Emendi tal-Liġi tal-Volontarjat – diskussjonijiet u konsultazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tindika f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet u l-konsultazzjoni dwar l-emendi tal-liġi tal-Volontarjat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi tal-Att (Cap 492 tal-liġijiet ta’ Malta) għalqet fis-6 ta’ Lulju 2016.
Bħalissa qed jiġu ffinalizzati l-emendi tal-liġi wara din il-konsultazzjoni pubblika.
Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Organizzazzjonijiet Volontarji qed ikunu megħjuna sabiex ikabbru l-kapaċità operattiva tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżistu tlett skemi li bejniethom jallokaw is-somma ta’ €850,000.00 sabiex l-Organizzazzjonijiet Volontarji qed ikunu megħjuna sabiex ikabbru l-kapaċità operattiva tagħhom.
Dawn l-iskemi huma il-Voluntary Organisations Projects Scheme, għal proġetti sa massimu ta’ €20,000.00, u l-iskema Small Initiatives Support Scheme, għal proġetti sa massimu ta’ €3,000.00. Dawn l-iskemi jsostnu proġetti li jinkludu it-tisħieħ tal-kapaċità operattiva u riċerka dwar is-settur.
Hemm ukoll skema ta’ Taħriġ li hija maqsuma fi tnejn, dik li toffri fondi sabiex l-organizzazzjoni torganizza taħriġ kif ukoll dik li tassisti individwi mill-organizzazzjonijiet sabiex jitħarrġu anka barra minn Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet dwar l-estensjoni taċ-Ċentri tal-Volontarjat f’inħawi oħra ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. interpellant li bħalissa hemm pjanati zewġ Ċentri oħra tal-Volontarjat, wieħed f’Marsaxlokk u ieħor fir Rabat, Malta. Iċ-ċentru tar-Rabat, liema bini kien identifikat, għaddej mill-fażi ta’ preparazzjoni fejn fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħolijiet fuqu ta’ kisi, tibjid u s-sitemi ta-servizzi.
Fil-Każ taċ-ċentru li ser isir f’Marsaxlokk, issa li ħareġ il-permess tal-bini, ix-xogħol għandu jibda.
B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirringrazzja lill-Onor Interpellant dwar id-domanda.
Biex inkun onest, ninsab ftit sorpriz b’din id-domanda ghaliex naf kemm l-Onor Interpellant huwa attent u jsegwi b’reqqa x-xoghol tal-Parlament. Jaf ghalhekk li diga’ sar l-ewwel qari ta’ Abbozz ta’ Ligi li jemenda l-Att dwar il-Kumpaniji mill-kollega tieghi l-Ministru tal-Finanzi Prof Edward Scicluna u l-abbozz innifsu gie ppubblikat fit-18 ta’ Ottubru, 2016 jigifieri kwazi xahar ilu.
L-ghan ta’ dan l-abbozz huwa li – nikkwota – “jittejbu l-processi ta’ rkuprar ghal kumpanniji registrati li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji”. Dan hu abbozz li, kif spjegat pubblikament, sar xoghol dwaru konguntivament mill-Ministeru tieghi u l-Minsiteru tal-Finanzi u nirringrazzja l-esperti kollha li hadu sehem f’din il-hidma teknika u important hafna.
Irrid nispjega wkoll li fil-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, apparti mid-diversi emendi li saru fl-ahhar snin biex niffacilitaw il-processi ghal inforzar iktar effettiv tal-kuntratti u titli ezekuttivi li perswaz li l-Onor Interpellant jaf dwarhom, qed tigi evalwata l-proposta li sentenzi tal-Qorti jigu registrati awtomatikament entro terminu ta’ zmien b’ipoteka generali mid-Direttur Generali Qrati Civili u Tribunali.
B’referenza għar-rapport li deher fil-gazzetta The Times of Malta tal-21 ta’ Ottubru 2016 “Transport Ministry tender deadline extended by an hour”, jista’ l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jgħid dettaljatament x’passi ħa s’issa fuq dan il-każ? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Pulizija ġewx mitluba jintervjenu permezz ta’ rapport formali? Jista’ jgħid il-Ministru meta hu sar jaf b’dan il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija hija relatat mal-Period Contract for the Supply and Delivery of Hydraulic, Engine and Transmission Oils to MSD for 2016-2018 li huwa kuntratt ta’ valur stmat b’mod approssimattiv bejn 25 u 30 elf ewro fuq perjodu ta’ 3 snin.
Il-proċess tat-tender ġie sospiż wara li ntalbet informazzjoni minn Uffiċjali fi ħdan il-Ministeru u wara li kien hemm korrispondenza mad-Dipartiment tal-Kuntratti f’dan ir-rigward. Dwar dan il-każ ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta indipendenti skont is-setgħat mogħtija permezz ta’ Artiklu 3(ċ) tal-Att dwar l-Inkjesti. Il-Pulizija ma ġewx mitluba jintervjenu fid-dawl tal-fatt li ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta indipendenti bil-għan li jmexxi inkjesta b’termini speċifiċi għal dan il-każ. Se nkun qiegħed nevalwa r-rapport tal-inkjesta meta jkun lest u f'każ li jkun hemm bżonn jittieħdu l-passi kollha meħtieġa.
Dan il-każ sirt naf bih fl-istess data li l-Ministeru rċieva mistoqsijiet dwaru mill-ġurnal The Times of Malta, ċjoe’ fl-20 ta’ Ottubru 2016.
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi fir-Reġistru tal-Artijiet li kienu għadhom pendenti sal-aħħar ta' Settembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma li Onor. Interpellant li hemm diversi raġunijiet għal dan inkluż:
· Żieda sostanzjali fix-xogħol minħabba attivita ikbar fis-settur tal-proprjetà
· Numru sinjifikanti minn dawn il-
files
qed jistennew azzjoni mill-applikanti u/jew terzi persuni (eż. periti, nutara, werrieta)
· Din l-amministrazzjoni wirtet sitwazzjoni tal-biki b’sistemi ta’ IT skaduti u
backlog
ħafna ikbar milli hemm illum
Hemm pjan biex issir ri-organizazzjoni fid-Dipartiment bil-għan li l-backlog ikompli jonqos u jsaħħaħ l-operat ta’ dan id-dipartiment
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament x'sar wara t-tweġiba tiegħu għall-interpellanza 24038 biex jiġi indirizzat il-backlog qawwi fir-Reġistru tal-Artijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellanti li Identity Malta lestiet pjan ta’ azzjoni biex isir ristrutturar fid-dipartiment u jkun hemm ukoll reklutaġġ ta’ persuni ħalli dan il-backlog jkompli jonqos gradwalment.
Is-sistema tal-Land Registry tal-ICT ilha minn 1992.
L-aħħar aġġornament fil-mapep kien sar fl-2008.
Is-sistema tal-IT ma tiflaħx għad-domanda tal-lum. Beda l-proċess sabiex tiġi aġġornata s-sistema kollha tas-sistema tal-IT tal-Land Registry u bħalissa għaddejjin mill-fażi tar-rekwiżiti għal sistema ġdida
Din il-ġimgħa (2Nov16) bdejna nħaddmu x-xiri ta’ pjanti
online
fuq pjanti aġġornati tal-PA
Din hija l-ewwel pass fir-ristrutturar tas-sistema tal-IT
Is-sistema kollha (inkluż l-antika) se tibqa tiffunzjona fuq il-pjanti aġġornati fi ftit ġimgħat.
B’hekk ma jibqax ikun hemm anomaliji serji bejn il-mapep tal-Land Registry, PA u Lands.
Santa Luċija – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27381 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Santa Luċija sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li ssuġġerixxa li tkun asfaltata Triq il-Pepprin.
Il-Gudja – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Gudja sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li ssuġġerixxa li jkunu asfaltati Triq tal-Lampat, Triq Filippu Castagna u l-parti ta’ Vjal it-Torri għal Triq Ħal Resqun.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi peress li sal-lum dan ix-xogħol għadu ma bediex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq għad trid tiġi ffurmata mill-iżviluppaturi/residenti, skont l-obligi tagħhom. Transport Malta tesegwixxi x-xogħlijiet ta’ asfalt wara li t-triq tkun iffurmata u skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25644, jista’ l-Ministru jikkonferma li, għall-kuntrarju tar-risposta li ta, Heritage Malta użat nies maniġerjali u fi Grad A sabiex isir "grass weeding u general clean up" fit-Tempju Kordin III?
Response (BONNICI, OWEN)
Nassumi li l-On. Interpellant qed jirreferi ghal team building session informali li saret b’mod volontarju f’Marzu 2015, ftit wara li s-sit imsemmi ghadda f’idejn Heritage Malta. Dakinhar ufficjali tal-agenzija illiberaw il-fdalijiet arkeologici minn haxix, hamrija, u affarijiet ohra. Apparti l-iskop socjali tal-attività, dan ix-xoghol relattivament specjalizzat ma jistax jaghmlu kulhadd minhabba n-natura specifika tieghu.
Heritage Malta – Bighi – Head Office – reperti storiċi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26029 peress li hemm reperti tal-metall ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinijija li qegħdin jissaddu, jista’ l-Ministru jassigura li dawn ir-reperti tal-metall jiġu mogħtija l-attenzjoni tant mistħoqqha minn Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-oggetti li qed issir riferenza għalihom jifilħu sew għall-elementi.
Ma jfissirx li Heritage Malta mhux se tkun qed tagħti attenzjoni għal dawn ir-reperti, iżda l-Onor Interpellant jifhem li hemm prijoritajiet f’dan is-settur.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26028, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta m’għandhiex il-ħsieb li l-kariga ta' Manager DSL, li tant hija importanti għal Heritage Malta ma timteliex? Jista' jgħid minn min qed jitmexxa dan il-Unit u xi kwalifiki għandu/għandha li huma relatati ma’ dan is-suġġett? Jista' jgħid x'miżuri qiegħda tieħu Heritage Malta sabiex dan il-unit jissaħħaħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-dipartiment imsemmi qed jimexxa direttament mis-CEO u qed jiġi pprovdut b’attenzjoni partikolari sabiex ikun jista’ joffri s-servizz essenzjali ħalli l-aġenzija taqdi l-funzjonijiet tagħha.
Heritage Malta – Triq Melita – exhibition spaces għal skopijiet kummerċjali
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26027, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Diċembru 2015, il-wirja taċ-ċeramika li kien hemm f'dan il-post kienet iktar għamla ta' ħanut, fejn lanqas irċevuti fiskali ma nħarrġu meta sar il-bejgħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26027: fil-post imsemmi saret wirja minn terzi persuni bil-kundizzjonijiet tas-soltu kif sar kemm il-darba fl-istess spazju u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.
Ħal Saflieni – Ipoġew – xogħlijiet minn Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol sar minn Heritage Malta ġewwa l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni minn mindu ngħalaq s'issa? Jista' jagħti indikazzjoni ta' meta l-Ipoġew se jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s'issa ġie żarmat ħafna mill-apparat antik li se jinbidel, intrama scaffolding protettiv, u għaddej xogħol preparatorju ta’ servizzi għall-apparat il-ġdid. Huwa ppjanat li l-Ipoġew jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku lejn nofs is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta’ membri fi ħdan Heritage Malta fl-aħħar ta' Ġunju 2015 u fl-aħħar ta' Ġunju 2016? Jista' jgħid kemm-il Heritage Malta Membership ġiet imqassma b'xejn minn Marzu tal-2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa Gunju 2015 kien hemm 502 membru ma’ Heritage Malta. Dawn zdiedu ghal 821 sa Gunju 2016. Minn Marzu 2015 sa issa tqassmu 749 shubija minghajr hlas (2013 - 124; 2014 - 169; 2015 - 217; 2016 - 239).
Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-applikazzjoni għall-permessi tal-PA biex is-sit tal-Power Station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28267 (tmienja u għoxrin elf, mitejn, sebgħa u sittin)
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma li saret s’issa fuq il-proġett tat-tablets fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq fażi oħra fejn wara li f’Settembru 2015 hekk kif matul is-sena kien spiċċa l-proġett pilota kien sar l-ewwel taħriġ fuq il-prinċipji tal-OTPC, fis-16, 19 u 20 ta’ Settembru 2016 ingħata t-tieni taħriġ lill-għalliema kollha li se jkunu qed jgħallmu lit-tfal fir-Raba’ Sena. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat li ħadu t-taħriġ tagħhom mill-kumpanija li rebħet it-tender.
Matul dawn it-tlett ijiem tqassmu l-ewwel
tablets
u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 483
tablets
bis-
software
stallat lest u l-għalliema ħadu l-ewwel taħriġ fejn raw kif ikunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Is-sapport se jibqa’ jingħata matul is-sena biex l-għalliema jagħmlu progress bil-mod il-mod. Minn Settembru sa Diċembru l-għalliema qed ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom bl-għajnuna tal-għalliema speċjalizzati sakemm madwar 4000
tablet
jibdew jitqassmu lit-tfal kollha fil-bidu ta’ Diċembru 2016. Bejn issa u Diċembru se jkunu qed isiru laqgħat mat-tfal biex nitkellmu magħhom dwar kif jieħdu ħsieb it-
tablet
u kif jużawh kif ukoll qed isiru laqgħat mal-ġenituri fejn qed jiġi diskuss mhux biss it-
tablet
imma l-idea sħiħa ta’ litteriżmu diġitali.
L-għalliema għandhom madwar 35 app li l-għalliema speċjalizzati għażlu u fasslu ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-
tablets
kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri supplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-
concept mapping
li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, u app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex
drill-and-practise
imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet.
Tender ieħor se joħroġ biex jinxtara
software
ta’ kotba tal-qari livellat kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż.
Barra minn hekk, il-klassijiet kollha tar-raba’ sena ġew provduti aċċess ta’
Wi-Fi.
Dan is-servizz jagħti faċilità ta’ konnettività mmaniġġjata u b’hekk tipprovdi kull
tablet
aċċess għall-internet b’awtentiċità awtorizzata għal kull individwu. Servizzi oħra fuq din il-pjattaforma tinkludi r-
‘Real-Time Classroom Management Application’
u l
-‘Mobile Device Management Application’.
Dawn jaħdmu id f’id sabiex jipprovdu soluzzjoni teknika u ħolistika għat
-tablet.
MCAST – korsijiet full-time fl-ICT – studenti li jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm iggradwaw studenti minn korsijiet (full-time) fl-ICT fl-MCAST sena b’sena mill-2012 sal-2015 kif ukoll kemm huwa stmat li ser jiggradwaw din is-sena, maqsuma skont il-korsijiet rispettivi, hi kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.