Jista' l-Ministru jgħid meta ġie inawgurat iċ-Ċentru Ċiviku l-ġdid tal-Kunsill tas-Swieqi fi Triq G Bessiera? Jista’ jgħid ukoll meta beda l-bini tiegħu u x'tiswijiet strutturali saru minn Marzu 2013 sal-lum? Kemm jikkwantifikaw dawn it-tiswijiet? Jista' jikkonferma jekk hemmx xi ħsarat strutturali oħrajn li hemm bżonn isiru jew hu antiċipat li se jkollhom isiru fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin abbażi ta' ħsarat li jidhru viżibilment ovvji bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi li ċ-Ċentru Ċiviku kien inawgurat fil-25 ta’ Frar 2013. Ix-xogħol fuq il-bini li sar mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura beda f’Awwissu 2012. Il-Kunsill ħallas biex dan il-bini jkollu provista tad-dawl u ilma fuq bażi permanenti, bl-ispiza totali tammonta għal €2,403.40, u ma jibqax fuq bażi temporanja. Fil-preżent dan il-bini għandu problema ta’ umdita’ u ilma li qed jippenetra u jikkawża ħsarat fis-soqfa tas-sala ta’ dan l-istess bini.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru fit-toroq fiż-żona ta' Ta’ Ġiorni mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan bejn is-sena 2008 u 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li x-xogħol ta’ manutenzjoni li sar fit-toroq fiż-żona ta’ Ta’ Giorni kien jinkludi patching, tindif ta’ culverts, qtugħ ta’ ħaxix, manutenzjoni ta’ bankini, manutenzjoni ta’ ċnut, ħitan u bankijiet li ta’ sikwit ikunu vandalizzati, kurduni, tindif ġenerali, manutenzjoni fuq il-ġibjun f’ Ta’ Giorni, żebgħa u sinjali tat-traffiku, ismijiet tat-toroq, manutenzjoni u twaħħil ta’ bus shelter, titjieb fiż-żoni esterni fil-housing estates u anke manutenzjoni fil-binjiet tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu d-dejn li għad irid jitħallas mill-Kunsilli Lokali għal skemi tal-PPP li ħarġu fuq it-toroq mill-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Skont l-informazzjoni li nġabret mingħand il-Kunsilli Lokali fix-xahar t’Awwissu 2016, dan id-dejn jammonta għal €4,788,543.
Fir-rapport tal-Uffiċċju tal-Verifika dwar l-iskemi speċjali, l-Awditur ikkonkluda li ma kellux aċċess għal dokumenti sabiex ikun jista' jagħmel verifika fost l-oħrajn dwar il-membri tal-kumitati tal-aġġudikazzjoni, kif inbidlu l-kriterji tal-għażla u l-aġġudikazzjoni u anke dwar kif varjaw l-għotjiet lil ċertu Kunsilli Lokali. Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni fejn suppost kellhom jinżammu dawn id-dokumenti u min kien responsabbli minnhom hux id-Dipartiment jew is-Segretarjat innifsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta aċċess sħiħ lill-Uffiċjali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur waqt li kienu qed jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom u kien dejjem disponibbli u ta lilhom l-informazzjoni kollha li kellu b’mod immedjat u f’kull forma possibbli kemm jekk format printjat kif ukoll elettroniku. Saħansitra, id-Dipartiment ta lilhom ukoll kull ‘working document’ intern relatat li kien miżmum fid-Dipartiment, flimkien ma’ kull ittra ta’ ħatra għal bordijiet tal-għażla, minuti u kull dokument ieħor li nstab fil-files relatati tal-iskemi li ħarġu bejn l-2008 u l-2013. Peress li sar ċaqliq tas-Segretarjat responsabbli mill-Gvern Lokali diversi drabi minn meta nħarġu l-imsemmija skemi, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali seta’ biss jipproduċi l-files li kellu fil-pussess tiegħu. Jekk kien hemm xi dokumentazzjoni oħra miżmuma mis-Segretarjat Parlamentari ta’ dak iż-żmien, il-files jew dokumentazzjoni relatati ma kinux disponibbli għaliex ma nstabux.
Kunsilli Lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx baqa’ Kunsilli Lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv u baqgħu jinqdew bis-servizz ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv? F’dan il-każ liema huma dawn il-Kunsilli?
Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – Kunsilli Lokali – applikazzjoni għal proġetti mħallsa mill-fondi tal-UE
Question
Wara l-aħħar sejħa mis-Segretarjat Parlamentari Għall-Gvern Lokali fejn stieden lill-Kunsilli Lokali jissottomettu applikazzjonijiet għall-proġetti mħallsa mill-fondi tal-UE, jista’ l-Ministru jgħidilna kemm kienu l-kunsilli li wrew l-interess tagħhom u minn liema proġetti bbenefikaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-aħħar sejħa għal proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li kienet indirizzata għall-Kunsilli Lokali, inħarrġet mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programmi European Regional Development Fund (ERDF) u tal-European Social Fund (ESF) f’format ta’ Pre-Announcement calls. Tali sejħiet kienu jittrattaw il-prioritajiet segwenti:
Priority Axis 4 – ‘Shifting towards a low-carbon economy’ Investment Priority (IP) 4a -
Promoting the production and distribution of energy derived from renewable sources.
Priority Axis 5 – ‘Protecting our environment – investing in natural and cultural assets’ Investment Priority (IP) 6c - Conserving, protecting, promoting and developing natural and cultural heritage.
Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, permezz ta’ komunikat li nħareġ fil-25 t’April 2016, informa lill-Kunsilli Lokali kollha b’tali sejħiet u ħeġġiġhom sabiex jibdew iħejju l-ħidma preparatorja neċessarja għas-sottomissjoni eventwali ta’ proġett/i.
Mill-informazzjoni li għandu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali kienu tletin (30) dawk il-Kunsilli li wrew l-interess tagħhom għal tali sejħiet.
F’dan l-istadju, mhux possibbli li ninforma lill-Onorevoli Interpellant kemm minn dawn il-Kunsilli bbenefikaw minn dawn il-fondi minħabba l-fatt li tali sejħiet għadhom miftuħa.
X’parametri ġodda saljenti kellha d-DC15, u x’effett kellhom fuq l-iżvilupp?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellat li:
It-tneddija tad-dokument ‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015, DC 15’ kien pass kuraġġjuż 'il quddiem biex l-iżvillup propost ikun wieħed ta kwalità u ssir enfasi akbar fuq id-disinn. Id-dokument huwa wieħed posittiv fejn il-kriterji kwalitativi qed jingħataw l-istess interpelanza fl-‘assessment’ tal-applikazzjonijiet daqs kriterji kwantitativi.
L-akbar differenza li kellu d-dokument fuq l-ipproċessar ta l-applikazzjonijiet għall-iżvillup huwa l-importanza li issa qed tingħata lil kuntest. B’dan id-dokument wiehed jirikonoxxi li għalkemm ngħixu ġo pajjiż żgħir hemm kuntesti u ambjenti differenti li jagħmlu kull lokalità unika. Dan inħass wara li kien rikonoxxut il-prinċipju ewlieni tal-kuntestwalità u li l-policy antikwata tal-‘one size fits all’ mhux is-soluzzjoni tajba.
Dan iffiser li issa kull applikazzjoni li tirċievi l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tiġi eżzaminata waħedha iżda fil-kuntest immedjat jiġifieri it-triq. It-triq għalhekk hija meqjusa bħala spazju importanti soċjali u importanti sabiex l-ambjent urban jkun wieħed dinamiku.
Element ieħor li kellu effet posittiv huwa li għal kuntrarju għal policies ta ‘qabel, id-dokument DC 15 issa għandu tlett tipi ta’provissjonijiet; Policy/Regulation(P), Good-practice guidance(G) u Technical Standards(S).Għalkemm il-policies iridu jingħataw l-aktar saħħa wieħed irid ukoll iqis li jħaddan il-prinċipju izda fl-istess waqt jissuġerixxi soluzzjonijiet alternattivi.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed tieħu l-Awtorità dwar il-Mediċini fuq l-aċċess tal-mediċini fil-kuntest tal-Brexit?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Awtorità dwar il-Mediċini ġie mwaqqaf il-Medicines Intelligence and Access Unit. Dan il-Unit huwa nfurmat mas-sitwazzjoni u qed jassigura l-aċċessibilità tal-mediċini kemm mir-Renju Unit stess kif ukoll minn pajjiżi oħra fl-Ewropa.
L-Awtorità dwar il-Medicini qegħdha f’kuntatt kemm mal-Awtorità tal-Mediċini fir-Renju Unit, kif ukoll mall-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini biex tassigura li l-Brexit ma taffettwa bl-ebda mod l-aċċess għall-mediċini. Peress li Malta tuża s-sistema tal-Artikolu 126(a) tad-Direttiva 2001/83/KE u b’hekk toqgħod fuq ir-reġistrazzjoni tal-mediċini f’pajjiżi oħra Ewropej, inkluż mir-Renju Unit, qed jittieħdu miżuri proattivi biex jiġi assigurat li f’Malta ma jkunx hawn nuqqas ta’ mediċini. Tajjeb wieħed jsemmi li xi ftit taż-żmien ilu kien hawn f’Malta il-Kap tal-Aġenzija tal-Mediċini tar-Renju Unit, Dr Ian Hudson, fejn ġie diskuss il-koperazzjoni bejn Malta u Renju Unit dwar il-kwalità, s-sigurtà u l-effikaċja tal mediċini u l-aċċessibiltà għall-mediċini.
Awtorità dwar il-Mediċini – trasferiment tal-uffiċċji għal-Life Science Park
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’effett kellu t-trasferiment tal-uffiċċji tal-Awtorità dwar il-Mediċini għal-Life Sciences Park?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-trasferiment tal-uffiċċji tal-Awtorità dwar il-Mediċini għal-Life Sciences Park jagħti mhux biss post prestiġjuż għall-Awtorità u faċilitajiet aħjar iżda qed jwassal ukoll għal iffrankar ta' madwar kwart ta' miljun Ewro fuq il-kera u kontijiet fuq perjodu ta’ tliet snin.
Peress li qed jingħad li l-EMA ħa jkollha tiċċaqlaq mill-uffiċċji tagħha f’Londra, tista’ l-Ministru tgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità dwar il-Mediċini f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini qed tmexxi offerta sabiex tattira l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tiġi relokata f’Malta. Fid-dawl li hemm kompetizzjoni minn numru ta’ pajjiżi biex jiksbu din l-aġenzija, Malta qed tagħmel każ billi tesponi l-vantaġġi li jgawdi l-pajjiż, foshthom ir-reputazzjoni li għandha l-Awtorità tal-Mediċini Maltija fl-Ewropa inkluż il-kapaċitajiet kemm dawk akkademiċi kif ukoll prattiċi li jgawdu l-personnel tal-Awtorità.
Awtorità dwar il-Mediċini – Levonelle u ellaOne — impjantazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema fatti l-Awtorità dwar il-Mediċini rrakkomandat li l-Levonelle u l-ellaOne ma twaqqafx l-impjantazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini tat din ir-rakkomandazzjoni abbażi tal-informazzjoni kurrenti li tinsab fid-dokumenti xjentifiċi u uffiċjali ta’ dawn il-mediċini fosthom is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott.
Tista’ l-Ministru tgħid sarux kampanji ta’ spezzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) matul l-2015 u tul l-ewwel sitt xhur tal-2016? Jekk saru, liema setturi kienu spezzjonati u x’kien l-eżitu f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmta li matul l-2015, nediet numru ta’ kampanji ta’ nformazzjoni u ta’ spezzjoni fl-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta, f’uffiċċji ta’ kumpaniji tal-gaming u tal-assikurazzjoni, fl-industrija farmaċewtika u f’ ċentri ta’ childcare. Saret ukoll kampanja f’Għawdex li tirrigwarda l-istallazzjoni ta’ tower cranes. Peress li l-OHSA tipprova tispezzjona lill-operaturi kollha fis-settur partikolari, uħud minn dawn il-kampanji ġew finaliżżati matul l-2016.
Matul l-ewwel sitt xhur tal-2016, l-OHSA nediet kampanji ġodda f’ristoranti, stamperiji, barrieri, uffiċċji ta’ kunsilli lokali f’Għawdex, f’
workshops
tal-inġinerija, u fis-settur tal-kostruzzjoni.
L-ewwel ħaġa li tagħmel l-OHSA qabel tniedi kampanja huwa li tinforma lill-operaturi kollha fis-settur bl-iskop tal-kampanja li tkun ser issir u dawk l-oqsma li jkunu ser jingħataw prijorità waqt l-ispezzjoni. Waqt l-ispezzjoni, l-Uffiċċjali tal-OHSA jagħmlu użu ta’
checklist
imħejjija mill-OHSA li telenka l-prijoritajiet identifikati. L-eżitu f’kull każ jiddependi jekk ikunux innutati nuqqasijiet jew le - meta jkun hemm nuqqasijiet, l-Uffiċjali jinfurmaw lill-persuna responsabbli b’dawk in-nuqqasijiet u joħorġu ordnijiet skont il-liġi. Wara tittieħed deċiżjoni mill-OHSA skont l-
Enforcement Policy
tagħha, dwar l-azzjoni li tkun trid tittieħed, u li tista tinkludi l-ħruġ ta’ penali amministrattivi, jew il-bidu ta’ proċeduri fil-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li tneħħew it-tower cranes li kienu qed jaħdmu fuq il-Life Sciences Park, meta se terġa’ tibda tiffunzjona l-helipad tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 72 tal-leġislatura preċidenti li kienet imwieġba fid-29 ta’ Settembru 2010 minn Lawrence Gonzi-dak iż-żmien Prim Ministru, u li kienet tgħid hekk:
“
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li jibni kumpless ta’ Life Sciences fiż-żona industrijali biswit l-Isptar Mater Dei. Dan il-kumpless effettivament ser ikun ftit metri l-bogħod mid-dawra tal-Isptar Mater Dei u l-bini tiegħu se jkun eżattament taħt it-trajettorja tal-approach; landing u t-take-off użata mill-helikopter li jintuża biex iwassal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’każijiet ta’ emerġenza. Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda xkiel għat-trajettorji ta’ nżul u tlugħ tal-helikopter; u anki fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi nżul ta’ emerġenza, ġie deċiż flimkien ma’ speċjalisti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkun akter prudenti li jinstab sit ta’ nżul u t
lugħ alternattiv għall-helikopter.”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiffunzjona n-Nurses and Midwives Council?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel saret fit-28 ta’ Lulju ta’ din is-sena qabel ma saret l-elezzjoni sabiex jintgħażlu l-membri ġodda. Kif taf hi, bħalissa għaddejja inkjesta indipendenti fuq ir-riżultat ta' din l-elezzjoni.
Nurses and Midwives Council – rapport ta’ investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika r-rapport tal-investigazzjoni li saret wara l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tan-Nurses and Midwives Council?
Kunsill Lokali Gudja – aċċess għall-kmamar tal-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-talba li l-Kunsill Lokali tal-Gudja għamel fl-2015 għall-aċċess għall-kmamar mhux użati mill-iskola biex dawn jinbidlu fi klassijiet għal-lifelong learning, tkun milqugħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.