Jista' l-Ministra jagħti struzzjonijiet sabiex b'mod immedjat isir tindif meħtieġ li jinkludi wkoll qtugħ ta' ħaxix selvaġġ fiż-żewġ Ċimiterji li hemm fil-lokalità tal-Mellieħa, Sultana tal-Vittorji u Omm il-Ħniena peress lit-telqa f'dawn iż-żewġ ċimiterji hija waħda viżibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar li saret manutenzjoni fiċ-ċimiterju msemmi minnu kien propju ftit tal-ġranet ilu, f’Marzu ta’ din is-sena.
Il-Mellieħa – Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – manutenzjoni fuq kamra
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-manutenzjonijiet meħtieġa f'kamra (mhux il-Kappella) li tinsab fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa, liema kamra għandha ħsarat infrastrutturali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed jaħdem fuq rapport tekniku dwar xogħlijiet li għandha bżonn din il-kamra msemmija minnu.
Lukanda Selmun Palace – diskussjonijiet dwar il-bejgħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' dik li sa ftit ta’ snin ilu kienet il-Lukanda Selmun Palace?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi żmien qasir ser jinħareġ proċess kompetittiv dwar Selmun. L-użu ser ikun wieħed turistiku, jiġifieri li jinkludi niċeċ ta’ akkomodazzjoni ġodda u dan f’konformita’ ma policy speċifika li ġiet adottatta mill-MEPA għal dan is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern dwar il-binja li sa ftit snin ilu kienet il-Lukanda Selmun Palace, jekk hux se tibqa' fuq l-istess linji li kienet qabel (bħala lukanda) inkella hux se jikkunsidra li jibdel l-użu ta' din il-binja? Jekk il-Gvern qed jikkunsidra li jibdel il-funzjoni tal-użu, jista' allura jgħid x'inhuma l-possibiltajiet li qed jikkunsidra l-Gvern?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 32618, datata 3 ta’ April 2017.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22660 li ngħatat f'Jannar 2016 b'rabta ma' xogħol ta' restawr fuq il-Palazz ta' Selmun, jista' l-Ministru jghid min kien il-perit / espert li tqabbad sabiex jevalwa s-sitwazzjoni ta' dan is-sit storiku u fl-istess waqt jistax il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar aċċenn għalih fil-Parlament, preċiżament fil-15 ta' Lulju 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-aħħar rapport illi sar fejn ġiet evalwata is-sitwazzjoni tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun huwa datat 28 ta’ Jannar 2016. Dan ir-rapport huwa aġġornament fuq dak illi qed jirreferi għalih l-Interpellant.
Dan ir-rapport ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li qed jiġu esplorati alternattivi għall-futur tal-Palazz ta’ Selmun u għaldaqstant informazzjoni f’dan l-istadju hija kummerċjalment sensittiva. Inserraħ ras l-Interpellant illi l-perit li tqabbad mill-kumpanija Air Malta sabiex jagħmel l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-Palazz huwa wieħed professjonali u li ilu jiġi mqabbad sa minn amministrazzjoni preċedenti, u li għamel spezzjoni dettaljata ferm tal-bini internament u esterjorment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32229 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – Triq Dun Anton Vella – passi kontra min jarmi ħmieġ fejn l-iskips
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27961 datata 26 ta’ Ottubru 2016, fejn kont ġejt infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ma kellu l-ebda każ li fih kien hemm bżonn jittieħdu passi kontra xi persuni rigward rimi ta' skart, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minħabba li kif jixhdu r-ritratti li kopja tagħhom qed jingħataw separatament għadu jintrema kull tip ta' skart anke fuq il-bankini madwar l-iskips b'detriment u nkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar, anke minħabba l-fatt li issa żdiedet ukoll skip oħra għall-ħwejjeġ użati u li minħabba f'hekk se jagħti lok għal iktar abbuż?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32018 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irraportati fis-sena 2014, 2015, u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew solvuti sal-punt li tressaq xi ħadd il-Qorti akkużat b'tali serq?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Għasses tal-Pulizija — rapporti dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal tal-logħob tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32104 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti dwar ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, fil-perjodu bejn l-2008 u l-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti huwa kif ġej;
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2104
2015
2016
Qormi Police Station
2
1
1
nil
2
2
1
nil
nil
Paola Police Station
1
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
Zejtun Police Station
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
1
Victoria Gozo Police Station
nil
nil
nil
nil
nil
nil
nil
3
nil
Total:
3
1
1
nil
2
2
1
3
1
Pulizija — tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor tal-logħob tan-nar f'postijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32103 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfittxijiet ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, f'postijiet privati li saru mill-pulizija sena b'sena mill-2008 sal-2016? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tfittxijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-imsemmi perjodu l-Pulizija għamlet għoxrin (20) tfittxija, tmienja (8) minn dawn it-tfittxijiet irriżultaw fil-posittiv. Dettalji kollha huma kif ġej;
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2104
2015
2016
Numru ta tfitxxijiet
6
1
4
nil
2
2
3
nil
2
Irrziultaw fil pozittiv
3
nil
2
nil
nil
nil
2
nil
1
Logħob tan-nar — ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor - rapporti lill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32101 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, mill-2008 sal-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm erbatax (14) -il rapport lill-pulizija hekk kif ġej;
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2104
2015
2016
3
1
1
Nil
2
2
1
3
1
logħob tan-nar — ħażna ta' splussiv u materjal ieħor - persuni li tressqu l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32102 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar sena b'sena mill-2008 sal-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti huwa kif ġej;
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2104
2015
2016
17
1
nil
nil
3
1
1
3
2
Servizzi Pubbliku — proċess ta' għażla kompettitiv għad-dħul fi grad ta' uffiċjal prinċipali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32368 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32023 u ċjoè “B'referenza għall-aħħar sejħa dwar proċess ta' għażla għad-dħul fil-grad ta' Uffiċjal Prinipali fis-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li kienu ġew inkarigati żewġ bordijiet għat-tieni parit tal-eżami u, jekk fl-affermattiv, jgħid kemm kandidati resqu u kemm għaddew minn kull bord" , peress li fit-tweġiba ġejt mitlub nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30925 u peress din it-tweġiba hi dwar suġġett differenti jista' l-Prim Ministru jagħti risposta hekk kif kien mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għat-tieni parti tal-ezami għad-dħul ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ġew inkarigati ¿ewġ bordijiet li hadmu xorta bħala bord wieħed tant li ħareġ rizultat wieħed b’ordni ta’ mertu wieħed.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija parlamentari 30925.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32367 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, fejn kien ġie mitlub li tingħata r-raġuni li fl-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku, minkejja li kien hemm diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma ġietx applikata l-proċedura normali li ma jsirux ħatriet qabel ma tingħata risposta finali għall-petizzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-passat kienx hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta final għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li r- regolament 26(2) tar-Regolamenti tal-2015 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar Ħatriet liema estrat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni biex jew tippermetti li vakanza timtela minkejja s-subregolament (1) jekk huwa neċessarju fl-interess pubbliku li timtela l-vakanza mingħajr dewmien; jew jista jiġi provdut rimedju, f’każ li l-Kummissjoni tilqa’ l-petizzjoni magħmula mill-applikant, fi żmien raġonevoli minkejja li l-vakanza tkun imtliet.
F’dan il-każ, fit-12 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni kkunsidrat favorevolment it-talba li kellha quddiemha sabiex jimtlew vakanzi fil-post ta’ Prinċipal fis-Servizz Pubbliku, qabel ma jiskadi l-perjodu li fih setgħu isiru petizzjonijiet mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni dehrilha li kien fl-interess pubbliku li jsiru l-ħatriet, aktar u aktar meta dawk appuntati kellhom jattendu għall-perjodu ta’ taħriġ.
Huwa kkonfermat li fil-passat kien hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta finali għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, li kienet dwar is-sejħa għall-post ta' Uffiċjal Prinċipali mas-Servizz Pubbliku fejn minkejja li wara li ġie ppubblikat ir-riżultat kienu saru diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u minkejja li d-deċiżjoni finali għalihom kienet għadha ma ngħatatx numru ta' applikanti kienu ġew appuntati fil-grad ta' Uffiċjal Prinċipali, u fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija ma ngħatatx risposta, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm individwi li, wara li ħareġ ir-riżultat tal-interview, dawn talbu biex jingħataw break down tar-riżultat u din it-talba ġiet milqugħa? Jekk fl-affermattiv jista' jispjega kif filwaqt li f'dan il-każ setgħet tingħata l-informazzjoni mitluba fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 32022 qed jingħad li "Il-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku hija korp kostituzzjonali awtonomu li jirregola l-proċeduri tiegħu"?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm applikanti li talbu breakdown tar-rizultat tagħhom u ingħatalhom skont paragrafu 5.1 tal-Manwal relatat mad-Direttiva Nru 9 tas-Segretarju Permanenti Ewlieni tat-18 ta’ Settembru 2015, liema estrat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-mistoqsija 32022 tal-Onorevoli Interpellant kienet fuq suġġett differenti.