PBS – ħlasijiet għall-produzzjoni ta’ ċertu programmi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-PBS biex saret il-produzzjoni tal-programmi Times Talk, Madwarna u Xarabank?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-ħlasijiet li saru mill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li dwarhom qed jistaqsi, nista’ nagħmel dan privatament.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-iskema tal-ħwienet tiġi estiża għall-ħwienet oħra li mhumiex fil-Belt Valletta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kien tħabbar fl-Iskema tal-Ħwienet li kienet miftuħa għall-ħwienet tal-Belt Valletta biss bħala proġett pilota, il-Gvern għandu l-ħsieb li din l-Iskema tiġi miftuħa għall-ħwienet f’lokalitajiet oħra.
Housing Estates – xiri ta’ garaxxijiet — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħħlu applikazzjonijiet għal xiri ta’ garaxxijiet fil-Housing Estates u kemm minn dawn il-kuntratti ġew konklużi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema ta’ Bejgħ ta’ Garaxxijiet u Siti mogħtija b’Ċens biex fuqhom jinbnew garaxxijiet u li kienu jinsabu fil-Housing Estates madwar Malta u Għawdex, intefgħu 625 applikazzjoni. S’issa saru 50 kuntratt ta’ bejgħ ta’ Garaxxijiet filwaqt li madwar 300 applikazzjoni oħra waslu fill-fażi finali biex isirilhom il-kuntratt tal-bejgħ. Il-proċess ta’ verifika fuq il-kumplament tal-applikazzjonijiet qiegħed miexi wkoll.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa issa, kemm tħallsu espropji li kellhom jieħdu sa €50,000?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment bgħatt għal fuq minn mitt (100) sid ta’ proprjetà li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000, sabiex dawn is-sidien iġibu l-prova ta’ titlu.
S’issa ġew finalizzati 2 kuntratti, filwaqt li għaddej xogħol ta’ verifika fuq provi ta’ titlu li diġa ntbagħtu minn diversi sidien oħra qabel ma jgħaddu għall-kuntratt ta’ kumpens finali.
Madankollu għad fadal numru sostanzjali ta’ sidien li għadhom ma weġbux għat-talba tad-Dipartiment biex iġibu l-prova tat-titlu tal-art u allura d-Dipartiment ma jistax jieħu passi fuq dawn il-każijiet qabel mas-sidien jipprovdu l-prova tat-titlu tagħhom biex jingħataw il-kumpens.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-HOS u li għad m’għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’biħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din il-Leġislatura sallum, il-Gvern ħallas is-somma ta’ €2,165,569 fi ħlas ta’ kumpens lil sidien privati li l-art tagħhom kienet żmien ilu ittieħdet mill-Gvern għal skop pubbliku biex inbnew djar taħt l-Iskema tal-Home Ownership.
Bil-ħlas ta’ dan il-kumpens ġew konklużi kuntratti tal-akkwist tal-art ma’ diversi sidien oriġinali li kellhom artijiet li ġew akkwistati f’dawn l-inħawi: iż-Żurrieq, il-Mosta, in-Naxxar, il-Kalkara, Hal Luqa, Ta’ Farsina Ħal Qormi, Ħad-Dingli, l-Marsa, l-Għargħur, l-Msida, B’Kara, ir-Rabat Malta, Rabat Għawdex u x-Xagħra.
Dan ippermetta li numru ta’ familji li għandhom djar mibnija fuq dawn l-artijiet li ġew akkwistati, issa jistgħu jixtru l-proprjetà tagħhom u jsiru sid ta’ darhom. Matul is-sena li ġejja, il-Gvern bi ħsiebu jkompli jikkonkludi aktar kuntratti ma’ sidien ta’ proprjetajiet li ġew akkwistati minħabba l-Iskema tal-Home Ownership.
Ftehim bejn stat u knisja dwar artijiet li ġew mgħoddija lill-istat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex jiġu solvuti l-problemi kbar li hemm pendenti wara aktar minn 20 sena minn meta sar il-ftehim bejn l-istat u l-knisja rigward artijiet li ġew mgħoddija lill-istat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt għandu l-funzjoni li jamministra l-proprjeta li qabel kienet tal-Knisja u li issa għaddiet f’idejn il-Gvern skont il-Ftehim li sar fis-sena 1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede.
L-Uffiċċju Konġunt ħadem sabiex jirrikonċilja u jirreġistra favur il-Gvern il-proprjetà li kienet amministrata minn 111-il entita’ ekklezjastika differenti. Minn dan it-total, s’issa ġew magħluqa l-proprjetà li kellhom 71 entita’ Ekkleżjastika u ġew rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet, ’il fuq minn 16,000 proprjeta’ f’isem il-Gvern ta’ Malta.
Matul is-snin, l-Uffiċċju Konġunt nieda diversi Skemi biex sidien ta’ djar kemm residenzjali u anke dawk u¿ati bħala villeġġatura, jkunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju. Taħt dawn l-iSkemi daħlu total ta’ ‘l fuq minn 7,000 applikazzjoni, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom l-Gvern diġa’ kkonkluda kuntratti ta’ fidi maċ-ċenswalisti.
Il-problemi kbar li hemm pendenti jirrigwardjaw it-titlu tal-art u l-maġġoranza ta’ dawn il-ka¿ijiet qegħdin pendenti minħabba kawżi li għadhom għaddejjien quddiem il-Qorti. Barra minn hekk hemm diversi talbiet ta’ rikonoxximenti li għadhom pendenti peress li hemm problemi legali serji kif ukoll nuqqas ta’ rizorsi biex jiġu proċessati minhabba l-ammount kbir ta’propjetajiet imsemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet sabiex il-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet tiġi attwata b’mod tanġibbli issa li din il-liġi għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari? X’inhi l-akbar differenza li se tagħmel din l-Awtorità fix-xogħol attwali tad-Dipartiment tal-Artijiet? Kif se jiġu affettwati l-ħaddiema preżenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bħalissa għaddej id-detailing tal-ħaddiema tad-Dipartiment sabiex jgħaddu għand l-Awtorita fl-intier tagħhom.Wara li anki jiġu ngaggati ħaddiema ġodda l-proċess imbagħad ikompli b’collective agreement mal-unions rispettivi li diga beda jsir abbokkament magħhom bil-għan illi l-haddiema jkollhom kundizzjonijiet idoni għal xogħolhom.
L-akbar differenzi li ser tagħmel l-Awtorita hi fl-efficenza u t-trasparenza meta l-proċessi l-ġodda, kemm tal-IT kif ukoll dak tal-valwazzjonijiet u l-awditjar jibdew jaħdmu kif maħsub.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħatat il-promozzjoni għal supervisor fid-Diviżjoni tas-Saħħa li kienet ħarġet biċ-ċirkolari 48/2004 li ħarġet fit-8 ta’ Ġunju 2004 u li l-individwu (li d-dettalji tal-applikazzjoni tiegħu qed tingħata separatament) li kien ħadha, kien ġie mġiegħel jirrifjutaha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddili iktar informazzjoni dwar dan il-każ u l-persuna kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-physiotherapists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2015 u Awwissu tal-2016 ġew ingaġġati 20 Physiotherapists. Ninformaha ukoll illi sejħa għal aktar Physiotherapists ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-podiatrists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati 8 Podiatrists. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni. Ninformaha ukoll illi sejħa għal aktar Podiatrists ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw psychotherapists fl-2015 u fl-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Psychotherapists.
Jista’ l-Ministru jispjega l-bżonn veru wara l-għoti tad-direct order ta’ €199,600 fit-2 ta’ Marzu 2016 lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Huwa korrett jingħad li din il-persuna hija impjegata tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi? Għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Il-Ministru ma jaħsibx li kien ikun iktar f’loku u indikat li tinħareġ sejħa pubblika għall-ammont hekk kbir ta’ flus mill-erarju pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi ic-cifra kwotata fil-mistoqsija tieghu u l-kuljom ikkwotat huma t-tnejn zbaljati.
L-ammont ikkoncernat hu inqas minn dak imsemmi. Il-persuna imsemmija tithallas €119,600.
Il-persuna, li hija ta' nazzjonalita' barranija, ma hix impjegata mad-ditta imsemmija izda tahdem eskussivament ghal-Identity Malta abbazi l-kredenzjali partikolari taghha. Ix-xoghol li taghmel din il-persuna jirrikjedi esperjenza vasta f’settur li hu nicca gdida ghal pajjizna. Din il-persuna ghandha hamsa u ghoxrin sena esperjenza fuq livell internazzjonali u qed taghmel xoghol ta materja kunfidenzjali. Barra minn hekk hija taghti ukoll tahrig u tizgura li l-proceduri adottati mill-
unit
li tahdem fih fl-agenzija Identity Malta jkunu tal-ghola livell internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, is-sindku u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta siefru kemm flimkien kif ukoll individwalment matul dawn l-aħħar tliet snin? Fejn kienet kull destinazzjoni u kemm swiet kull safra u kemm ħareġ fondi il-kunsill lokali għal kull safra?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi bil-“Y” plate reġistrati f’Malta u f’Għawdex u kemm hawn karozzi tal-kiri self drive?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi rreġistrati bil-“Y” plate huwa ta’ 2,632, u l-ammont ta’ vetturi rreġistrati bħala tal-kiri self drive huwa ta’ 10,939.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar fil-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid minn Ġunju 2016 sal-lum? Tapprezza l-Ministru li dik li kienet waħda mill-isbaħ u fost l-ikbar pjazez f’pajjiżna, il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, ilha minn Jannar li għadda eyesore kbira biċ-chicken wire jdawwar nofsha wara li kienu nqalgħu s-siġar tal-parti t’isfel tal-Pjazza u issa ilha hekk, bla ebda tibdil ta’ xejn, minn Jannar li għadda?
Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – programm tax-xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm dettaljat tax-xogħlijiet fil-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid minn issa sal-aħħar tas-sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-aġġudikazzjoni tat-tender għaldaqstant l-iskeda tax-xogħolijiet tkun tista tigi diskussa u imfassla ġa la darba jintgħażel il-kuntrattur li ser ikun qiegħed jagħmel ix-xogħlijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tkun lesta, jew fiex waslet, l-inkjesta li kienet tħabbret f’Novembru 2013 u li qed titmexxa mill-ex Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar is-sulphur content tal-fuel tal-power station mixtri għall-perjodu wara Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta għadha għaddejja . L-Onorevoli Interpellant jifhem li din l-inkjesta hija waħda indipendenti u li l-Gvern ma jistax jindaħal lil min qed jagħmel l-inkjesta sabiex tiġi konkluża mingħajr ma jkunu ittieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha.