Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reati ta’ Stupru – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2016 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2016 sa l-aħħar ta’ Awwissu, kien hemm disa’ persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ stupru. Dawn kienu kollha rġiel li seba’ minnhom kienu barranin u tnejn kienu Maltin. Il-każijijiet in kwistjoni għadhom sal-lum sub-judice u pendenti l-Qorti.

Reati ta’ vjolenza fuq anzjani – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Jannar u Awwissu 2016 kien hemm mija u żewġ (102) każi ta’ persuni li tressqu jew ser jittressqu l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani. Dawn kienu jinvolvu disa’ u sebgħin raġel li minnhom sitta kienu barranin. Tlieta u għoxrin minnhom kienu nisa li minnhom tnejn kienu barranin. Waqt li ħafna mill-każijiet ġew appuntati u għad iridu jinstemgħu jew għadhom sub-judice, oħrajn kellhom il-proċedimenti eżawriti wara li l-partijiet ħafru lill-xulxin, xi whud ingħataw probation orders waqt li kien hemm xi whud ukoll li ġew liberati.

Serq ta’ mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din l-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm minnhom instabu sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tressqu nies quddiem il-Qorti akkużati b’serq ta’ mobiles sena b’sena b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li statistika għad-dettalji dwar serq ta’ mobile phones teżisti elettronikament mis-sena 2008. Fil-perjodu mis-sena 2008 sa l-aħħar ta’ Awwissu 2016, ġew irraportati li nsterqu 17,993 mobile phones kif jidher fit-tabella A li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni mqassma lokalità, lokalità tidher f’tabella B li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji ta’ kemm instabu min dawn il-mobile phones sena b’sena, ma jezistux b’format elettroniku. Madankollu matul l-istess perjodu kien hemm 425 persuna li tressqu quddiem il-Qorti akkużati b’serq ta’ mobiles sena b’sena, dan jidher f’tabella Ċ li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Koperattivi ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-koperattivi ġodda li ġew reġistrati fl-2015 u fl-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015 ġew reġistrati żewġ koperattivi ġodda li huma: 1. Ramla Sunbeds and Umbrellas Co-op Limited 2. Cooperative of Physiotherapists Ltd. Fl-2016 ġew reġistrati ħames koperattivi ġodda li huma: 1. Koperattiva Youtheme Ltd. 2. Tourist Information and Services Co-op Ltd. 3. LYNC Co-op Ltd. 4. Seeds Wellbeing Co-op Ltd. 5. OutNet Cooperative Ltd.

Bord tal-Koperattivi – rendikont tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-Bord tal-Koperattivi fl-2015 u fl-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu il-Bord tal-Koperattivi kompla jsaħħaħ ix-xogħol regolatorju tal-Bord, kemm bħala kuntatt mal-Koperattivi kif ukoll permezz ta' policy amministrativa. B'kollox f'dan il-perjodu kienu reġistrati 7 koperattivi ġodda, biex issa n-numru ta' koperattivi telgħa għal 73. Il-Bord kien ukoll impenjat b'sensiela sħiħa ta' laqgħat konsultattivi ma' stakeholders varji, fosthom dwar ir-riforma fil-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Grazzi għall-ħidma mwettqa mill-Bord tal-Koperattivi f'dan ir-rigward, il-Gvern daħal avviz legali li jirregola dan l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi u ġiet indirizzata sitwazzjoni li kienet tħalliet mill-amministrazzjoni preċedenti li ċertament ma kienetx tagħmel ġieħ il-moviment. Fl-istess waqt il-bord kompla jippromwovi l-kunċett koperattiv kemm fil-mezzi tax-xandir kif ukoll bi prezenza fl-iskejjel, grazzi għal ftehim li sar mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.

Liġi tal-Koperattivi – emendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jemenda l-liġi tal-Koperattivi fil-futur qarib, u jekk iva, f’liema direzzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għaddej bi proċess intiż li jirriforma l-moviment koperattiv bil-għan li s-soċjetajiet koperattivi jsiru aktar relevanti għac-cirkustanzi ta’ llum. S’issa dan il-proċess iffoka primarjament fuq l-Avviz Legali li jirregola l-Fond Centrali tal-Koperattivi biex ikun assigurat li dan il-fond jitmexxa b’mod ġust u ekwu..
Leg 12 PQ #27466 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — siti

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka s-siti li ġew suġġeriti lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ikunu dikjarati demanju pubbliku? Jista’ jgħid minn min saret it-talba għal kull sit u meta? Jista’ jgħid ukoll x'għamlet s'issa l-Awtorità tal-Ippjanar fil-konfront għal kull waħda minn dawn it-talbiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt hawn iit-tagħrif mitlub. Ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità qed tevalwa dawn it-talbiet. Location Proponent Date received Site at Manoel Island Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA) 20.07.2016 Site at Wied Garnaw FAA 20.07.2016 Site at Ħondoq, Qala FAA 20.07.2016 Site at Kalanka, Delimara FAA 20.07.2016 Site of three historic landmark trees, Ta' Xbiex FAA 20.07.2016 Site of beaches from St.George's Bay to Sliema FAA 20.07.2016 Sites at Valletta coastline and Fort St. Elmo FAA 20.07.2016 Sites from St. Thomas Bay (Marsascala) to Xrobb l-Għaġin (Marsaxlokk) FAA 20.07.2016 Sites from Siggiewi to Zurrieq FAA 20.07.2016 Sites from Green area outside Sa Maison bastion walls (and parking/paved area) FAA 20.07.2016 Stretch of land from Ġnejna to Mtaħleb FAA 20.07.2016 Site at Villa Guardamangia, Pieta FAA 20.07.2016 Site at Simblija FAA 20.07.2016 Comino FAA 20.07.2016 Ċitadella, Victoria, Gozo FAA 20.07.2016 Site at Ta’ Ċenc, Sannat FAA 20.07.2016 Site at Ħas-Saptan and Wied ¯embaq Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Site at Is-Simblija (including Wied ir-Rum, Ta' Baldu and Wied Ħazrun) Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Site at Il-Ballut tal-Wardija Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Site at il-Ballut tal-Imġiebah (l/o Mellieha) Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Site at Ras ir-Raħeb and Qlejgħa Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Site at Fomm ir-Riħ Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016 Comino Friend of the Earth (Malta) 20.07.2016
Leg 12 PQ #27472 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-ħwienet — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għall-iskema tal-ħwienet u kemm ġew konklużi kuntratti ma’ applikanti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din l-Iskema tal-Ħwienet intlaqgħu 107 applikazzjoni. S’issa ġew konkluża 4 kuntratti ta’ għoti ta’ ċens u 6 oħra ngħataw appuntament għall-kuntratt fil-ġranet li ġejjin. Il-kumplament tal-applikazzjonijiet qegħdin jinħadmu u l-proċess miexi sew billi qegħdin isiru l-verifiki tad-dokumenti li ntbagħtu, spezzjonijiet tal-ħwienet, tħejjija ta’ pjanti u anke jinġabru xi arretrati dovuti fuq dawn il-ħwienet qabel ma jintbagħtu għall-kuntratt.

Direct Orders awtorizzati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #27680 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Optometrists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-optometrists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Optometrists.
Leg 12 PQ #27681 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Orthoptists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw orthoptists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Orthoptists.
Leg 12 PQ #27682 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Orthoptists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-orthoptists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27681.
Leg 12 PQ #27683 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Osteopaths – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw osteopaths fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress li l-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Osteopaths.
Leg 12 PQ #27684 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Osteopaths — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-osteopaths li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27683.
Leg 12 PQ #27685 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Physiotherapists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw physiotherapists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Heritage Malta – miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid Heritage Malta x’miżura qed tieħu fir-rigward tas-sigurtà ġewwa s-siti miftuħa tagħha? Jista’ jgħid x'budget hemm għal din is-sena li huwa ddedikat speċifikament għal sistemi kontra l-vandaliżmu ġewwa s-siti tal-istess Aġenzija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-siti ta’ Heritage Malta b’mod generali ghandhom prezenza 24 siegha kuljum ta’ ufficjali tas-sigurta u/jew watchmen, filwaqt li f’dawk l-izjed importanti hemm ukoll cameras tas-sigurtà. L-ispiza totali f’sigurtà ghal din is-sena hija stmata li se tammonta ghal madwar €2 miljun, simili għal snin precedenti.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja tal-Qawra — tenders

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28028, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenderers li tefgħu t-tender, u x'kienu l prezzijiet li ntefgħu f'din it-tender? Għal dak li jikkonċerna t-tenders tal-bini jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi restrizzjonijiet partikulari għal dawk li jistgħu jitfgħu din it-tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li kien hemm ħames tenderers li tefgħu t-tender għall-iskavar. Il-prezzijiet li ntefgħu għal din it-tender huma kif se nsemmi: § €339,997.00 § €373,302.50 § €419,575.00 § €430,944.00 § €437,282.50 Rigward it-tender għall-kostruzzjoni ta’ din l-iskola, is-sejħa għall-offerti hija ta’ open procedure. It-tenderers iridu jilħqu l-kriterji kollha mitluba skont l-Artiklu 7 “Selection and Award Requirements” tad-dokument biex ikunu eliġibbli għall-kuntratt.

12-il Distrett – ċentru sportiv

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28029, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fuq is-sit li tħaffer sa issa hemmx spazji biex jekk ikun hemm deċiżjoni dwar il-bini ta' Assembly Hall u Ċentru Sportiv, fil-fatt dawn il-binjiet ikunu jistgħu jinbnew fuq l-istess sit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fit-tħaffir fuq is-sit li sar sa issa m’hemmx inkluż spazju riservat għall-bini ta’ Assembly Hall u Ċentru Sportiv.

San Pawl il-Baħar – bdil tal-main tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux qed tiddiskuti mal-Water Services Corporation dwar proġett ta' bdil tal-main tad-drenaġġ fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, liema toroq ser jiġu effettwati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta żżomm diskussjonijiet mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar xi tibdil li jista’ jkun hemm ta’ xi main tad-drenaġġ. Jkun hemm każi meta Transport Malta tintalab biex tibdel mains meta tkun għaddejja b’xi xogħlijiet tagħha jew meta jkun hemm każi ta’ emergenza. Meta jkun possibli, dawn ix-xogħlijiet jsiru matul il-lejl biex jiġi evitat impatt fuq l-andament tat-traffiku. Ġeneralment, ix-xogħlijiet tal-Korporazzjoni huma mdaħħla fis-sistema ta’ permessi minfejn jiġu avżati l-istakeholders.