Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – Mużew Industrijali — xogħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26536, jista’ l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ħa tibda x-xogħol fuq il-Mużew Industrijali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Mużew Industrijali beda peress li Heritage Malta tieħu kull opportunità possibbli sakemm jifilħu l-kapaċitajiet tagħha sabiex tiġbor apparat u makkinarju ieħor għal meta jkun hemm l-opportunità li tiġi żviluppata binja għal dan l-iskop.

Nies li żaru siti storiċi u mużewijiet ta’ Heritage Malta – flus iġġenerati

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24576, jista’ l-Ministru jgħid kemm Heritage Malta ġġenerat flus mill-bejgħ tal-ħwienet tagħha f'dawn l-okkażżjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bejgħ mill-ħwienet fiż-żewġ open days imsemmija, jiġifieri fil-31 ta’ Jannar u 28 ta’ Marzu kien jammonta għal €2,070 u €1,281 rispettivament.

Heritage Malta u l-Università ta’ Malta – memorandum of understanding

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24583, jista’ l-Ministru jgħid kif s’issa, il-fondi allokati għall-MUZA, il-Mużew t'Għawdex kif ukoll għall-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru ġew utilizzati? Jista' jgħid jekk kienx hemm direct orders abbinati ma’ dawn il-proġetti u jekk fl-affermattiv, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn ix-xogħlijiet, li tinkludi l-isem tal-Kuntratturi/Suppliers u l-ammont ta' fondi li ntefqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-fondi rigward il-Gozo Museum huma amministrati direttament mill-Ministeru ghal Ghawdex. Rigward il-progett tal-Palazz tal-Granmastru, kull ma ntefaq sa issa kien €4708 sabiex sar is-CBA tal-progett minn Allied Ltd. Dan sar wara sejha pubblika. Ghall-progett tal-MUZA intefqu l-ammonti ghal xoghlijiet kif spjegat hawn taht: Vote 5795 - Muzew Nazzjonali tal-Arti - MUZA Year Supplier Description Paid to date Notes DTR Architectural services € 201,960 contract awarded after a design contest Casapinta Design Group Ltd Exhibition Setup € 510 award based on 3-quotes Sarah Medlam Consultancy services € 2,009 appointed as a foreign expert on Jury for Design Contest Zaffarese Signs & Display Ltd Exhibition Panels (Auberge d'Italie) € 1,298 award based on 3-quotes Allied Consultants Ltd Cost Benefit Analysis € 4,708 awarded after the issuance of an RFQ Logix Creative Branding € 5,310 awarded after the issuance of an RFQ 2015 AX Holdings Restoration - Merchant Street Façade € 141,441 contract awarded after tender Logix Naqsam il-Muza (Match funded) € 1,180 awarded after the issuance of an RFQ - variation due to increase in scope as part of a V18 match-funder project TERRACORE Non-invasive testing € 2,393 award based on 3-quotes 2016 Daniel Bernard 3D Walkthrough € 1,660 award based on artistic merits

Mużew Marittimu fil-Birgu – xogħol ta’ restawr tal-faċċati u t-turretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tar-restawr tal-faċċati u t-turretti, u titjib estensiv fil-faċilitajiet tas-sala tal-Mużew Marittimu fil-Birgu? Jista' jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb li ttejjeb ir-Reception Area ta' dan il-Mużew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xoghol fuq il-faccata tal-genb u t-turretti ghaddej b’ritmu tajjeb u mistenni jispicca fl-ewwel nofs tas-sena d-diehla. It-titjib fis-sala wkoll ghaddej b’ritmu tajjeb u qed isiru preparamenti sabiex tigi sottomessa applikazzjoni lill-PA rigward ir-reception.

Heritage Malta – informazzjoni mill-environmental monitoring stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb li l-informazzjoni miġbura mill-Environmental Monitoring Station ta' ġewwa t-tempji tkunx available online? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Environmental Monitoring Stations jiġu stallati fit-Tempji ta' Skorba u ta' Ħaġrat kif ukoll f'Kordin III?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kull meta gew stallati environment monitoring stations dan gara bhala parti minn progett ikbar u ghal skop specifiku sabiex jigu infurmati decizjonijiet partikolari ghal dak is-sit. Fil-prezent ma hemm l-ebda htiega li jigu stallati stazzjonijiet simili fit-tempji msemmija, u l-anqas li dawn ikunu accessibbli online.
Leg 12 PQ #28248 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27929, u jinforma lill-Kamra dwar il-pagi, allowances u bonuses mogħtija lit-top management tal-Enemalta, li jinkludu fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 16627. Kif kient prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, tagħrif bħal dak mitlub huwa ta’ natura kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiv.

Trasport pubbliku – Terminus tal-Belt Valletta – bus shelter għar-rotta 62

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi installat bus shelter fit-terminus tal-Belt minn fejn jinġabru l-passiġġieri għar-rotta 62 għas-Siġġiewi għaliex jidher li hija waħda mill-ftit fejn il-passiġġieri m’għandhomx fejn jistkennu fil-maltemp?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta. Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot tas-Siġġiewi.

BRO – kors ta’ taħriġ għall-periti u l-inġiniera

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra meta l-Building Regulation Office (BRO) ser terġa’ tiftaħ kors ta’ taħriġ għall-periti u inġiniera sabiex ikunu speċjalizzati u awtorizzati li jipproduċu l-energy performance certificate (EPC)?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

Dentisti – Spazju għall-parkeġġ quddiem l-uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dentist jistax ikun intitolat għal spazju għall-parkeġġ quddiem l-uffiċċju tiegħu skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta, kif huma intitolati t-tobba?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dentisti mhumiex intitolati għal parkeġġ riservat quddiem l-uffiċju tagħhom skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta.

Pulizija – Każijiet ta’ sparaturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-każijiet ta’ sparaturi li seħħew fl-aħħar għaxar snin? Meta seħħew? Kemm minnhom ħallew vittmi fatali? Kemm minnhom ħallew persuni midruba? Kemm minnhom la ħallew vittmi u lanqas midruba? Liema minn dawn ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Pulizija — Każijiet ta’ tqegħid ta’ bombi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ każijiet li kienu jinvolvu tqegħid ta’ bombi ma’ karozzi jew ma’ proprjetà privata fl-aħħar għaxar snin? Meta seħħew? Kemm minnhom ħallew vittmi fatali? Kemm minnhom ħallew persuni midruba u kemm minnhom la ħallew vittmi u lanqas midruba? Liema minn dawn ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

NGOs li ħadu kuntratti pubbliċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li ħadu kuntratti pubbliċi? Liema huma dawn l-għaqdiet? X’inhu t-tip ta’ xogħol li qed jagħmlu?

Response (DALLI, HELENA)

Peress li NGOs m’għandhomx obbligu li jinformaw lil dan il-Ministeru dwar kuntratti pubbliċi li jidħlu għalihom ma’ Ministeri, Dipartiment jew entitajiet pubbliċi oħra, m’inix f’posizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.

Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija — Każ ta' individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28156, ġaladarba l-applikant diġà għamel dan kollu, u ġie mgħarraf li l-applikazzjoni lesta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija tkun ‘lesta’ fil-mument illi din tiġi aċċettata mill-uffiċjali tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta u l-applikant iħallas l-ammont dovut għall-ipproċessar tagħha. Jidher għalhekk li filfatt l-applikazzjoni in kwistjoni hija ‘lesta’. Kull applikazzjoni sottomessa imbagħad teżiġi pproċessar rigoruż u billi kull każ huwa differenti, it-terminu tal-ipproċessar ma jistax jiġi kkwantifikat.
Leg 12 PQ #28256 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li ġew Impjegati fis-servizz pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li, sena b’sena, ġew impjegati fis-servizz pubbliku minn barra mill-2013 sal-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #28257 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power fibre link

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif u min qiegħed juża l-power fibre link li jifforma parti mill-interconnector cable u li kien suġġett għal expression of interest aktar minn sena ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-power fibre link imsemmi qed jintuża mill-istess kumpanija bħala parti mis-sistema ta’ protezzjoni, kontroll superviżjonali u akkwist tad-data (SCADA).
Leg 12 PQ #28258 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – Triq l-Arċisqof – permessi biex stabbilimenti joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ permessi li ngħataw biex stabbilimenti li jinsabu fi Triq l-Arċisqof, Valletta, joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq u għal kull każ jgħid meta ngħata l-permess u għal xiex ingħata (jiġifieri kemm spazju f’metri kwadri jew in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 12 PQ #28259 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Projects Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Projects Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Projects Malta li l-proċess ta’ awditjar tal-financial statements għadu għaddej.
Leg 12 PQ #28260 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta plc – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Enemalta plc?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #28261 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trade Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub f’mistoqsija parlamentari 23974 u ċjoè l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Trade Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mistoqsija parlamentari 23974 kienet tirreferi speċifikament għall-financial statements ta’ Projects Malta. Dwar il- financial statements ta’ Trade Malta Ltd, ninsab infurmat li l-proċess ta’ awditjar għadu għaddej.

Pensjoni — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u wkoll nfurmata b’ittra dwar ir-reviżjoni fir-rata tal-pensjoni tagħha.