Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq il-Kosta – Pelican Lights minn St. Andrews sa Buġibba

Question

Billi fi Triq il-Kosta minn St. Andrews sa Buġibba hemm numru ta’ pelican lights li baqgħu ma bdewx jiffunzjonaw, u dan iktar minn sena minn mindu nfetħet l-istess Triqtriq, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għal dan? Billi b'mod partikulari sett minn dawn il-lights, dak li jiġi fil-ġenb tal-ground tas-Sirens, qrib Kennedy Grove, qed jikkawża ħafna periklu għal dawk li jaqsmu min-naħa għall-oħra, jista’ jieħu l-passi biex dawn il-lights jinxtegħlu kemm jista’ jkun malajr?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dewmien ġie kkawżat minħabba li l-kuntrattur li kellu jissupplixxi l-istrutturi msemmija falla ripetutament milli jilħaq l-obbligi tiegħu li kienu stipulati ġo kuntratt li kien iffirma. Transport Malta issa assenjat ix-xogħol lil kuntrattur differenti bil-għan li l-pelican lights li baqa’ jiġu nstallati mmedjatament u jinxtgħelu fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant, Transport Malta se tkun qed tieħu l-passi kollha meħtieġa skont il-kuntratt, fil-konfront tal-kuntrattur li naqas mill-obbligi tiegħu.

Buġibba Qawra – traffic lights

Question

Billi mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28485, dwar il-lights fid-daħla ta' Buġibba, liema lights (traffic lights), kienu jeżistu, u donnu ħadd ma jaf bl-ordni ta' min inqalgħu, imma jidher ċar li ma kenux sarux spezzjonijiet fuq il-post qabel ma ngħatajt ir-risposta li ngħatajt, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta u minn min saret din l-ispezzjoni u minn min saret?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ingħad fit-tweġiba għall-MistoqsijaParlamentari 28485, dan is-suġġett ġiet diskuss u maqbul fil-Kumitat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta. Madankollu jien lest li nressaq mill-ġdid kull suġġeriment li wasal għandi minn mezzi differenti quddiem l-istess Kumitat għad-diskussjoni fuq dan is-suġġett.
Leg 12 PQ #28595 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad Dingli li ma għandhomx ilmenti ta’ riħa ta’ ħruq ta’ plastik. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-inħawi ta’ bejn iż-żewġ lokalitajiet huma mifruxa mhux ħażin u allura nitolbu jkun aktar speċifiku u jindika liema nħawi qed jirreferi għalihom.

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għal investigazzjoni intlaqat pero’ sabiex jiġi nvestigat rapport ta’ din in-natura, hija meħtieġa iżjed informazzjoni li tista’ tigwida din l-investigazzjoni, b’mod partikolari, dati u ħinijiet ta’ meta tiġi innotata din ir-riħa u indikazzjoni ta’ fejn, f’din iż-żona wiesgħa, qed tinxtamm din ir-riħa.
Leg 12 PQ #28598 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28599 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Mediċini — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' mediċini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Pelican Lights, Belisha Lights jew traffic lights — arbli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm arbli, li fuqhom hemm il-pelican lights, belisha lights jew traffic lights, inbiddlu matul l-aħħar 12-il xahar? X'inhi r-raġuni għal din il-bidla? Min qed iwettaq ix-xogħol biex dawn l-arbli jinbidlu? Jekk ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur, min hu li qed jagħmel dan ix-xogħol u meta ħarget it-tender biex dan l-istess xogħol isir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arbli mibdula tal-pelican crossings u traffic lights f’toroq arterjali u distributorji, li huma parti mix-xogħol relatat mas-sistema tal-ITMS (Intelligent Traffic Management System), jammontaw għal 177 arblu. Dawn ix-xogħolijiet qed isiru mill-kuntratturi li rebħu t-tenders għal dawn ix-xogħolijiet. Dawn huma AlbSem Joint Venture għat-tender li ġie ppubblikat fl-14 ta’ Ottubru 2014 u RTG Joint Venture għat-tender li ġie ppubblikat fit-28 ta’ Ottubru 2014. Minbarra dawn, f’każijiet ta’ kolliżżjonijiet u ħsarat ta’ arbli dawn jinbidlu mill-ħaddiema tal- Manufacturing and Services Directorate u mill-Kunsill Lokali konċernat f’każ ta’ belisha lights.

Dwal qawwi tat-traffic lights u pelican lights

Question

Billi f'diversi lokalitajiet jidher li nbidlu l-arbli u wkoll il-bozoz li hemm fuq it-traffic lights u fuq il-pelican lights, b'tali mod li jidher li l-bozoz użati huma ferm iktar qawwija minn dawk li kien hemm qabel (b'mod partikulari dawk li jagħtu d-dawl aħdar), u dawn, f'ċerti lokalitjiet qed itellfu mill-vista ta’ central strips, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-bozoz użati humiex kif approvati? Jista' jassigura li dawn l-istess dwal ma jservux ta' periklu għas-sewwieqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lights li ġew installati riċentament huma LEDs u huma konformi mal-istandards tal-UE għal Signal Heads and Traffic Control Equipment: MSA EN 12368:2006. Dawn it-tip ta’ dwal jintużaw fl-Ewropa kollha fuq junctions u pedestrian crossings.

Skola Primarja Siġġiewi — Librerija - ftuħ is-Sibt

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilità li l-librerija fl-Iskola Primarja Siġġiewi tibda tiftaħ is-Sibt filgħodu sabiex jingħata ċans lil dawk li ma jkunux jistgħu matul il-ġimgħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx il-librerija tas-Siġġiewi s-Sibt filgħodu m’hijiex f’idejn Libreriji Maltin. Madankollu, Libreriji Maltin ser iwasslu s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali kkonċernat.

Kunsill Lokali – impenn sabiex isaħħaħ il-ġlieda konta l-faqar fost il-familji

Question

Ta’ kuljum, il-Kunsilli Lokali imissu mal-pjaga tal-faqar fost il-familji tagħna. Il-Gvern impenja ruħu sa mill-ewwel ġurnata tiegħu sabiex ikisser din il-pjaga. Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jimpenja ruħu fil-qasam tal-Kunsilli Lokali sabiex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-faqar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Settembru 2016 tnediet skema li permezz tagħha l-Kumitati Reġjonali se jibbenfikaw minn €100,000 sabiex iħejju pjan dwar l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Din l-inizjattiva, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, ser twassal biex ikollna viżjoni ħolistika dwar dawn l-aspetti, li jinkludu wkoll il-ġlieda kontra l-faqar. Minbarra dan, ittieħdet inizjattiva li fuq bażi nazzjonali qed isir taħriġ sabiex persuni adulti ikunu jistgħu jimmaniġjaw aħjar l-aspett finanzjarju tagħhom u kif jgħixu aħjar. Dan permezz ta’ proġett li jismu Għaqal id-Dar u li sa issa ħadu sehem fih għoxrin Kunsill Lokali. Il-Kunsilli Lokali huma fil-libertà li jieħdu l-inizjattiva huma rigward il-pjaga tal-faqar fost il-familji tagħna, fejn isibu is-sapport tal-Gvern Ċentrali.

Aġenzija LESA

Question

Issa li l-Aġenzija LESA waslet biex tagħlaq l-ewwel sena fl-operat tagħha, jista’ l-Ministru jgħid x’avvanzi saru mis-sistema oriġinali u jekk waslitx sabiex finanzjarjament tkopri l-ispejjeż tal-operat tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Minn mindu l-Aġenzija LESA bdiet topera, l-infurzar lokali qiegħed gradwalment jieħu xejra oħra. Dan hu dovut għall-fatt illi l-Aġenzija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex tizdied l-effiċjenza u jiġi assigurat li kull taħrika li tiġi proċessata tkun inħarġet b’sens ta’ ġustizzja. Il-fattur u s-sens edukattiv ġie introdott b’rizultat li anke n-numru ta’ ċitazzjonijiet tnaqqsu drastikament, kif ukoll naqsu l-ilmenti . L-Aġenzija ħadmet mill-qrib mal-Operatur tal-Gwardjani Lokali biex tirriforma id- day to day running tal-operat. Barraminhekk il-Gwardjani Lokali qed jingħataw taħriġ fuq l-Infurzar Lokali, kif ukoll fil-buon sens biex b’hekk iwettqu xogħolhom b’aktar diliġenza. L-Aġenzija waqqfet uffiċċju ta’ Customer Care sabiex jilqa’ ilmenti mill-pubbliku. L-Aġenzija izzomm kuntatt kontinwu mal-Kunsilli Lokali: fil-fatt ġew assenjati ħames Regional Enforcement Officers (wieħed għal kull Reġjun) sabiex jassiguraw li l-Infurzar qiegħed isir b’uniformita u kif suppost, f’Malta u Għawdex. L-Aġenzija qegħda prezentament taħdem fuq programmi ta’ relazzjonijiet pubbliċi u edukazzjoni, li ser jiġi varat minn Ottubru li ġej fuq il-media, kif ukoll f’diversi skejjel u kulleġġi. Għal dawk li huma spejjez finanzjarji tal-operat tal-aġenzija, jidher li l-għan tagħha ser tilħqu ukoll.

Skemi speċjali għall-kunsilli lokali — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mid-Dipartiment f'din il-leġiżlatura għal skemi speċjali li nħarġu għall-Kunsilli Lokali bejn l-2008 u l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġislatura tħallsu €2,622,047.97 għall-iskema tal-PPP tat-toroq u €967,029.83 għall-iskemi l-oħrajn li nħarġu fil-perjodu ta’ żmien li qed jirreferi għalih, b’total ta’ €3,589,077.80. Aktar Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord tal-Governanza – każijiet pendenti li jirrigwardjaw kunsilli lokali, sindki jew kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-każijiet pendenti li hemm quddiem il-Bord tal-Governanza lokali li jirrigwardjaw Kunsilli Lokali, Sindki jew kunsilliera u liema huma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord ta’ Gvernanza Lokali m’ għandu l-ebda każ pendenti.
Leg 12 PQ #27079 Sitting 450 2016-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Istitut għall-Studju Turistiċi – memorandum of understanding

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-eżitu ta’ diversi Memorandum of Understanding iffirmati mill-Istitut għall-Studju Turistiċi u kif tkompla x-xogħol għall-aħjar interess tal-istudenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għan prinċipali ta’ diversi Memorandum of Understanding iffirmati mill-Istitut għall-Studju Turistiċi huwa illi jittrasforma l-Istitut f'ċentru ta' eċċellenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità vokazzjonali. L-Istitut għall-Studju Turistiċi qed jaħdem qatiegħ sabiex isir l-investiment meħtieġ fil-kapital uman illi huwa essenzjali għal żvilupp akkademiku. Fi Frar tal-2016, permezz ta’ ftehim illi sar bejn l-Istitut u l-Haaga Helia University of Applied Sciences ġewwa l-Fillandja, bdew is-CPDs għall-lekċerers. Dawn il-lekċerers mistennija li jieħdu l-baċellerat fil-livell sitta sas-Sajf tal-2017. Mal-Haaga Helia wkoll, l-ITS qed jiżviluppa baċellerat bl-unuri - BA Hons in International Hospitality Management, illi huwa mistenni jiġi uffiċjalment imħabbar fit-3 ta’ Frar 2017, bl-ewwel studenti mistennija jibdew f’Settembru 2017. L- Istitut għall-Studju Turistiċi qed jaħdem ukoll mal-Universita’ ta’ Malta fejn bdew diskussjonijiet biex jiġi żviluppat programm fil-livell ta’ baċellerat bl-unuri fil-gastronomija. Flimkien mal-MCAST, jinsabu f’livell avvanzat diskussjonijiet sabiex minn Ottubru 2017 jiġi mniedi Higher National Diploma in Agri-Tourism Management . Mal-MCAST ukoll, qed isir ftehim sabiex l-istudenti tal-ITS se jiġu wkoll mgħallmin suġġetti relatati mal-inġinerija fil-lukandi, mill- Institute of Building and Construction Engineering tal-MCAST. Il- Memorandum of Understanding illi ġie ffirmat mal-Emirates Academy of Hospitality Management (EAHM) ġewwa Dubai f’Mejju 2016, ser ikun qed jimmira lejn it-titjib tal-programmi akkademiċi offruti mill-Istitut għall-Studju Turistiċi biex jgħola l-livell ta' korsijiet offruti fil-livell ta’ baċellerat u Masters. Bħala l-ewwel pass f’din id-direzzjoni, l-Istitut għall-Studju Turistiċi beda diskussjonijiet għal skambju ta’ studenti bejn iż-żewġ pajjiżi b’mod speċjali fil-qasam tal-internships. F’Mejju tal-2016 ukoll, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi flimkien mad-Divers Alert Network (DAN) Europe, iffirmaw Memorandum of Understanding immirat lejn il-ħolqien ta' istituzzjoni li ser tpoġġi l-g¿ejjer Maltin bħala ċentru ta’ eċċellenza għall-għaddasa madwar id-dinja. In-negozjati jinsabu fi stat avvanzat biex uffiċjalment jitnieda l-International Institute of Diving Medicine and Safety, li ser jibda jopera mill-kampus tal-ITS fil-Qala Għawdex.

NCPE – ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment irċeviet l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 u kemm-il talba għall-informazzjoni rċeviet tul l-istess żmien? Kien hemm każijiet fejn l-NCPE investigat każijiet ex-officio tul il-perjodu msemmi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 l-NCPE rċeviet 192 ilment. L-NCPE rċeviet 281 talba għall-informazzjoni. Il-Kummissajru investigat 4 każijiet ex-officio.

NCPE – lista ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi nazzjonali

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista’ ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi nazzjonali li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) issottomettiet il-kontribuzzjonijiet tagħha, mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Organizzazzjoni – ċertifikazzjoni bil-Marka tal-Ugwaljanza — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il organizzazzjoni hija ċertifikata bil-Marka tal-Ugwaljanza u x’inhu t-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’dawn l-organizzazzjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li preżentament hemm 64 organizzazzjoni ċertifikata bil-Marka tal-Ugwaljanza li b’kollox iħaddmu madwar 16,150 persuna.