Jista' l-Ministru jgħid jekk il-PBS għandux ġurnalist li jsegwi l-aħbarijiet mill-Qorti? Kemm-il kawża tal-Qorti kienet irraportata mill-PBS permezz ta' ġurnalist tal-PBS li kien preżenti fl-awla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfurma lil Onor. Interpellant li t-tqassim tax-xogħol ġurnalistiku isir skont il-ħtieġa u skont il-prijoritajiet tal-PBS. Il-Ġurnalisti tal-PBS jiġu assenjati seduti fil-qorti kemm fi tmiem il-ġimgħa meta jkun hemm preżentati kif ukoll f’ċerti kazi fil-ġranet tal-ġimgħa skont il-kaz. Madankollu ma tinżammx l-istatistika tas-seduti li fihom ġew assenjati.
Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsija parlamentari 24087 u 22154, jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmitx id-diskussjoni interna dwar ir-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit (MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti? Ma’ min qed jiddiskuti internament? Jista’ jgħid meta se jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax wieħed ma jarax għalfejn rapport m’għandux ikun f’idejn l-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jgħin fid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkun jista’ jifdi ċ-ċens ta' biċċa art tal-Gvern li tagħmel parti mill-Home Ownership Scheme li fuqha kienet inbniet dar? Jekk hemm bżonn li tinħareġ Presidential Order qabel dan l-individwu jkun jista’ jifdi ċ-ċens, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ il-Presidential Order u meta jaħseb li se toħroġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-benefiċjarji tal-plot imsemmija jistgħu jifdu ċ-ċens permezz ta’ Skema Q. Il-kuntratt finali jiġi ffirmat meta l-Government Property Division jgħaddi l-plot lill-Awtorita’ tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkun jista’ jifdi ċ-ċens ta' biċċa art tal-Gvern (u ċjoè li taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Lands) li tagħmel parti mill-Home Ownership Scheme li fuqha kienet inbniet dar? Jekk hemm bżonn li tinħareġ Presidential Order qabel dan l-individwu jkun jista’ jifdi ċ-ċens, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ il-Presidential Order u meta jaħseb li se toħroġ?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara anqas minn sena, mingħajr lanqas għadu ġie inawgurat il-waterpolo pitch, kif jidher anke viżibilment, iż-żebgħa tal-qiegħ tal-pitch ġewwa Birżebbuġa diġà qed tinqala u se jkollha terġa’ ssir mill-ġdid? Kemm se tkun l-ispiża, li tinkludi anke l-ħela tal-ilma u l-kimika li titpoġġa sabiex ikun jista’ jsir l-għawm? Min se jħallas għal din l-ispiża? Meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waterpolo pitch il-ġdid ġewwa Birżebbuġa, wara snin twal f’telqa kbira, jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu sabiex ikun komplut u inawgurat. Dwar iż-żebgħa tal-qiegħ tal-pitch, għaddejjin diskussjonijiet mal-kuntrattur li ħadem fuq il-bini tal-waterpolo pitch, sabiex dan in-nuqqas, li huwa ammetta li għamel, jirrimedjah mingħajr ma jtellef mill-użu fosthom għat-taħriġ tal-klabb u fi żmien li t-temp l-aktar li jippermetti, għas-spejjeż tiegħu.
Birżebbuġa – pitch tal-waterpolo – stallazzjoni ta’ dwal
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tgergir fost ir-residenti tal-viċin tal-pitch tal-waterpolo f'Birżebbuġa dwar l-installazzjoni ta’ madwar għoxrin fanal fuq is-saqaf tal-istess pixxina minħabba d-dawl li se jiġġeneraw u li dawn, wara li nxtraw u tpoġġew, se jerġgħu jinqalgħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika min se jġorr l-ispiża ta’ dan l-arranġament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fanali dekorattivi huma 23 fin-numru u twaħħlu fuq is-saqaf tal-Clubhouse. Minħabba li l-bejt tal-Clubhouse jifforma parti mill-promenade ta’ Birżebbuġa, l-arbli huma tat-tip li dejjem kienu installati fi promenades simili madwar Malta kollha, inkluż Birżebbuġa stess. Id-dawl tagħhom huwa energy saving u ma jikkawżax light pollution. In-numru tagħhom ġie stabbilit skont il-forma tal-post u ġew meqjusa wkoll id-diżlivelli u l-aċċessibbiltà. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll li tali fanali għadhom lanqas biss qatt inxtgħelu.
Birżebbuġa – Pitch tal-Waterpolo – titlu għat-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-faċilità l-ġdida, u ċjoè il-Waterpolo pitch ta' Birżebbuġa, hux se tingħata b’titlu għat-tmexxija (bħal ma ngħataw faċilitajiet oħra) lill-Fondazzjoni Sport Birżebbuġa (li hija fondazzjoni mwaqqfa apposta bejn iż-żewġ clubs tal-football tal-kbar u ż-żgħar tal-lokalità)? Jekk fl-affermattiv, meta se titressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament? Bdew it-taħdidiet mal-Fondazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għat-titlu? Jekk fin-negattiv, lil min se jingħata t-titlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pitch tal-waterpolo ser ikun qed jingħata b’titolu lill-B’Buġia ASC u mhux lil xi Fondazzjoni kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Dan ser ikun qed isir meta jkun komplut ix-xogħol kollu u ċċertifikata l-kwalità tax-xogħol. Imbagħad ikun imiss il-proċess li tali ftehim jiġi approvat mill-Parlament.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-floodlights tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa għamlu żmien ma jixelgħux u għalhekk it-taħriġ mill-clubs ta’ Birżebbuġa kellu jsir sa’ nżul ix-xemx, għad-detriment tal-istess clubs minħabba li qed jonqsilhom il-ħin meta jistgħu jużaw il-faċilità? Kemm damu bil-floodlights ma jixelgħux? X'garanzija għandhom il-clubs ta' Birżebbuġa li jekk il-floodlights jerġgħu ma jixelgħux, dawn jiġu rranġati mill-ewwel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Birżebbuġa Sports Foundation kienet għamlet talba lil dan il-Ministeru sabiex minkejja li kien għad fadal xi xogħlijiet xi jsiru u kien għad fadal id-dħul tal-provvista tad-dawl u l-ilma huma jagħmlu użu mill-pitch għat-taħriġ tal-kbar u t-tfal reġistrati mal-klabbs. Din it-talba intlaqgħet mill-Ministeru għaliex fhimna li din hi l-aħjar deċiżjoni għall-ġid tal-klabbs. L-alternattiva l-oħra kienet li l-klabbs ma jagħmlux użu mill-pitch tal-futbol fl-ebda ħin qabel ma x-xogħlijiet ikunu lesti u tingħata l-provvista tad-dawl u l-ilma. Dwar ir-referenza li qed issir għall-floodlights, ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu informazzjoni ħażina għaliex ma teżisti l-ebda ħsara fil-floodlights.
NCFHE — Spejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raguni li l-ispejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) għolew b’mod eżorbitanti? Minħabba l-fatt li dawn l-ispejjeż għolew b’rata konsiderevoli, flimkien ma’ spejjeż oħrajn li daħlu f’dawn l-aħħar xhur, li mhumiex sostenibbli għal ħafna NGOs u intrapriżi żgħar li kienu qegħdin iwettqu korsijiet speċifiċi b’ammont limitat ta’ studenti, jista’ l-Ministru jispeċifika wkoll jekk saritx xi konsultazzjoni f’dan ir-rigward u jekk iva ma’ min? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk sarx eżerċizzju ta’ kemm dawn il-miżati se jimpattaw fuq studenti preżenti u oħrajn li jistgħu jkunu mħajra fil-futur u għaliex korsijiet li kienu ilhom akkreditati ġew mgħobbija bi spejjeż li mhumiex sostenibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-NCFHE bħalissa mhux tagħmel audits ta’ korsijiet individwali li huma approvati u akkreditati minnha u għaldaqstant m’hemmx ħlasijiet relatati ma’ audits ta’ korsijiet waħedhom. L-NCFHE tagħmel Provider External Quality Assurance (EQA) audits u għal dawn hemm struttura ta’ ħlas li kienet prevista f’artiklu 34(2)(h) ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 327.433.
Direttorati tal-Edukazzjoni — ammont dovut lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-persuni, entitajiet u kumpaniji u l-ammont dovut lilhom individwalment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016 huwa ta’ €70,091.15. Dan l-ammont dovut fil-fatt jikkonċerna invoices għal xogħol/servizzi li ngħataw matul din is-sena.
Dispost li ngħaddi l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija lill-Onor. Interpellant privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid, attwalment kemm hemm tfal li għal xi raġuni jew oħra qegħdin jgħixu fid-Djar għat-Tfal? Kemm hemm minnhom disponibbli għal fostering u kemm minnhom qegħdin jiġu fostered? Kemm hemm familji f’Malta li qegħdin jiffosterjaw tfal? X’inhi l-proċedura għall-familja li tkun tixtieq tiffosterja tifel jew tifla u kemm tieħu żmien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jinsabu taħt ordni ta’ ħarsien? Kemm minnhom huma disponibbli għal fostering u kemm minnhom effettivament qegħdin jiġu fostered? Kemm hemm tfal li ilhom iktar minn tliet snin taħt ordni ta’ ħarsien? X’għajnuna qed jirċievu dawn it-tfal biex ma jkomplux jagħqdu fl-istess ċirku ta’ problemi soċjali meta jikbru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ħal Qormi — Triq Ġorġ Borg - stallazzjoni ta' żewġ sleeping policemen
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġu stallati żewġ sleeping policemen fil-bidu u fit-tarf ta' Triq Ġorġ Borg f'Ħal Qormi, wara li żmien ilu kienet ġiet ippreżentata petizzjoni lill-Kunsill ta' Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandha l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal sleeping police fi Triq Ġorġ Borġ, Ħal-Qormi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Associations Grant fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta tnediet l-iskema, ma kien hemm l-ebda intrapriża li bbenefikat mill- Business Association Grant Scheme. Din l-iskema tnediet f’ Jannar tal-2016.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħdin fil-proċess li ningaġġaw il-''Project Managers'' għal dan il-proġett.
Ix-xogħolijiet huma maħsuba li jinbdew fil-bidu tas-sena 2017.
Jista' l-Ministru jgħid, min meta daħal id-divorzju f'pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin, sena b’sena, Malta u Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin f’Malta huma dawn:
Sena
Talba għal Divorzju milqugħa
2011 (Minn Ottubru sa Diċembru
42
2012
432
2013
349
2014
320
2015
354
2016 (sas-27 t'Ottubru)
278
Total
1775
Il-każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qorti Għawdex huma dawn:
Sena
Talba għal Divorzju milqugħa
Minn Ottubru sa Diċembru 2011
2
2012
18
2013
11
2014
7
2015
22
Sas-27 ta’Ottubru 2016
5
Total
65
Kunsill tas-Swieqi – każ ta’ proġett li qatt ma seħħ
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u dettalji dwar il-każ li l-Kunsill tas-Swieqi għandu mal-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar proġett li kellu jsir fi żmien il-leġiżlatura li għaddiet u li dan baqa' qatt ma seħħ? Kemm kien il-prezz inizjali mitlub għall-pjanti ta' dan il-proġett? X'kienu r-raġunijiet li l-Kunsill baqa' qatt ma ħallas lil dan il-perit? Kien hemm proċeduri legali fil-qorti dwar dan il-każ? Jekk iva x'kien l-eżitu tiegħu u x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi li l-prezz inizjali kien ta’ €23,037.50(LM 9,890.00), li pero’ kien ġie rivedut għal €15,606.79 (LM6,700.00). Intant infurmat mill-Kunsill li kien hemm proċeduri legali fil-qorti dwar dan il-każ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-eżitu tiegħu. Il-kont li l-Kunsill kien ordnat iħallas għadu pendenti peress li s-Sindku qed jagħmel dak kollu li hu possibli biex dan il-kont jitnaqqas.