Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28263 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – permessi tal-MEPA/PA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26041 u jgħid x’permessi tal-MEPA/PA jeżistu llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt tinsab tabella tal-permessi li ghadhom ma skadewx fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt. PA No. Location PA/01086/11 Hotel Phoenicia Malta , The Mall, Floriana, Malta PA/00697/12 Site, (near old national lottery and bus terminus area) at, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta PA/02767/12 Tritons Fountain, Ex Valletta Bus Terminus, Bieb il-Belt, Belt Valletta, Malta PA/00202/14 Site at (Near Bus Terminus), St. James Bastion, Belt Valletta, Malta PA/00069/14 Site at, Near Bus Terminus close to, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta PA/03881/15 Site at, Bieb Il- Belt, Belt Valletta, Malta
Leg 12 PQ #28264 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – applikazzjonijiet għall-permessi tal-PA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26042 u jagħti lista dettaljata tal-applikazzjonijiet għall-permessi mingħand il-PA għal żvilupp/attività fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt tinsab tabella tal-applikazzjonijiet għal żvilupp li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt. PA No. Location PA/05739/16 Site at, Biskuttin Area, Floriana, Triton Fountain Square, City Gate Shopping Arcade, Belt Valletta, Malta
Leg 12 PQ #28265 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proċeduri biex Fond/proprjetà tal-Gvern ikun allokat għal operat retail

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28266 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni residenzjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-PA mhux qed tagħti widen lir-residenti Beltin fil-ħruġ ta’ permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni predominentement residenzjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità tal-Ippjanar tapplika l-policies tal-pjan lokali tal-Port il-Kbir, kif ukoll policies oħrajn fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ permessi. Għalkemm ċerti żoni huma indikati bhala residenzjali, jista jagħti l-kaz illi dawn huma kkaratterizzati minn ammont sostanzjali ta’ żvilupp kummercjali illi ma jipprekludix li jingħataw aktar permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb. L-Awtorita’ tiehu konjizzjoni ta’ l-ilmenti tar-residenti f’kull każ illi dawn jigu registrati maghha, u fejn ikunu gustifikati, tiehu att ta’ dan u tirrifjuta l-għoti tal-permess.
Leg 12 PQ #28267 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol biex is-sit tal-power station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol ta’ żarmar u twaqqiegħ tal-Power Station fil-Marsa. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-gas jibda’ jopera, tkun tista’ tibda’ t-tieni parti tad-decommisioning tal-impjant li bħalissa qiegħed stand-by. Dettalji dwar ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni tal-inħawi jingħataw fiż-żmien li ġej.

Kennedy Grove – triq imħarbta – tarmak — xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 28154, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tal-analiżi dettaljata li hemm riferenza għalihom fir-risposta għal dik l-istess domanda? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-perimetri msemmija fl-istess risposta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija wisq voluminuża sabiex tiġi ppreżentata għax tkopri l-informazzjoni kollha fl-istadju ta’ ppjanar tal-proġett. Madanakollu, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta bażika li turi l-perimitri tal-proġett.

Xemxija – siti ta’ importanza storika

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28142, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dik ir-risposta tindikax li Heritage Malta m' għandhiex informazzjoni dwar in-numru kbir siti ta' importanza storika li jinsabu f dawk l-inħawi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta taf sewwa x’siti jinsabu fl-inħawi tax-Xemxija, madanakollu mhijiex responsabbli minnhom.

Foster Carers — ħlas dovut

Question

Jista' l-Ministru, filwaqt li jara li l-Foster Carers f'Malta u Għawdex jitħallsu l-ħlas dovut lilhom li ilu ma' jsir għal dawn l-aħħar xahrejn, jagħti ukoll ir-raġuni għal xiex dan il-ħlas baqa' ma tħallasx mill-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-pagamenti tal-Foster Carers saru skont il-proċedura segwita tas-soltu, bl-aħħar pagament li ħareġ fl-10 ta’ Setttembru 2016, liema pagament kien ikopri sas-6 ta’ Jannar 2017. Qabel dan il-pagament, kien sar eżerċizzju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn il-Foster Carers ingħataw ċans ta’ 6 ġimgħat biex jibagħtu għall-attenzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, l-aħħar approvazzjoni maħruġa mill-Fostering Board. Dawk il-ftit li naqsu li jagħmlu dan, il-pagament kien temporanjament sospiż u ma tħallasx mal-bqija. Ta’ min jgħid li, matul dawn l-aħħar ġimgħat, dawk kollha li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, tħallsu l-pagamenti dovuti sas-6 ta’ Jannar, 2017 hekk kif diġa’ spjegajt tajjeb hawn fuq.

Ħad Dingli — Ċentru ta' Matul il-Jum - Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jingħata transport lil kull min jattendi ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum (Day Centre) ta' Ħad-Dingli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kull min jattendi ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Ħad Dingli qiegħed jiġi pprovdut it-trasport.

Ħad Dingli — Persuni b'Diżabilità - Festin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għal dawn l-aħħar sentejn ma sarx il-festin li soltu kien isir għall-persuni b'diżabilità f'Ħad-Dingli u jekk għal din is-sena hux ppjanat li jsir fil-ġimgħat li fadal qabel tmiem is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant jispecifika għal liema festin qiegħed jirreferi hekk kif l-Aġenzija SAPPORT għalkemm torganizza diversi attivitajiet għall-klijenti u għall-ġenituri tagħhom, qatt ma organizzat festini f’Ħad Dingli.

Ċentru ta' Matul il-Jum — Birgu - ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jinfetaħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Birgu, liema ċentru suppost ġie inawgurat xhur ilu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol ġewwa ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Birgu għadu għaddej u dan eventwalment ser ikun qiegħed jinfetaħ f’data deċiża mill-Gvern.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet infurmata permezz ta’ ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali bl-eżitu tal-każ.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali kif ukoll infurmata permezz ta’ ittra bid-dettalji fuq l-każ tagħha.

Birżebbuġa – pitch tal-football — fence

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-fence madwar il-pitch tal-football ta' Birżebbuġa huwa baxx, b'inkonvenjenza kbira għar-residenti tal-madwar li ta’ spiss qed ikollhom blalen li jaħbtu u/jew jidħlu fil-proprjetajiet tagħhom, inkluż fl-għelieqi tal-madwar? Jista’ jikkonferma li skont it-tender oriġinali, dan il-fence kellu jkun 12-il metru għoli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li hemm illum huwa "hard fencing", jiġifieri għas-sigurtà. Fil-ġimgħat li ġejjin ser isir "soft fencing" li jkun pjuttost ogħla minn dan propju biex il-ballun ma jispiċċax fit-triq.

Bireżebbuġa – Pitch tal-Football — barbed wire madwar l-għelieqi

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-barbed wire li tpoġġa minn individwi madwar l-għelieqi li jmissu mal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa jitneħħa, għax huwa ta’ periklu għat-tfal u għall-kbar li jkollhom bżonn jiġbru l-blalen li qed jaqgħu fl-għelieqi viċin tal-pitch minħabba li l-fence tal-pitch huwa baxx?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed ikun ikkunsidrat li jsir chain link fencing sabiex jingħalaq l-aċċess għal dawn l-għelieqi u hekk ikun jista’ jitneħħa l-imsemmi barbed wire.

Birżebbuġa – pitch tal-football – ħruġ ta’ ilma u ħamrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed jintilef ħafna ilma u ħamrija għal fuq il-bankina mal-faċċata tal-kumpless tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa kull meta ssir it-tisqija tal-pjanti li qegħdin fuq il-bankina mal-faċċata tal-istess kumpless? Jista’ jgħid x'miżuri se jittieħdu biex din il-ħela u l-inkonvenjent jieqaf?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma biex jissaqqew il-planters jgħaddi minn pajpijiet irqaq u emitters qabel jaqa’ fil-ħamrija. Dawn il-pajpijiet irqaq huma mqabbdin ma’ oħrajn eħxen minnhom permezz ta’ valvi li flimkien ma' emitters jirregolaw l-ammont ta’ ilma li joħroġ għat-tisqija mill-pajpijiet iż-żgħar. Kemm il-valvi kif ukoll l-emitters ġew regulati biex jitnaqqas l-ammont tal-ilma li joħroġ biex ma jinħeliex ilma. Jonqos biss li l-pajpijiet jiġu mqiegħda iżjed 'il fuq mix-xifer biex l-ilma li joħroġ, anki jekk b'inqas volum, ma jċarċarx 'il barra mill-planters kif kien qed jiġri.

Football Ground ta’ Birżebbuġa – ħaxix tal-pitch

Question

Peress li l-wiċċ tal-ħaxix tal-pitch tal-football ta' Birżebbuġa mhux lixx kif suppost (fiha ħafna inkonsistenzi u mhuwiex livellat) u anke ratba ħafna minħabba l-ammont ta’ rubber infill li tpoġġa, jista’ l-Ministru jgħid meta se titranġa din is-sitwazzjoni li qed twassal ukoll għal ħafna ilmenti ta’ injuries f’saqajn it-tfal u l-players li jużaw dan il-pitch?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru mill-ewwel ħa azzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-pitch tal-futbol ta’ Birżebbuġa u saru numru ta’ laqgħat mal-kuntrattur li ħadem fuq dan il-pitch, bl-involviment tal-klabb. Il-kuntrattur qed jerfa’ r-responsabbiltà kollha għall-inkonsistenzi li jeżistu fil-pitch u ser ikun qed jgħaddi lil dan il-Ministeru rapport tax-xogħlijiet li ser ikun qed jagħmel sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet mingħajr ma jtellef mit-taħriġ li qed jingħata lit-tfal u l-players li jużaw dan il-pitch.

Transport Malta — Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili u Direttorat tal-Portijiet u Yachting – safar fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar safar fuq xogħol minn uffiċjali fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili u d-Direttorat tal-Portijiet u Yachting fi ħdan Transport Malta, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fir-risposta li se jagħti, jista’ jagħti l-isem u l-kunjom tal-uffiċjal li jkun siefer, il-grad, id-Direttorat li jaħdmu fih, id-destinazzjoni tas-safra, id-dati tat-tluq u tar-ritorn, l-ispiża totali inklużi l-biljetti tal-ajru, l-allowances u r-raġuni għal tali safra?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan is-safar sar kollu skont l-eżiġenzi tax-xogħol tad-Direttorati nvoluti kif ukoll skont budgets approvati u policies stabbiliti.

Transport Malta – moviment ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-moviment ta' ħaddiema ta' Transport Malta, mill-1 ta' Marzu 2014 sat-30 ta' Settembru 2016? Fl-informazzjoni mitluba, jista’ jinkludi l-isem u l-kunjom tal-ħaddiem involut, il-grad u d-direttorat fejn kien qabel l-1 ta' Marzu 2014, il-grad u direttorat fit-30 ta' Settembru 2016, ir-raġuni għall-ingaġġ ġdid (jekk hux promozzjoni, trasferiment orizzontali, irtirar bl-età jew riżenja)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data msemmija kien hemm dawn il-movimenti ta’ ħaddiema fi ħdan Transport Malta: - 103 promozzjoni li fosthom imtlew pożizzjonijiet li kienu vakanti minħabba riżenji jew irtirar; - 41 ċaqlieq laterali minn direttorat għall-ieħor skont l-esiġenzi tax-xogħol jew fuq talba tal-istess impjegat; - 26 terminazzjoni t’impjieg (riżenji u rtirar)

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Gandlora - Sleeping Police

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ jirranġa l-sleeping police minn Triq il-Gandlora għal Triq Dun Mikiel Scerri peress li jinsabu mkissra u ta' periklu għas-sewwieqa u r-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li ż-żewġ toroq li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jinsabu f’żewġ żoni differenti u mhux relatati. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liem sleeping police qed jirreferi.