke fuq propretajiet tan-nies u dan sar anke quddiem it-tfal? Jista' l-Ministru, li taħtu taqa' r-reponsabilità tal-Animal Welfare fil-futur jara u jeżiġi li jintużaw mezzi aktar umani biex jiġi kkontrollat popolazzjonijiet tal-ħamiem u dan billi fost l-oħrajn dan il-ħamiem jiġi mgħallef għalf apposta u li fih imħallat miegħu kontraċettivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond L-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-annimali (Kapitlu 439) il-kontroll tal-pesti mhumiex regolati taħt d-Direttorati fi ħdan il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima. Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi l-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ? Jista’ jgħid ukoll x'kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati, kif ġew magħżula u fejn kienu jaħdmu qabel ma ngħaqdu ma' din l-aġenzija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jaħdmu 84 persuna. Minnhom 44 huma tutors impjegati wara sejħa pubblika. Erbatax (14) oħra huma Nwar Centre Administrator impjegati wara sejħa interna. Żewġ persuni oħra jagħtu servizz permezz ta' contract for service, wieħed bħala Executive Secretary u l-persuna l-oħra bħala Clerical Officer - Customer Care. L-informazzjoni dwar l-24 impjegat ieħor hija kif se nsemmi:
Impjieg
Għażla
Chief Executive Officer
Contract/Detailed - DQSE
Deputy Chief Executive Officer
Ex FES
Senior Manager - AKT
Public Call
Senior Manager - Nwar
Public Call
Principal
Detailed - SLS
Clerical Officer - Customer Care
Public Call
Executive Secretary
Ex FES
Clerk P/T
Detailed -DES
Senior Clerk
Detailed -DES
Programme Coordinator
Public Call
Literacy Support Teacher
Detailed - DQSE
Teacher
Detailed - DQSE
Bilingual Rescource Teacher
Detailed - DQSE
Teacher-Librarian
Detailed - DQSE
Teacher
Detailed - DQSE
Learning Support Assistant II
Detailed - DES
Teacher-Librarian
Detailed - SLS
Teacher-Librarian
Detailed - SLS
Teacher-Librarian
Detailed - DQSE
Library Officer
Detailed - SLS
Senior Assistant Librarian
Detailed- SLS
Library Assistant
Detailed- SLS
Library Assistant
Detailed- SLS
General Hand
Detailed- SLS
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jistenniex li jkun hemm applikazzjonijiet mir-residenti, biex jiġu stallati lifts fil-blokki tal-Gvern qabel jikkonsidra tali stallazzjoni ta' lifts? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal tali stallazzjoni ta’ lifts?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-lifts min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar jiġu nstallati abbażi tal-applikazzjonijiet li hemm pendenti (li fil-preżent jammontaw għal 64) u/jew abbażi tal-istudji li l-Awtorita’ tad-Djar għamlet fuq il-ħtiġijiet (fejn ghandu x’jaqsam installar ta’ lifts) tal-inkwilini li jgħixu fil-Blokkok tal-Gvern u l-Awtorita’ tad-Djar.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-2013 sal-lum, l-Awtorita’ tad-Djar installat 10 lifts permezz tal-iskema ta’ installazzjoni ta’ lifts f’appartamenti tal-Gvern antiki, kif ukoll 14-il lift f’appartamenti li l-Awtorita’ tibni u/jew biegħet matul is-snin.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħejjiet proġett għall-istallazzjoni ta’ ‘l fuq minn 200 lift kif ukoll it-tisbiħ tal-madwar. Dan il-proġett ser isir b’finanzi tal-U.E. u fid-diskors tal-Budget 2017 tħabbar li dan il-proġett ġie approvat. Dan il-proġett ser jolqot ‘l fuq minn 4,000 persuna.
Il-Fgura – Triq Romano Carapecchia – ġnien tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ġnien tal-Gvern abbandunat ġewwa l-Fgura fi Triq Romano Carapecchia li jixtieq li jibda jieħu ħsiebu hu?
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Transport Malta – bypass ta’ San Pawl il-Baħar — sound barriers
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27872 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) għandhiex mezzi biex twettaq l-istudji neċessarji dwar is-sound barriers fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva meta hu mistenni li jsir dan l-istudju? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk TM tistax toħroġ tender għal dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studji ta’ dawn it-tip issiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali.
Transport Malta – bypass ta’ San Pawl il-Baħar — sound barriers
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27872, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti msemmija fir-risposta? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar min wettaq dawn l-istudji u kemm tħallas għal dawn ir-rapporti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dettalji ta’ min għamel l-istudji jinstabu fuq ir-rapporti. Il-ħlasijiet kienu s-segwenti:
Triq Reġjonali Santa Venera - Consultancy Services for the Procurement of Acoustric Barriers Euro 17,759, inkluż il-VAT ;
Kappara Junction Design – Acoustic Barriers ( May 2012)Euro 5,900, inkluż il-VAT;
Kappara Junction Design – Acoustic Barriers ( July 2013)Euro 8,850, inkluż il-VAT.
L-istudji relatati mal-proġett tal-Kappara saru b’ referenza għal żewġ proposed layouts differenti minn xulxin.
Attachments:PQ28106 31OCT PAPERS LAID 1.pdfPQ28106 31OCT PAPERS LAID 2.pdfPQ28106 31OCT PAPERS LAID 3.pdf
Tourism Promotion and Product Development – Vote 16 – Recurrent Line Item 5585
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28042, fejn is-sena li dwarha ntalbet l-informazzjoni, bi żvista, ġiet indikata 2017 minflok 2016, jista' l-Ministru jgħid fl-liema promozzjoni turistika ntefqu s-€700,000 li kienu ġew approvati taħt il-vot tal-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5585- Tourism promotion and Product development?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b'diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għandha 197–il applikazzjoni pendenti minn persuni b’diżabilita’ li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalità b'lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalita’ b’lokalita’ huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien biex jinħareġ il-benefiċċju tal-mard u dan peress illi hawn persuni li qed jirċievu dan il-benefiċċju saħanistra tliet ġimgħat tard? Jista' jgħid eżatt x'inhu l-proċess kollu sabiex id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali ikun jista’ joħroġ dan il-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proċess kompjuterizzat biex jitħallsu persuni li jkunu qed jagħmlu ċertifikati tal-mard, isir kull nhar ta’ Tlieta fejn jinqabdu dawk iċ-ċertifikati kollha li jkunu ġew keyed u verified mis-sezzjoni tal-back office f’Għawdex, fil-ġimgħa ta’ qabel bejn proċess u ieħor.
Il-pagament abbinat ma’ dawn iċ-ċertifikati li jkunu ġew ivverifikati, isir is-Sibt ta’ wara, jekk l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikati tkun korretta.
Ta’ min jgħid li, jekk l-individwu jippreżenta ċertifikat mediku kull ġimgħa, allura l-pagament isir kull ġimgħa, imma jekk jippreżenta żewġ ċertifikati f’daqqa u jippreżentahom tard, allura l-pagament ta’ ġimgħa jinqabeż u s-Sibt li jkun imiss, jitħallas ta’ ġimgħatejn f’daqqa.
Ġeneralment, persuna titħallas taċ-ċertifikati tal-mard fi żmien ħmistax-il ġurnata u dan għar-raġuni skont meta ċ-ċertifikati jkunu waslu fid-Dipartiment u vverfikati bejn proċess u ieħor.
Dan il-perjodu ta’ ħmistax, jista’ jitwal jekk iċ-ċertifikati mibgħuta jkollhom xi dettalji nieqsa u allura jkollhom jintbagħtu lura lill-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ser ikun qed jagħmel investiment f'postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bil-proġett ta' €50 miljun kif imsemmija fil-Baġits tal-2016 u tal-2017? Jista' jagħti lista sħiħa ta' dawn il-postijiet u tal-lokalitajiet kif ukoll kemm huma l-persuni li ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lokalitajiet fejn ser ikunu qed jinbnew l-postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali, bil-proġett tal-€50 miljun, jinkludu; Birkirkara, Bormla, Kirkop, Attard, Luqa, Msida, Naxxar, Qrendi, Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Minħabba li qed jiġu finalizzati xi emendi fil-permessi eżistenti, in-numru preċiż ta’ units li ser ikunu qed jinbnew għad irid jiġi stabbilit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament fis-snin 2000, 2010 u 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ:
Employment rate (15-64 yrs)
MaltaGħawdexTotal
%%%
200054.650.854.3
201056.355.756.2
201564.260.363.9
Sors: Labour Force Survey
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex bħala nisa kkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ:
Employment rate fost in-nisa (15-64 yrs)
MaltaGħawdexTotal
%%%
200033.133.833.2
201039.440.039.4
201551.249.051.0
Sors: Labour Force Survey