Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol li għamel il-Bord tal-Koperattivi matul l-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala ħidma mil-Bord tal-Koperattivi matul l-2016: 1. Ġew reġistrati ħames (5) koperattivi ġodda. 2. Kompla ix-xogħol fuq l-irwol regolatorju tal-Bord sabiex titjieb il-Governanza fis-settur, inkluz l-involviment tal-assoċjazzjonijiet rapprezentattivi. 3. Il-Bord tal-Koperattivi ssottometta r-rakkomandazzjonijiet fuq ir-riforma tal-Avviz Legali li jirregola l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi lill-Gvern, liema Avviz Legali huwa mistenni li jiġi fis-seħħ fil-jiem li ġejjin. 4. Tnediet kampanja promozzjonali tal-kunċett koperattiv permezz tal-mezzi tax-xandir u wkoll permezz ta’ ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.

Bini tal-Qorti — lift

Question

Wara l-mistoqsijiet parlamentari 24706, 25353 u 25436 rigward lift ma jaħdimx fil-bini tal-Qorti, jista' l-Ministru jara li l-lift li ilu bil-ħsara, jinbidel peress li kien wiegħed li jinbidel fil-ferjat u dan ma ġarax?

Response (BONNICI, OWEN)

Min mindu waqaf dan il-lift saru seba’ spezzjonijiet mit-tekniċi tal-kumpanija sabiex tinstab il-ħsara. Minn rapport li rċevejna mill-kumpanija, li qed ikun anness ma din ir-risposta, jidher li l-ħsara ġiet identifikata u bħalissa qed isiru tiswijiet neċessarji fil-brake coil windings u l-lift jitħaddem mill ġdid fl-iqsar żmien possibbli. Bħalissa qed ikun preparat tender flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti u se jkun pubblikat fi żmien qasir sabiex dan il-lift ikun jista’ jinbidel fil-ferjat tas-sajf 2017.
Leg 12 PQ #28069 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – kuntratt notarili

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt notarili ffirmat f’Ottubru 2013 li fih wieħed mill-partijiet kien id-Direttur tal-Artijiet u/jew id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern u l-parti oħra kienet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament konċernanti art f’Burmarrad li kienet tal-Farmers’ Wine Cooperative?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt datat 24 t’Ottubru 2013, li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #28190 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Infestazzjoni ta’ ġrieden – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għamlu l-ispezzjoni neċessarja u għalhekk il-każ qed ikompli jiġi segwit.

Sirens waterpolo pitch – ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru hux ser ikun qed jgħin lil dawk il-pitches tal-waterpolo li ġratilhom il-ħsara bil-maltempata ta’ dawn il-jiem fosthom il-pitch tal-waterpolo ta’ Sirens, f'San Pawl il-Baħar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għadu qed isegwi r-rapporti li qed isiru dwar il-ħsarat li rriżultaw mill-maltempata li seħħet ftit tal-jiem ilu.

Leak ta’ culvert – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27968, jista' l-Ministru jara li l-każ dwar leak ta’ culvert jiġi solvut?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għamel kuntatt mal-persuna li tgħaddew id-dettalji tagħha ma’ din il-PQ u li allegatament qed issofri minn danni ikkawżati minn leakage ta’ water culvert. Informat li r-responsabiltà ta’ Triq l-Imdina, li hija triq arterjali, tinqasam fi tnejn. Il-parti bejn ir-roundabout il-kbira ta’ Qormi u l-golf course taqa’ fir-responsabilta’ tal-Kunsill. Il-parti l-oħra li mir-roundabout tieħu lejn Ħaż-Żebbuġ u minn Ħaż-Żebbuġ lejn ir-roundabout taqa’ fir-responsabilita’ ta’ TM). Is-service road fil-parti li mir-roundabout tieħu lejn Ħaż-Żebbuġ taqa’ fir-responsabilta’ tal-Kunsill. Jirriżulta li dan il-culvert jinsab fi Triq Imdina, bejn Triq Antonio Muscat Fenech u Triq San Bartilmew.

Baħrija – Triq Gwiedi — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27966, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Gwiedi fil-Baħrija taqax taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta jew tal-Kunsill Lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi ma' tinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà.

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjeta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28202 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal car wash fl-istess proprjeta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Permessi ta’ l-izvilupp għal dan it-tip ta’ użu huma regolati bid-dokument Policy, Guidance and Standards 2015, liema dokument jiddefinixxi dawn bħala “…a garage for vehicles used for hire or for the provision of a private or public transport service (including buses, mini-buses, taxis and self-drive hire cars).” B’żieda ma dan, l-Artikolu 4(d) tal- Ordni tal-2014 dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (Avviz Legali 74/2014) ikompli jgħid hekk. 4. Ebda ħaġa f’xi Klassi speċifikata fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordni ma għandha tinkludi xi użu għal dawn li ġejjin: (d) negozju ta’ taxi, kiri ta’ vetturi bil-mutur jew public service garage; Dan ifisser illi sabiex garaxx jintuza ghal skop illi jinzammu ġewwa fih karozzi għall-kiri, dan għandu bżonn permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Fl-ebda istanza ma jezisti dritt awtomatiku illi l-istess garaxx jintuza ukoll għall skopijiet ta’ car wash kummerċjali, sakemm din ma tkunx specifikament indikata fil-proposta ta’ l-applikazzjoni u tkun permessa fl-imkien ma l-uzu principali. Madankollu, xejn ma jipprekludi illi is-sid tal-vetturi jaħsel il-karozzi tal-kiri tiegħu stess fl-istess garaxx, bhal ma jista jagħmel kull sid ta’ vettura privata fil-konfini tal-garaxx tiegħu, sakemm din l-attivita’ speċifika ma tkunx projbita b’xi kundizzjoni tal-permess, u sakemm jigu osservati regolamenti ohra ta’ awtoritajiet ohra konċernati, bħal dawk tas-sahha pubblika.

Selmun/Imġiebaħ — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jindika x’inhuma l-proġetti li l-Gvern qed jippjana li jagħmel fiż-żona ta' Selmun/Imġiebaħ, anke għall-fatt li parti minn din iż-żona hija waħda protetta u li tifforma parti minn siti Natura 2000?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Fil-Pjan ta’ Tmexxija maħruġ mill-ERA għas-sit tal-Imġiebaħ u tal-Miġnuna bħala parti min-Natura 2000 network ġew identifikati sett ta’ miżuri intenzjonati li jħarsu l-ambjent naturali filwaqt li jtejbu l-esperjenza ta’ min iżur il-post. Fost dawn il-miżuri insibu dawn li ġejjin: · Ir- restawr tal-ambjenti naturali; · It- tneħħijja ta’ pjanti u siġar aljeni; · It-tħawwil ta’ sigar indigeni; · Kampanja ta’ edukazzjoni u informazzjoni, li tinkludi wkoll signposting u materjal promozzjonali. Dan il-Pjan ikopri l-ewwel ħames snin ta’ tmexxija tas-sit.
Leg 12 PQ #28217 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Promenade tal-Għadira – festuni

Question

Konxju mill-fatt li l-Mellieħa huwa post li jikkontribwixxi b'riżq it-turiżmu f'pajjiżna tul is-sena kollha apparti li huwa post popolari mal-familji Maltin jista' l-Ministru jara li d-dawl (festun) li hemm tul il-promenade tal-Għadira ma' jitneħħix u jitħalla fil-post is-sena kollha kif dejjem kien tul dawn l-aħħar tmien snin? Dan anke għall-fatt li tul l-istess promenade hemm ukoll tliet lukandi li jibqgħu joperaw tul is-sena kollha.

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fir-riġward tal-festun li hemm tul il-promenade tal-Għadira, il-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana ddeċieda li dan jitneħħa f’Ottubru li għadda sabiex issirlu l-manutenzjoni meħtieġa u jerġa jitwaħħal f’Mejju 2017. Tajjeb ngħarraf ukoll lill-Interpellant, illi ġejt infurmat, illi fost membri oħra metta ttieħdet din id-deċizjoni f’dan il-Kumitat, kienu preżenti il-Viċi Sindku tal-Mellieħa kif ukoll is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar.

Heritage Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta preżentement? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Bord ta’ Heritage Malta hu compost kif gej: Dr Joseph M. Buttigieg, Chairman, Anthony Scicluna, Vici Chairman, Membri: Prof. JoAnn Cassar, Anthony Degiovanni, Peter Muscat, Prof. Anthony Zammit, Dr Gerald Montanaro Gauci, Anthony Preca Ic-Chairman ghandu remunerazzjoni annwali ta’ €16,306.64, il-Vici Chairman remunerazzjoni annwali ta’ €10,923.68, filwaqt li l-membri ghandhom remunerazzjoni annwali ta’ €2,329.36. Ic-Chairman jibbenefika wkoll minn servizz ta’ mobile u karozza li tintuza ghal xoghol relatat ma’ Heritage Malta.

Heritage Malta – skemi ta’ dħul ta’ gruppi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25665, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-eċċezzjonijiet li għandha Heritage Malta fir-rigward tal-iskema tad-dħul ta’ gruppi b’€1 għal kull persuna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din l-iskema ma tapplikax għall-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u f’każijiet fejn Heritage Malta għandha obbligi kuntrattwali (eż. Ħaġar Qim u l-Palazz tal-Granmastru), fejn il-prezz jiżdied bi ftit (ez. €2 ir-ras) sabiex ikopri dawn l-ispejjeż.

Ix-Xagħra Għawdex – Heritage Malta – sit taċ-Ċirku tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' Heritage Malta għas-sit taċ-Ċirku tal-Ġebel (Xagħra Stone Circle) fix-Xagħra Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru għadd ta’ studji tekniċi li se jindikaw x’deċiżjonijiet għandhom jittieħdu sabiex is-sit imsemmi jiġi ppriservat bl-aħjar mod.

Santa Luċija – Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Ipoġew ta’ Santa Luċija jgħaddi taħt ir-responsabiltà ta' Heritage Malta? Jekk fin-negattiv, x’inhu l-pjan tal-Gvern fir-rigward ta' dan is-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-immedjat mhemmx ħsieb li l-fdalijiet tal-Ipoġew ta’ Santa Luċija jgħaddi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta.

Għawdex – mużew ta’ arti moderna u kontemporanja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb sabiex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi iktar informazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Gozo Museum għall-ewwel darba se jkun jinkludi fih l-element artistiku - xi ħaġa li dejjem kienet nieqsa fil-mużewijiet f’Għawdex.

Heritage Malta f’Għawdex – mużewijiet magħluqa

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25643, jista’ l-Ministru jikkonferma li, għall-kuntrarju tar-risposta li ta, Heritage Malta kienet żammet mill-inqas żewġ siti magħluqa fosthom is-Science Museum?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 25643. Ninsab infurmat li l-mużewijiet kollha infetħu regolarment.
Leg 12 PQ #28262 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemed – Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22430 u 23975, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements awditjati tal-Enemed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.