Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed tingħata separatament minħabba li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li qed isir kuntatt kontinwu mal-persuna msemmija sabiex il-problema tiġi solvuta.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar, sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn ġiet infurmata x’għandha tagħmel f’tali ċirkustanzi. Peress li l-problema tas-Sinjura ma titrattax dwar tiswijiet, l-inkwilina ġiet mgħarrfa li tali għajnuna trid tinkiseb mid-Dipartiment responsabbli mill-affarijiet tas-sanita.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ il-Family Resource Centre f’Wied il-Għajn? Min se tkun il-persuna responsabbli ta’ dan iċ-Ċentru u x’ħinijiet se jkun miftuħ dan il-post? X’se jkun jikkonsisti x-xogħol mogħti mill-impjegati tal-LEAP li jkunu hemm kuljum matul il-ġimgħa? X’tip ta’ servizzi oħra qed jiġu organizzati f’dan iċ-Ċentru matul is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, iċ-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn huwa ppjanat li jinfetaħ għal ħabta ta’ nofs Diċembru. Responsabbli mit-tmexxija ta’ dan iċ-ċentru se tkun ir-Region Development Agent tan-naħa tax-Xlokk ta’ Malta. Il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ dan iċ-Ċentru mhux ser ivarja minn dak ta’ Ċentri oħra tal-LEAP, jiġifieri mit-8:00am sal-4:30pm.
Is-servizzi li ser ikunu offruti minn ġewwa ċ-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn jikkonsistu f’mentoring mal-familji vulnerabbli, fejn is-social mentors jagħmlu profiling ta’ dawn il-familji biex ikun determinat x’tip ta’ għajnuna u x’servizzi għandhom b¿onn il-familji li jiffrekwentaw dawn iċ-Ċentri.
Quality Service Charters — Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 38005 tal-11-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-emails tal-professjonisti kollha li huma nkarigati mis-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 28194.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – Servizz ta’ Home-Start
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home-Start fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura speċjalment lil dawk il-ġenituri li qed irabbu tfal waħedhom? X’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri li jixtiequ japplikaw għal dan is-servizz tant importanti għalihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2016 kien hemm 3 familji mill-Fgura u familja miż-Żejtun li ngħataw l-għajnuna minn Home-Start Malta.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dawk il-ġenituri li għaddejin minn diffikultajiet fit-trobbija ta’ uliedhom, u li għandhom wild ta’ inqas minn ħames snin, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Home-Start Malta billi jikkuntatjaw lil organizzatruri tagħna fuq 99018398 jew billi jibagħtu email fuq maltahomestart@gmail.com jew jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ fuq 22959000.
Aġenziji u taqsimiet fil-qasam soċjali – lista dettaljata
Question
Jista’ l-Ministru jelenka lista dettaljata bl-indirizzi, eċċ. tal-aġenziji u t-taqsimiet kollha li hemm fil-qasam soċjali u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huwa responsabbli ta’ dawn l-aġenziji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dettaljata tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jara li jsir il-ħlas mill-MEPA lill-ħaddiema tal-gvern li għadhom ma tħallsux għax-xogħol li għamlu marbut ma' xogħol ta' tindif fi scrapyard illegali f'Birżebbuġa lejn nofs din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-pagamenti relattivi qed jiġu pproċessati min-naħa tal-Awtorità u ser jinħarġu fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fil-bini magħruf bħala Camarata fil-Belt Valletta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi tiswijiet fil-bini tal-Camarata l-Belt skont rapporti ta’ ħsarat li rċeviet mill-inkwilini. Fil-preżent hemm tliet talbiet pendenti għal tiswijiet f’din il-binja fejn, wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità, l-inkwilini ġew infurmati li t-tiswijiet ġew approvati.
Fil-każ ta’ tiswijiet li jirrigwardaw ħsarat ta’ madum u drenaġġ, diġa’ saru l-istimi meħtieġa u qegħdin fil-proċess li jiġu ngaġġati kuntratturi biex iwettqu x-xogħlijiet. Dwar tiswijiet li jikkonċernaw ġebel li ddeterjora biż-żmien fuq faċċati interni, għalkemm bdew jiġu ppreparati l-istimi, ix-xogħol meħtieġ huwa wieħed estensiv u jirrikjedi permessi u proċeduri ta’ tendering. Madanakollu, huwa ppjanat li, dawn it-tiswijiet ikunu jistgħu isiru fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 28103 u 28104, ġaladarba dawn l-applikanti diġà għamlu kif mitlub fir-risposta, jista’ l-Ministru jara x’inhu jikkawża dan id-dewmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar dewmien, irid ikun hemm terminu speċifiku pre-determinat. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija, kull applikazzjoni sottomessa teżiġi pproċessar rigoruż u billi kull każ huwa differenti, it-terminu tal-ipproċessar ma jistax jiġi kkwantifikat.
Powerstations u Interconnector — kapaċità produttiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kapaċità produttiva ta':
a. l-
powerstation
tal-BWSC;
b. l-powerstation ta' Delimara; u
c. l-interconnector?
X'kienet l-peak load tal-elettriku matul din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li sabiex tipprovdi l-elettriku meħtieġ mill-klijenti tagħha f’Malta u Għawdex, Enemalta plc bħalissa topera dawn l-impjanti, b’dawn in-nominal capacities (li jeskludu d-derating u l-konsum mill-impjant stess - transmission losses u capacity used in station):
Plant
Year
Fuel
Nominal Capacity
(MW)
Delimara 1
1992
HFO
120
Delimara 2B
1999
Gasoil
110
Delimara 3
2012
HFO/Gasoil/NG
149
Interconnector
2015
Electricity
200
Delimara 2A
1994
Gasoil open cycle
70
(Emergency Backup)
L-ogħla peak electricity grid load assoluta tal-pajjiż kienet ta’ 438 MW. Il-Marsa Power Station kellha bilfors tinżamm fuq stand by biex Malta ikollha biżżejjed security of supply. Intant bl-impjant il-ġdid ta’ Delimara inkunu nistgħu nagħlqu l-Marsa darba għal dejjem u nagħlqu wkoll Delimara 1. Wara li dan iseħħ, Delimara 2 tibda tintuża għas-security of supply.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pensjoni tad-diżabilità ta’ persuni li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, se tkun qed tilħaq l-ammont nett li persuna ddaħħal mill-paga minima tagħha u dan peress li fid-Diskors tal-Baġit 2017, il-Ministru tal-Finanzi qal li dan il-benefiċċju se jiżdied eventwalment u gradwalment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali żieda ser tkun qiegħda tingħata b’mod gradwali fuq tlett snin. Dan sabiex il-pensjoni tad-diżabilità ta’ persuni li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, minħabba l-grad ogħli ħafna ta’ dipendenza tagħhom b’riżultat tad-diżabilita’ kbira tagħhom, sal-2019 tkun l-istess daqs l-ammont nett li mpjegat idaħħal mill-paga minima nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-diżabilitajiet li sal-lum mhumiex koperti bil-liġi u li skont il-Baġit 2017 issa se jiġu nklużi biex dawn il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jibdew jieħdu l-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont ir-riforma mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017, fejn inħolqu tlett livelli ta’ assistenza, inizjalment l-amputazzjoni jew in-nuqqas ta’ funzjonalita’ kompleta ta’ driegħ jew riġel wieħed se tiddaħħal fil-liġi, sabiex tali persuni jibda jikkwalifikaw għat-tielet livell tal-Assistenza għal Diżabilità, kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Gvern. Gradwalment huwa ppjanat li jiddaħħlu diżabilitajiet oħrajn.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li jikkonsisti fi tkomplija ta’ railings, traffic lights kif ukoll bus shelters fost l-oħrajn li kellu jsir xhur ilu fiż-żona tas-Salini jitlesta biex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-railings ġew ordnati filwaqt li Transport Malta qiegħda f’komunikazzjoni mal-kuntrattur fir-rigward tat-traffic lights.
Għal dak li jirrigwarda bus shelters, ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha kif ħarġet Request for Proposals li titlob għal twaħħil ta’ bus shelters ġodda f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex, inkluż dawk li jinstabu ġewwa Triq il-Kosta.
Jista' l-Ministru jindika għal liema raġuni d-dawl (festun) li jinsab mal-promenade tal-Għadira beda jitneħħa, liema dawl ilu fuq l-istess promenade għal dawn l-aħħar tmien snin sajf u xitwa? Dan anke għall-fatt li tul l-istess promenade hemm ukoll tliet lukandi li jibqgħu joperaw tul is-sena kollha.
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi festun inbidel u sar kollu kemm hu mill-ġdid. Dan ġie mħallas mill-MTA u mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi. It-talba biex dan il-festun jinqala’ fix-xhur tax-Xitwa saret mill-MTA kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u dan biex ma ssirlux ħsara mill-elementi.
Jista' l-Ministru jindika x'użu qed jagħmel il-Kunsill Lokali Mellieħa minn binja li ngħatat lilu mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2012 u li din l-istess binja tagħmel parti mill-binjiet li hemm fil-Park tal-Majjistral?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-Kunsill attwali naddaf il-binja in kwistjoni, għamlilha l-aperturi li kienu misruqa jew vandalizzati, u issa qed jużaha bħala maħżen.
Selmun/Imġiebaħ – xogħlijiet fuq żona indikata bħala Żona Natura 2000
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi li hemm approvati (minn April 2013 sa Settembru 2016) u oħrajn pendenti dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni li qed siru fiż-żona ta' Selmun/Imġiebaħ fil-parti li hija indikata bħala Żona Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità dwar l-Ambjent (ERA) tiġi biss ikkonsultata fil-proċess ta’ applikazzjonijiet ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li għaddejjin fuq inizjattivi personali bħalissa fiż-żona Selmun/Mġiebaħ humiex kollha konformi mal-permessi approvati u li fuq l-istess siti mhu jsir l-ebda sfreġju ambjentali f'żona daqshekk sensittiva magħrufa aħjar bħala Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika kemm saru spezzjonijiet fl-aħħar 12-il xahar fiż-żona Ta' Selmun u Mġiebaħ, dan sabiex ikun aċċertat li mhux isir l-ebda sfreġju ambjentali jew żvilupp li mhux skont il-permessi approvati f'din iż-żona li parti kbira minnha hija waħda protetta u li hija indikata bħala waħda mis-siti Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-4 t’April tal-2016 (minn meta bdiet topera l-Awtorità għall-Ambjent u r-Rizorsi, l-ERA) sat-2 ta’ Novembru l-ERA spezzjonat iż-żona ta' Selmun u Mġiebaħ darbtejn bħala parti minn spezzjonijiet ta’ moniteraġġ li jsiru fuq siti ta’ Natura 2000 u għal raġunijiet oħrajn ta’ compliance ambjentali.
Il-parti tal-mistoqsija fuq żvilupp li mhux skont il-permessi approvati għandha tiġi referuta lill-Ministeru ikkonċernat.
Heritage Malta u l-Università ta’ Malta – memorandum of understanding
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24583, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan il-Memorandum of Understanding iffirmat bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta jeskludi oqsma importanti bħal riċerka fuq l-udjenza (viżitaturi), riċerka fuq l-interpretazzjoni tal-kollezzjoni nazzjonali, riċerka fuq Community Curatorship, kif ukoll materji ta' importanza oħra fosthom ir-riżorsi umani marbuta mas-settur tal-wirt kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma huwiex eskluż li iktar ’il quddiem jistgħu jinfetħu diskussjonijiet fuq is-suġġetti msemmija kif ukoll oħrajn.