Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32447 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – pixxina

Question

B'referenza għar-rapport li deher fil-media lokali fil-21 ta' Marzu 2017, fejn is-Segretarju Parlamentari għall-Isport kien rraportat li qal li fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-pixxina fil-Kumpless Sportiv ta' Bormla b'investiment ta’ €6 miljun, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għall-pixxina f'Għawdex il-Gvern ipprovda biss l-art u ma ġew ivvutati l-ebda finanzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li r-Request for Proposals kienet speċifika “Concession for the Design, Build, Maintain and Operate of the Natatorium Complex in Victoria, Gozo”. Il-Gvern ma kellux joħroġ flus għad-disinn, bini, manutenzjoni u operat tal-pixxina ġewwa Għawdex. Għal din ir-raġuni ma ġewx ivvutati l-ebda finanzi għal dan il-proġett.

Eżami tal-O Level tal-Ġermaniż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew il-Bord tal-MATSEC irċeviex/irċevewx rapporti mingħand studenti jew ġenituri ta’ studenti li oġġezzjonaw li waqt is-sessjoni tal-eżamijiet tal-“O” Level tal-Ġermaniż li sar fil-kulleġġ ta’ De La Salle ftit tal-ġranet ilu fejn l-istudenti jiġu mitluba jisimgħu silta bil-lingwa Ġermaniża mbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet dwar dak li jkunu fehmu, fejn is-sound kien ħażin ħafna u minbarra hekk il-viżwal ukoll kien ħażin ħafna? Kemm irċieva oġġezzjonijiet? X’passi beħsiebu jieħu l-Bord tal-MATSEC biex l-istudenti ma jispiċċawx ikunu penalizzati intortament minħabba diffikultajiet li kellhom jiffaċjaw mingħajr ma kien tort tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-eżami tas-smigħ tal-Ġermaniż fil-livell tas-SEC sar fis-16 ta’ Marzu 2017. Infurmat li sas-Sibt 25 ta’ Marzu, jiġifieri sal-ġurnata tal-eżami tas-smigħ tat-Taljan, il-Bord tal-MATSEC kien irċieva ilment wieħed fuq il-kwalità tal-awdjo fl-eżami tal-Ġermaniż. Il-Bord ħa nota ta’ dan l-ilment u se jinvestiga dan il-każ speċifiku bħal ma jinvestiga kull ilment li jasal. Wara l-eżami tat-Taljan daħlu iktar ilmenti fuq l-eżami tal-Ġermaniż. Il-Bord ma rċieva l-ebda lment dwar il-viżwal tal-karta tas-smigħ tal-Ġermaniż. Il-Bord tal-Eżaminaturi tal-Ġermaniż se jaraw it-tweġibiet tal-istudenti u flimkien mal-uffiċjali tal-MATSEC se jiżguraw li l-ebda student ma jkun penalizzat minħabba l-kwalità tal-awdjo u tal-istampi.

Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid — ħwienet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex jiġu kkonsultati sidien il-ħwienet tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid invista tal-inkonvenjenzi li għaddejjin minnhom tul ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li saru numru ta’ laqgħat mal-operaturi kif ukoll mal-GRTU dwar dan il-proġett. Dawn id-diskussjonijiet kienu jsiru b’mod regolari mill-2015 sal-2017 qabel beda l-proġett. Intbaghat wkoll cirkulari lill-operaturi nkwestjoni kemm fuq iddevjar ta Traffiku kif ukoll fuq il-Loading and loading Bays.

Ġinevra – laqgħa tal-Ġnus Magħquda dwar il-faqar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba pajjiżna huwiex ser jieħu sehem fil-laqgħa li ser isir Ġinevra fil-25 ta’ April 2017 marbuta mal-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda dwar il-faqar? Jekk iva ser issir xi kontribuzzjoni?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ġinevra fil-25 ta' April 2017 ser issir il-laqgħa intitolata "Forum Reġjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli", li Malta ser tipparteċipa fiha. Dan il-Forum għandu jservi ta' pjattaforma ewlenija fejn ser tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-eżitu ta' dan il-Forum ser jiġi ppreżentat bħala kontribut reġjonali għall-Forum Politiku Għoli li sussegwentement ser jittella' f' New York f'Lulju 2017. Waqt il-Forum f'Ġinevra, l-Istati Membri m'huma mistennija jħabbru l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja.

Valletta FC — art għall-bini ta’ stadium

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li hemm numru ta’ siti li qed ikunu ikkunsidrati sabiex tingħata lil Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet, madankollu l-aktar waħda li qed naħdmu fuqha hija l-art li tinsab biswit Valletta Road, Ħal-Luqa.

Valletta FC — proġett

Question

Peress li kien il-Gvern li indika lill-Valletta FC li ma setgħux ikomplu jaħdmu fuq il-proġett fuq is-sit mgħoddi lilhom fl-2011, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Gvern kien se jirrifondi lill-Valletta FC l-ispejjeż li għamlu b’rabta mal-proġett kif ukoll bl-ispejjeż li kellhom jiffaċċjaw minħabba l-kiri ta’ grounds għat-taħriġ tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuq is-sit mgħoddi lill-Valletta FC fl-2011. Se nikkwota mill-iscreening letter mibgħuta mill-MEPA lill-Malta Football Association li applikat f’isem il-Valletta FC: ‘Policy SMCO 10 of the South Malta Local Plan – The area within which the site is located is designated as a Strategic Open Gap where the element of an urban type of development IS NOT RECOMMENDED.’ Jirriżulta li din il-Policy kienet ippublikata f’Lulju ta’ l-2006 u għaldaqstant meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għadda l-art lil Valletta FC kien jaf li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata għal għanijiet li kellhom il-Valletta FC. Għaldaqstant dan il-Gvern għamel dak li ma kienx kapaċi jagħmel il-Gvern ta’ dak iż-żmien u informa lill-Valletta FC li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata f’faċilitajiet sportivi u wiegħed, kif ser jagħmel, li jgħaddi lill-Klabb sit alternattiv, liema sit seta’ biss jinstab b’għaqal u mingħajr ingann għad-dannu ta’ Valletta FC.

Marsa FC – ground u faċilitajiet — spazju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jingħataw spazju il-Marsa FC biex ikollhom ground u l-faċilitajiet tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazju li ser jingħata lill-Marsa FC biex ikollhom grawnd u l-faċilitajiet tagħhom ser ikun fil-Marsa.

Pieta Hotspurs FC — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Pieta Hotspurs FC biex jingħataw spazju fejn ikunu jistgħu jitħarrġu b’mod adekwat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-unika informazzjoni li għandu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli għall-isport dwar grawnd tal-futbol u faċilitajiet sportivi relatati mal-Pietà Hotspurs FC huma dawk li jinsabu fi Triq Joe Gasan, il-Pietà, liema faċilitajiet kienu mgħoddija lil Pietà Hotspurs FC b’ċens annwu u temporanju għal 49 sena fit-22 ta’ Diċembru 1997 u li għadhom jagħmlu użu minnhom sal-lum. Infurmat ukoll li ma jirriżultax li hemm diskussjonijiet ma' Pietà Hotspurs FC biex jingħatalhom spazju addizzjonali.
Leg 12 PQ #32472 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta FC– art għall-bini ta’ stadium

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn se jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32473 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta FC — proġett

Question

Peress li kien il-Gvern li indika lill-Valletta FC li ma setgħux ikomplu jaħdmu fuq il-proġett fuq is-sit mgħoddi lilhom fl-2011, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern kien se jirrifondi lill-Valletta FC l-ispejjeż li għamlu b’rabta mal-proġett kif ukoll bl-ispejjeż li kellhom jiffaċċjaw minħabba l-kiri ta’ grounds għat-taħriġ tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.

Ħaddiema li qed jirreġistraw fit-Tielet Parti tar-reġistru

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919 dwar ingaġġ ta’ ħaddiema fil-Malta Libraries, jista’ l-Ministru jgħid kif ħaddiema li qed jirreġistraw fit-tielet parti tar-reġistru ma ġewx avżati mill-Jobsplus?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li meta Jobsplus tipproċessa vakanza ta’ xogħol minn xi entità, din timxi skont kriterji stabbiliti fil-vakanza. Dawn il-kriterji jiġu mqabbla mar-reġistranti tal-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru. Fil-każ dwar ingaġġ mal-Malta Libraries, il-Jobsplus infurmat lill-individwi li kienu jaqblu mal-kriterji tal-vakanza f’dawn id-dati msemmiji hawn taħt: · Library Assistants: individwi mill-Part 3 intbagħtu fis-07/09/2016; · Manager Projects: individwi mill-Part 3 intbagħtu fil-05/10/2016; · Library Attendants: individwi mill-Part 3 intbagħtu fis-06/03/2017. Ta’ min isemmi li meta ssir ‘match’ għal kandidati prospettivi, tintbagħat ittra individwali lil kull kandidat (meta Jobsplus ikollha l-imejl tal-individwu tintbagħat imejl ukoll) biex il-kandidati jiġu avżati bil-vakanza ta’ xogħol, sabiex japplika, filwaqt li tintbagħat lista bil-kandidati kollha lill-entità konċernata.

Jobsplus – persuni li qed jirreġistraw għal Library Assistant u Library Attendant

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħaddiema li qed jirreġistraw mal-Jobsplus għal Library Assistant u Library Attendant fuq l-ewwel it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-persuni bdew jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li Jobsplus ma tistax tgħaddi l-lista ta’ persuni jirreġistraw għaliex din tmur kontra l-protezzjoni tad-data tal-individwi konċernati. In-nomenklatura ta’ Library Assistant u Library Attendant ma teżistix fil-lista ta’ impjiegi (occupations) li tħaddan Jobsplus. Għaldaqstant, meta jkun hemm vakanza ta’ xogħol, Jobsplus tqabbel ir-reġistranti mal-kriterji stabbiliti fil-vakanza. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ nies li kienu eliġibbli għall-impjieg imsemmi skont il-perjodu ta’ reġistrazzjoni fit-30 ta’ Marzu, 2017: Library Attendants Registration duration 0-3 months 3-12 months 12 months+ Total Part 1 8 0 0 8 Part 2 1 0 0 1 Part 3 7 4 2 13 Library Assistants Registration duration 0-3 months 3-12 months 12 months + Total Part 1 34 0 5 39 Part 2 3 0 0 3 Part 3 24 28 1 53

Jobsplus – persuni li qed jirreġistraw għal Library Assistant u Library Attendant

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31917 u 31919, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li Malta Libraries irċeviet mill-Jobsplus tal-persuni li kienu qed jirreġistraw bħala Library Assistant u Library Attendant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-lista tan-nies li persuni mibgħuta minn Jobsplus ma tistax tingħata sabiex jiġu protetti l-individwi konċernati minn tixrid ta’ data personali. It-tabella ta’ hawn taħt tindika n-numri ta’ persuni mibgħuta minn Jobsplus lill-Malta Libraries. Library Assistants Library Attendants Part 1 3 15 Part 2 1 1 Part 3 22 10

Pjazza tal-Mosta – reserved parking għall-persuni li jkollhom b¿onn jinqdew b’emerġenza fil-klinika

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31961, ladarba ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hija Ċentru Reġjonali u tintuża minn eluf ta’ persuni kuljum u ladarba s’issa ma hemm l-ebda spazju ta’ parkeġġ għal fini ta’ min jiġi jinqegħda b’emerġenza dan qed joħloq tbatija inġusta, jista’ l-Ministru jerġa’ jikkunsidra l-istess risposta għall-fini ta’ ħtieġa umanitarja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qegħda tikkoordina mal-Kunsill Lokali biex jiġu rregolarizzati l-Parkeġġi Riservati tal-Pulizija, Ċentru tas-Saħħa, ELC u Social Services. Wara dan l-eżerċizzju Transport Malta tkun f’pożizzjoni aħjar biex tkun tista’ tikkunsidra din ir-rikjesta li għamel l-Onor. Interpellant.

Mosta – Triq il-Kostituzzjoni — siġra

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31962 jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex din is-siġra li hija selvaġġa u ma jistax ikun li tibqa’ titħalla tikber għaliex hija indikazzjoni ta’ traskuraġni u kif indikajt fl-istess mistoqsija, qed toħloq periklu għal bosta anzjani li jimxu fuq il-bankina fin-nofs ta’ Triq il-Kostituzzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Nerġa’ nitlob lill-Onor. Intepellant jispeċifika l-post li għalih qed jirreferi.

San Paolo Fuori le Mura – kunċert

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32051 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt iċ-ċerimonja tal-kunċert li sar f’San Paolo Fuori le Mura fis-17 ta’ Diċembru 2016 jekk id-delegazzjoni ta’ Mons. Arċisqof ingħatatx trattament skont il-protokoll jew le? Jekk le għaliex? Jista’ jgħid jekk kenux mistiedna l-funzjonarji Maltin kollha li jaħdmu fis-Santa Sede u x’tip ta’ stedina saret?

Response (BONNICI, OWEN)

Fir-rigward tal-protokoll għad-dinjitarji kollha li attendew il-kunċert li sar f’San Paolo Fuori le Mura, l-Ministeru mexa primarjament fuq l-assistenza mogħtija lilu mill-Ambaxxata Maltija f’Ruma u dik Maltija għas-Santa Sede, kif ukoll mill-informazzjoni mogħtija lilu mit-taqsima tal-Protokoll tas-Santa Sede. L-istediniet ħarġu permezz ta’ invit mibgħut kemm bil-posta kif ukoll permezz ta’ email u, f’dak li jirrigwarda l-funzjonarji li jaħdmu fis-Santa Sede, intbagħtu lil kull min kien fuq il-listi mgħoddija lill-Ministeru mill-Vatikan, mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta u mill-Kurja ta’ Għawdex. Tajjeb ngħid li l-kunċert kien miftuħ b’xejn għal kulħadd u li għalih attendew madwar 2,400 persuna. Din kienet opportunità fantastika għat-talent Malti biex jesebixxi l-ħiliet tiegħu u l- feedback li rċevejna kien verament pożittiv.
Leg 12 PQ #32550 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Director for Corporate Services – impenji uffiċjali barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-impenji uffiċjali barra minn Malta tad-Director for Corporate Services fil-Ministeru tiegħu minn meta ħadet il-ħatra? Minn meta ħadet il-ħatra jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-raġuni għal dan is-safar? X’safar sar u lejn liema pajjiżi sar? Kemm tħallset u xi spejjeż għamlet f’dan is-safar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti taż-żjara fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qegħda tinġabar.

Ftuħ tal-presepju Malti fil-Vatikan – delegazzjoni Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32049 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija li marret il-Vatikan għall-ftuħ tal-Presepju Malti? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni kenitx tikkonsisti f’numru sostanzjali ta’ persuni qrib tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, u jekk dawn il-persuni ngħatawx trattament privileġġat inkluż ħlasijiet tal-ispejjeż kollha marbuta mal-vjaġġi u lodging matul iż-żjara tagħhom f’Ruma? Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista ta’ dawk id-delegati li bbenefikaw minn xi forma ta’ finanzi biex żaru l-presepju Malti fil-Vatikan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32561 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Estratt tal-cannabis għal użu mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm b’kollox ġew approvati s’issa każi ta’ persuni li ngħataw il-permess li jużaw l-estratt tal-cannabis għall-użu mediku minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi? Jista’ jgħid x’kienet l-indikazzjoni medika u għalxiex ġiet awtorizzata, każ b’każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm każ wieħed fejn estratt tal-cannabis (sativex) ġie approvat għall-użu mediku.