Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħatriet fil-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dati tal-ħatriet fil-Ġudikatura u l-ismijiet rispettivi tagħhom minn Marzu 2013 sad-data li fiha din l-interpellanza tkun imwieġba?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ħatriet li saru fil-Ġudikatura minn Marzu 2013, huwa kif hemm fit-tabella ta’ hawn taħt : SURNAME NAME PRESENT APPOINTMENT Bugeja Aaron Magistrate 14/06/2013 Galea Charmaine Magistrate 14/06/2013 Mizzi Antonio Judge 14/06/2013 Grima Edwina Judge 26/03/2014 Vella Cuschieri Joanne Magistrate 26/03/2014 Mintoff Lawrence Judge 17/07/2014 Grixti Giovanni Judge 05/06/2015 Hayman Miriam Judge 05/06/2015 Mifsud Joseph Magistrate 05/06/2015 Vella Monica Magistrate 05/06/2015 Frendo Dimech Donatella Magistrate 29/10/2015 Farrugia Frendo Caroline Magistrate 07/04/2016

Kamp tal-Infurzar tal-kuntratti — prijorità

Question

B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Daħla ta’ Buġibba – traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx tibdil dwar il-pożizzjoni tal-ministeru, u ta’ Transport Malta (TM) għal dak li jikkonċerna t-tqegħid ta' traffic lights, fl-istess post li kien jeżisti qabel, fid-daħla ta' Buġibba, fejn hemm lights oħra iżda s-sett partikulari li kien jeżisti biex jikkontrolla d-dħul lejn Buġibba/Qawra, minn dawk il-vetturi li jkunu ġejjin min-naħa ta' San Pawl il-Baħar baqa’ ma' reġgħax twaħħal? Meta hu mistenni li jerġgħu jitwaħħlu dawn l-istess dwal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ser tiġi diskussa fil-Kumitat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku li jmiss.

San Pawl il-Baħar, Naxxar u Mellieħa – ċitazzjonijiet maħruġa mill-wardens

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kienu mqassma ċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens f'San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa, maqsuma skont it-tipi differenti ta' ċitazzjoni li nħarġu, matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni li kienu mħarrka biex jitilgħu jixhdu fil-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li kienu mħarrka biex jitilgħu jixhdu fil-Qrati ta' Malta u Għawdex, li iżda baqgħu ma telgħux jixhdu minkejja li kienu infurmati dwar ix-xhieda tagħhom, matul din is-sena, separatament għall-Qorti ta' Malta u dik ta' Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-Qrati u Tribunali ta’ Malta u Għawdex ma tinzammx din l-istatistika.

Triq il-Kosta – bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul it-Triq tal-Kosta, b'mod partikulari, fuq dawk l-istages li huma l-iktar użati, jitpoġġew bus shelters għall-benefiċċju ta' dawk li jużaw il-karozzi tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha kif ħarġet Request for Proposals li titlob għal twaħħil ta’ bus shelters ġodda f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex, inkluż dawk li jinstabu ġewwa Triq il-Kosta.

Skola Primarja tal-Gvern – tfal li jinżammu wara l-ħin tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm ġenituri, li ddeċidew li jħallu lil uliedhom, f'kull skola primarja tal-Gvern għal xi ħin wara l-ħin normali tal-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti reġistrati fis-servizz ta’ Klabb 3-16 fl-iskejjel primarji tal-Gvern (data ta’ Ottubru 2016) hu kif se nsemmi: Ċentru Numru ta’ tfal Attard 67 Birkirkara 64 Birżebbuġa 42 Fgura 35 Ħamrun 17 Ħaż-Żabbar 32 Ħaż-Żebbuġ 25 Luqa 55 Marsascala 45 Mellieħa 40 Mġarr 59 Mosta 62 Naxxar 25 Paola 72 Pembroke 85 Qormi San Ġorġ 32 Rabat 18 San Ġwann 63 Santa Venera 20 Siġġiewi 15 Sliema 60 St Julians 20 St Paul's Bay 83 Valletta 13 Victoria 9 Xagħra 10 Żejtun 48 Żurrieq 58

Kindergarten — trasport

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra l-possibbilità li jipprovdi trasport għat-tfal tal-kindergarten, lejn l-iskejjel li fihom jattendu dawn it-tfal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jikkonsidra dan is-servizz komplimentat ma’ on board supervision.
Leg 12 PQ #28141 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Boffa Residential Home — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27779 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Boffa Residential Home u xi attivitajiet li jistgħu jsiru fiha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant għas-suġġeriment tiegħu. Ninformah li fl-isptar Boffa ġie riċentament introdott is-servizz ta’ Occupational Therapist propju għal dan il-għan.

Djar tal-anzjani ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser jinbnew djar għall-anzjani oħra apparti dik ta' Birkirkara? Jista' l-Ministru jgħid fejn ser ikun qed jibni dawn id-Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’hemmx pjanijiet li jinbnew djar għall-anzjani oħra apparti dik ta’ Birkirkara. Madanakollu, għaddejjin b’ħidma fuq diversi proġetti għal estensjoni ta’ numru ta’ djar tal-Gvern kif ukoll estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paule. Għaddejjin ukoll b’taħdidiet ma’ operaturi privati dwar xiri ta’ sodod.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal fl-Uffiċċju tal-Arbitru bejn April 2016 sa Settembru 2016, xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kien hemm 474 appell ġdid minn April 2016 sa Settembru 2016. It-tabella t’hawn taħt tinkludi f’aktar dettal il-lista ta’ dawn il-każijiet, xahar b’xahar. Xahar Numru ta' Appelli Reġistrati Numru ta' Appelli Deċiżi Numru ta’ Appelli Ċeduti/ Revokati/ Kanċellati/ deż erti / sine die Numru ta’ Appelli li bdew jinstemgħu Numru ta’ Appelli li għad iridu jinstemgħu April 102 Nil 20 6 76 Mejju 60 1 11 3 45 Ġunju 65 Nil 9 1 55 Lulju 85 Nil 9 2 59 Awwissu 67 Nil 7 1 58 Settembru 95 Nil 11 Nil 84

Arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwaris-Sigurtà Soċjali – appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm appelli pendenti b'kollox quddiem l-Arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom ma ġewx appuntati u għaliex dawn għadhom ma ġewx appuntati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn Jannar 2016 sa Settembru 2016, kien hemm 1281 każ pendenti quddiem l-Arbitri li minnhom hemm 572 każ li għadhom ma ġewx appuntati. L-Uffiċċju tal-Arbitru jagħmel minn kollox sabiex jappunta l-appelli li jidħlu fl-iqsar żmien possibbli. Bosta drabi, każijiet li jkunu appuntati ma jinqatgħux f’seduta waħda minħabba differimenti li jista’ jkun hemm bżonn, biex il-każ jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa.Dan ifisser li d-differimenti jkunu qed jieħdu post ieħor ta’ każ li ma jkunx jista’ jiġi appuntat. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-pożizzjoni tal-appelli quddiem l-Arbitru minn Jannar sa Settembru. Appelli Jannar – Settembru 2016 Appelli pendenti sa Settembru 2016 1281 Appelli mhux appuntati sa Settembru 2016 572 Appelli li daħlu minn Jannar sa Settembru 2016 663 Numru ta’ Appelli decizi 252 Numru ta’ Appelli Ċeduti/Revokati/Kanċellati/deżerti/ sine die 380 Numru ta’ Appelli differiti 153

Pensjoni Minima Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin mill-1 ta' Jannar 2017 skont il-miżura kif imħabbra fil-Baġit 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali, (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja, u għandha l-medja massima tal-kontribuzzjonijiet tas-sigruta’ soċjali, kif imħabbar f’dan il-Baġit, ser tkun ta’ €145.83 fil-ġimgħa. Barra minn dan, din ir-rata trid ti¿died ukoll bi 80 fil-mija taż-żieda għall-ogħli tal-ħajja biex b’hekk b’kollox din ir-rata se tkun ta’ €147.23 fil-ġimgħa. Il-bonus tal-ogħli tal-ħajja jiżdied b’20 fil-mija taż-żieda għall-ogħli tal-ħajja (35c). B’hekk b’kollox dawn il-pensjonanti se jkunu żdiedu €5.75 fil-ġimgħa minbarra li se jizdiedu ukoll fl-għajnuna supplimentari. Anke dawk li għandhom rati anqas għax m’għandhomx il-medja massima tal-kontribuzzjonijiet ukoll se jgawdu minn dawn l-istess żidiet.

Residenza San Vinċenz de Paule – social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu s-social workers li jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent hemm 3 social workers li qegħdin jagħtu servizz fil-Faċilita għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul. Fil-preżent ma jinħasx il-bżonn li jiżdied in-numru ta’ social workers, hekk kif is-servizz li qiegħed ikun offrut, qed jingħata b’mod sodisfaċenti mingħajr ebda lista ta’ stennija għas-servizz.

każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu miżżewweġ lill-persuna Maltija għal iżjed minn 5 snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikant jista’ jagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi jibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi jċempel fuq 25904168/69 u jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali responsabbli.

Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – lista ta’ proġetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista sħiħa tal-proġetti li ġew iffinanzjati mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea taħt it-tliet programming periods u ċjoè 2004-2006, 2007-2013 u 2014-2020? Jista’ jgħid meta beda l-proġett, meta spiċċa u kemm sewa?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tikkonċerna t-tliet programming periods, 2004/2006, 2007/2013 u 2014/2020. Il-figuri jinkludu fondi Ewropej kif ukoll fondi Nazzjonali utilizzati għall-ko-finanzjament biex jiġu implimentati dawn il-proġetti.
Leg 12 PQ #28159 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Stick Strips– out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istick strips li jiġu applikati wara li jittieħed id-demm jinsabu out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-stick strips m’humiex out of stock.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati b’contract for service

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27999, peress li l-Ministru naqas li jagħti l-informazzjoni mitluba dwar impjegati b’contract for service fil-pre¿ent mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inklu¿ fis-segretarjati privati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari, kif ukoll mad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma, kemm hi r-rata li qed jitħallsu biha u kemm kienet in-nefqa s'issa għal din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-nefqa s'issa fuq contracts for service għal din is-sena hi ta' €768,458.57. Dispost li nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba privatament u b'mod kunfidenzjali.

Alternative Learning Programme – tfal li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew l-Alternative Learning Programme u li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC din is-sena? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm tmint (8) itfal li qagħdu għall-eżami tal-Matsec fl-Arti.