Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27479 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Demerger tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-differenza prinċipali wara li seħħ id-demerger tal-MEPA? X’vantaġġi hemm bid-demerger, kemm għall-ippjanar kif ukoll għall-ambjent?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-vantaġġi prinċipali wara d-demerger huma li issa: 1. Hemm awtorità responsabbli mill-ambjent indipendenti mill-funzjoni ta’ l-ippjanar u li għalhekk m’għadx hemm ir-riskju li issues ambjentali jiġu meqjusa sekondarji għal dawk li jirrigwardaw użu ta’ l-art. 2. Hemm awtoritajiet awtonomi li huma aktar iffukati u allura aktar effettivi u effiċjenti fir-responsabilitajiet rispettivi li għandhom. 3. Hemm awtorità ambjentali (ERA) li issa għandha aktar saħħa u vuċi fit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm f’dak li jirrigwarda t-tfassil ta’ policies , permezz tal-preżenza tagħha fil-Kunsill Ezekuttiv ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, kif ukoll f’dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet ta’ l-iżvilupp, permezz tal-preżenza tagħha fuq il-bord ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar. 4. L-ERA bħala entità awtonoma tista’ tappella minn deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar. Dan hu poter importanti li ma’ kienx ikun possibbli kieku l-funzjoni ambjentali u dik t’ippjanar kellhom jibqgħu amalgamati flimkien. 5. L-Awtorità ta' l-Ippjanar tista' tkun iffukata aktar biex tiżgura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu aktar sostenibbli, u li jintegraw it-tlett pilastri ta' l-ippjanar li huma l-aspett soċjali, ekonomiku u ambjentali. 6. L-Awtorità ta’ l-Ippjannar tista tiffoka iżjed fuq pjani sostenibbli u b’integrazzjoni sħiħa ma l-infrastruttura li hemm bżonn. 7. Żieda fl-effiċjenza u t-trasparenza fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Leg 12 PQ #27480 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet tal-Ippjanar u tal-Ambjent u r-Riżorsi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ż-żewġ awtoritajiet kemm tal-Ippjanar kif ukoll dak tal-Ambjent u r-Riżorsi ġew stabbiliti, x’inhu l-andament tax-xogħol u r-relazzjoni bejniethom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27479.
Leg 12 PQ #27481 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outside Catering Area

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li daħħlet fis-seħħ il-policy tal-Outside Catering Area, x’inhuma l-effetti tagħha kemm għall-pubbliku, għall-ambjent kif ukoll għall-imprenditur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Policy tal-Outside Catering Areas on Public Open Space daħlet fis-seħħ f’Ġunju tal-elfejn u sittax. Sa dakinhar, dan it-tip ta’ żvilupp ma kienx irregolat sew, jew inkella, kien irregolat b’ħafna policies kunfliġġenti mħaddna minn diversi dipartimenti. Din il-policy, għall-ewwel darba, daħlet il-kuncett ta’ shared policy, cioe, dan id-dokument huwa inklussiv b’mod li jista jintuża mill-erba entitajiet li huma kkonċernati fl-għoti ta’ permessi ta’ dan it-tip. Id-dokument, ukoll, ihaddan il-fehma illi fil-kuntest ta’ użu ta spazji pubblici, il-pubbliku għandu jiehu preċedenza fuq l-iżvilupp għal skopijiet kummerċjali; madankollu, l-istess dokument huwa mfassal sabiex jgħin lin-negozji jitħajru juzaw spazji pubblici għal finijiet kummerċali. Għalhekk, l-effetti principali ta’ dan id-dokument, kemm fuq il-pubbliku, għall-ambjent, kif ukoll għall-imprendituri, ghandhom ikunu: i) li jiżdiedu it-trasparenza u l-effiċjenzja fil-ħrug u l-għoti tal-permessi, billi kulhadd jista jifhem u juza din il-policy; ii) li jingħata aktar rigward lil-min sempliciment jixtieq igawdi spazju pubbliku mingħajr xkiel ta’ xejn; iii) billi ikun hemm qafas sod ta’ ppjanar għal-żoni kummercjali ewlenin; iv) billi ikun hemm regoli u linji gwida għad-disinn ta’ żoni pubblici u għalhekk jigi promos it-tisbieh tal-ambjent; v) billi jithaddan il-principju ta’ disinn universali illi ma jaghmilx eskluzjonijiet u diskriminazzjoni kontra xi kategorija ta’ nies. L-effetti ta’ din il-policy naturalment m’humiex sejrin jinhassu mil-llum għal għada, speċjalment fejn hemm bzonn illi jsiru Master Plans aktar dettaljati u mfassla skond il-lokalita’; imma huwa zgur illi għall ewwel darba min ghandu id-dover illi jippjana dawn iż-żoni għandu qafas tajjeb sabiex jimxi fuqhu. Fl-istess ħin, il-policy diga qiegħda tintuża sabiex jingħataw permessi ġodda u jitrangaw dawk ezistenti fejn ikun possibli.
Leg 12 PQ #27482 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-liġi tas-Sanità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet ilha ma tkun aġġornata l-liġi tas-sanità? Bis-saħħa tal-liġi l-ġdida, kif ġie affetwat l-ippjanar u x-xogħol relatat magħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Liġi tas-sanità għajr xi tibdil żgħir kien ilha ma tiġi aġġornata mill-1854. Bl-avviż legali 227/16 il-bini kummerċjali, kif ukoll il-garaxxijiet issa jista' jiġi vventilat u mdawwal b'mod artifiċjali b'ċertifikazzjoni minn inġinier. Barra minn hekk il-qisien tal-btieħi fil-liġi l-antika kien għadhom bil-piedi u ġew sempliċiment maqlubin għal metri, mentri issa kemm l-għoli tal-bini kif ukoll il-btieħi ġew kollha bil-metri. L-għoli tas-sulari ġie mnaqqas minn 2.75m għal 2.6m. Din il-L.N. tat ukoll il-fakulta li minn għandu court yard ta' qabel in-1967 jista' jsaqqafha b'ventilazzjoni mil-ġenb u b'soqfa tal-ħġieġ ritrattabbli b'mod mekkanikament awtomatizzat u ċċertifikat minn engineer. Issa ukoll ġew stabbiliti il-wisa' tat-toroq mal-għoli tal-bini inkluż ukoll il-bini għoli ta' aktar minn għaxar sulari magħruf aħjar bħala high rise building. Qabel kienet il-prassi li bini ta' qabel l-1967 konna nieħduh bħala eżistenti pero' din ma kienet miktuba mkien. Issa ġiet stabbilita d-data ta' meta huma applikabbli dawn il-regolamenti. Saret definizzjoni ta' dak li hu abitabli u dak li mhux abitabli. Giet stabbilita ukoll x'hini u kemm trid tkun fonda sit restritta. Barra minn hekk qabel minn ma kienx jaqbel mad-deċiżjoni tal-uffiċjal tas-sanità kellu jappella quddiem il-GSB mentri issa jista jidher quddiem il-Planning Commission u jagħmel l-argumenti hemmhekk. Barra minn hekk l-applikant jista jmur ukoll quddiem it-tribunal.
Leg 12 PQ #27483 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-iskema ta’ Regularisation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ddaħlet ir-regularisation, kif se tkun applikabbli u x’inhuma l-għanijiet prinċipali? Għaliex inħass il-bżonn ta’ skema ta’ regularisation?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proċedura ta' regolarizzazzjoni hija applikabbli għal ¿vilupp li huwa bla permess, li sar qabel l-2016, li jinsab fiż-żona ta' żvilupp, u li mhux konformi mal-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar u regolamenti ta' sanità. Il-proċedura, li hija regolata minn Avviż Legali 258 tal-2016, tirrikjedi li ssir applikazzjoni minn perit u din għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fuq il-portal elettroniku. Inħasset il-bżonn għal din l-iskema biex jiġu solvuti problema ta’ ppjanar u sanita li kienu qed ixekklu l-bejgħ tal-propjeta b’dannu għas-sidien li kemm-il darba tkun l-unika mezz kif ikunu jistgħu jiffinanzjaw ċertu spejjeż oħra. Parti mid-dhul tar-regularisation ser immur fil-fond tal-Urban Improvement Fund biex il-kommunitajiet ikunu jistghu jibbenifikaw.
Leg 12 PQ #27484 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-effetti tad-Development Control 2015, kważi sena wara li ddaħħlet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellat illi t tneddija tad-dokument ‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015, DC 15’ kien pass kuraggjuz il-quddiem biex l-żvillup propost ikun wieħed ta kwalita’ u ssir enfasi akbar fuq id-disinn. Id-dokument huwa wiehed posittiv fejn il-kriterji kwalitativi qed jingħataw l-istess interpelanza fl-‘assessment’ tal-applikazzjonijiet daqs kriterji kwantitativi. L-akbar differenza li kellu d-dokument fuq l-ipproċessar ta l-applikazzjonijiet għall-izvillup huwa l-importanza li issa qed tingħata lil kuntest. B’dan id-dokument wiehed jirikonoxxi li għalkemm nghixu go pajjiż zgħir hemm kuntesti u ambjenti differenti li jagħmlu kull lokalita’ unika. Dan inhass wara li kien rikonoxxut il-prinċipju ewlieni tal-kuntestwalità u li l- policy antikwata tal-‘one size fits all’ mhux is-soluzzjoni tajba. Dan iffiser li issa kull applikazzjoni li tircievi l-Awtorità ta’ l-Ippjanar ma tistax tigi ezaminata wahidha izda fil-kuntest immedjat jigifieri it-triq. It triq għalhekk hija meqjusa bħala spazju importanti socjali u importanti sabiex l-ambjent urban jkun wiehed dinamiku. Element iehor li kellu effett pozitiv huwa li għal kuntrarju għal policies ta’ qabel, id-dokument DC 15 issa għandu tlett tipi ta’ provissjonijiet; Policy/Regulation (P), Good-practive guidance (G) u Technical Standards (S). Għalkemm il-policies iridu jingħataw l-aktar sahha wieħed irid ukoll iqis li jħaddan il-prinċipju iżda fl-istess waqt jissuġerixxi soluzzjonijiet alternattivi.
Leg 12 PQ #27692 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Radiographers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mir-radiographers li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 ġew ingaġġati 11 Radiographers. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27693 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Speech Language Pathologists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw speech language pathologists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27694 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Speech Language Pathologists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-ispeech language pathologists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2015 u l-2016 ġew ingaġġati 7 Speech Language Pathologists.
Leg 12 PQ #27695 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Social Workers – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw social workers fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27696 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Social workers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-social workers li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tas-Saħħa ma jingaġġax Social Workers dirett, imma għandu service agreement mal-Ministeru tal-Familja.
Leg 12 PQ #27697 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw nurses fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – rapporti fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Maltatoday irrapurtat li “Skanska, the Swedish engineering giant that bills itself as the world’s leading construction group, has told Attorney General Peter Grech it will not meet him to discuss the Maltese government’s claims for damages on foundation works on Mater Dei hospital. In a letter to Grech, Skanska ruled out any responsibility on the Mater Dei works – recently the subject of an inquiry over faulty cement foundations – saying that “SMJV (Skanksa-Malta Joint Venture) cannot be held liable for alleged defects.” (Maltatoday, 21/09/2015)? X’passi ħa minn dakinhar sal-lum, dettaljatament u bid-dati rispettivi, il-Ministeru tiegħu, inkluż l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jekk tassew jemmen li għandu raġun f’dak li kien qed jiġi allegat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27941.
Leg 12 PQ #27941 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat mal-Prim Ministru Svediż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara li fit-28 ta’ Ġunju 2015 il-gazzetti Maltatoday irrapurtat laqgħa li huwa kellu mal-Prim Ministru Svediż fejn intqal hekk: “The government is seeking “to avoid years of litigation” and reach a settlement with Swedish contractors Skanska over the state of concrete foundations laid back in the mid-1990s at Mater Dei Hospital, MaltaToday has learnt. Taking talks to a political level with Swedish Prime Minister Stefan Löfvén, Prime Minister Joseph Muscat has said he wants Skanska to cover a €30 million bill for the repair works that are needed to bring Mater Dei Hospital up to par”? Kemm-il laqgħa oħra kellu mal-Prim Ministru Svediż fuq din il-kwistjoni minn dakinhar sal-lum? X’passi ħa l-Prim Ministru minn dakinhar sal-lum, dettaljatament u bid-dati rispettivi, biex jindirizza din il-kwistjoni jekk tassew jemmen li kellu raġun f’dak li kien qed jiġi allegat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif tħabbar fil-jiem li għaddew il-Gvern beda l-proċess legali kontra l-kumpanija Skanska, li kienet responsabbli għad-disinn u l-bini tal-Isptar Mater Dei. Il-Gvern wasal għal din id-deċiżjoni għaliex l-isforzi kollha li saru sa issa ma wasslux għal ftehim biex jingħata kumpens. Il-Gvern fl-ahhar xhur sab bibien maghluqa minn naha ta’ Skanska li qed issostni li l-ftehim tal-waiver li kien iffirmat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi taht gvern precedenti fl-2009, jeżentha minn kull responsabilita. Il-Gvern izda għandu pariri legali li bihom se jikkontesta dan il-waiver, waqt li jfittex ghad-danni lil Skanska.

Laqgħat mal-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi – abbozz ta’ liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm minn Marzu 2013 bejnu, jew il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi dwar il-bżonn ta’ abbozz ta’ liġi li jkun jirregola l-professjoni tal-interpreti u t-tradutturi? Fejn wasal ix-xogħol biex ikun hemm tali abbozz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn Marzu tal-2013 il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, iltaqgħet mal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi tliet darbiet. F’dawn il-laqgħat ġie diskuss kif għandu jinbena l-qafas legali biex jirregola dawn il-professjonijiet. L-ewwel abbozz ta’ liġi, li għandu l-iskop li joħloq dan il-qafas, tfassal bl-intenzjoni li jiġi eventwalment ippreżentat għal konsultazzjoni pubblika.

Każini tal-Banda u Soċjetajiet Mużikali — kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru tiegħu biex, in vista ta’ diversi sentenzi tal-Qrati tagħna li qed jibdew jordnaw l-iżgumbrament ta’ diversi każini tal-banda u soċjetajiet mużikali (b’eluf ta’ membri u soċji milquta ħażin) minn binjiet mikrija lilhom għax ma jifilħux iħallsu l-kirjiet b’rati kummerċjali (li s-sidien tagħhom bi dritt kollu u skont il-liġi jippretendu li jirċievu) għall-inqas tiġi esplorata sitwazzjoni fejn tiġi kunsidrata l-possibbilità li jinstab mezz legali u soċjalment ġust (u li jkun konformi mas-sentenzi tal-Qrati u bla ma jiġu mittiefsa d-drittijiet tas-sidien) fejn il-Gvern jgħin lil dawn is-soċjetajiet mużikali biex iħallsu dak dovut, jekk tassew nemmnu li l-każini tal-baned u s-soċjetajiet mużikali huma essenzjali għall-qasam tal-volontarjat f’Malta u jikkontribwixxu mmens għall-kultura tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern permezz tal-Avviż Legali 195 tal-2014 diġa għamel riforma fis-sistema tal-kirjiet tal-każini u b’mod partikolari biex dawk il-każini li fihom issir attività kummerċjali jħallsu wkoll persentaġġ tat-turnover ġenerat minn dik l-attivita’ lis-sidien. Dan kien maħsub sabiex jintlaħaq il-bilanċ meħtieġ fir-relazzjoni bejn is-sidien u l-inkwilini f’każ ta’ każini. S’issa ebda każin ma ġie żgumbrat b’sentenza definittiva tal-Qorti u l-unika sentenza li hemm f’dan is-sens hija ta’ Qorti tal-ewwel istanza li għad trid tiġi skrutinizzata mill-Qorti Kostituzzjonali. S’intendi l-Gvern huwa konxju mill-valur soċjali u kulturali tal-ka¿ini u huwa mpenjat li jagħmel dak kollu li jista’ biex jippreżerva l-pożizzjoni tagħhom fir-rispett tad-drittijiet tal-partijiet kollha involuti.

Proposti fuq sentenzi Kostituzzjonali

Question

Wara l-mistoqsijiet parlamentari 11118 (fl-2014) u 13523 (f’Jannar tal-2015), jista’ l-Ministru jgħid: a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118) dwar proposta t’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Lokali Gudja– proġetti, inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27340, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba li għamel il-Kunsill Lokali tal-Gudja fl-2015 għall-post għall-uffiċini xierqa u aċċessibbli għall-amministrazzjoni tal-kunsill, hijiex se tkun milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet għaddiet komunikazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Gudja u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar dan fis-sena 2015. Meta l-Kunsill Lokali tal-Gudja kien intalab jidentifika postijiet alternattivi fil-Gudja biex iservu bħala uffiċini, il-Kunsill kien wieġeb li fil-Gudja m’hemm l-ebda post tal-Gvern mibni u vakanti li jkun jista’ jakkomoda lill-Kunsill. Il-Kunsill kien tenna li qed jistudja l-possibiltajiet vijabbli li l-bini tal-Kunsill jinbena f’parti minn Ġnien Raymond Caruana, jew inkella jinbena f’parti minn spazju mhux użat fil-ġenb tal-bitħa tal-iskola li jagħti fi Triq San Mark ma’ Triq iż-Żebbuġa. Il-Kunsill kien temm li “meta jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-lok, il-Kunsill jgħaddi għand id-Dipartiment sabiex tinkiseb id-devoluzzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.” Il-Kunsill Lokali tal-Gudja wara dan ma għamilx rikjesta għal devoluzzjoni għall-uffiċini.

Morning After Pill

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta’ Morning After Pill qed titħalla li tkun importata f'pajjiżna, x'jisimha u min jimmanifatturaha u min għandu liċenzja li jimportaha? Tista’ tippreżenta dokumenti jew data jew informazzjoni xjentifika li fuqha l-Awtorità dwar il-Mediċini wżat biex waslet għad-deċiżjoni tagħha li l-Morning After Pill tkun introdotta f'Malta? Tista’ tgħid jekk l-Awtorità dwar il-Mediċini hijiex f’pożizzjoni li tgħid b’ċertezza assoluta li l-Morning After Pill introdotta f'pajjiżna hijiex it-tip li għandha xi effett li ma tħallix bajda fertilizzata tkun impjantata fl-utru tal-mara?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorita' dwar il-Medicini għadha ma rrikmandatx medicina ta' kontraċezzjoni ta' emergenza biex tidħol f'Malta.