Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28502 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – membri tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28503 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – Segretarju tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa s-Segretarju tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28504 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku — Kap

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-Kap li se jkun qed jimplimenta d-direttivi tal-Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28505 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – impjegati — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jserraħ ras l-impjegati kollha li qabel kienu jwettqu dmirijiethom mas-servizz pubbliku u li issa qed jitqiesu bħala impjegati tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016 li ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom qabel dan it-tibdil se jibqgħu effettivi u viġenti mingħajr bla ebda tibdil li jista' jkun ta' detriment għalihom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28150 u jgħid min huma l-persuni, kumpaniji jew partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza fis-sena 2015 u fis-sena 2016 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu? Jista' jgħid kemm minn dawn saru permezz ta' direct order? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għoti ta’ ikel — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jkun qed jibbenefika mill-iskema ta' €300,000 imħabbra minn dan il-Gvern, sabiex jipprovdi ikel lil min ma jikkwalifikax fl-iskema tal-għotjiet tal-ikel tal-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta’ dawk li ser ikunu eliġibbli qegħda tiġi aġġornata sakemm ikun konkluż l-eżerċizzju tat-tender.

MCAST – Korsijiet tal-Evening Classes kanċellati

Question

Jista' l- Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-korsijiet tal-evening classes fl-MCAST ġew ikkanċellati għas-semester preżenti, minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti raġuni għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li m’huwiex minnu li l-evening classes tal-MCAST ġew kanċellati fis-semestru preżenti. Il-korsijiet qed jinfetħu b‘mod regolari skont id-domanda. Madankollu, kien hemm kors ta' filgħaxija wieħed biss tal-MCAST li ġie kkanċellat f'dan is-semestru minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti. Dan sar għal raġunijiet tekniċi u amministrattivi.

MCAST – Korsijiet tal-Evening Classes kanċellati — lista

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet tal-MCAST li ġew ikkanċellati għas-semester li beda f'Ottubru/Novembru 2016? Jista' jagħti r-raġuni għal kull kors rispettivament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kors ta’ filgħaxija wieħed biss tal-MCAST ġie kkanċellat fis-semestru preżenti minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti. Dan kien il-kors ta’ Pottery Throwing fejn kien hemm tmien (8) applikanti li tlieta (3) minnhom kellhom skont ta’ 75%. Dan sar minħabba raġunijiet tekniċi u amministrattivi.

Wied il-Għajn – tindif ta’ ħmieġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitnaddaf il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm il-ħmieġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din iż-żona hi fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn. Minn informazzjoni li għandu d-Direttorat għat-Tindif din hi żona li s-sid huwa l-privat. Qed nippruvaw nidentifikaw min hu s-sid ta’ din il-proprjeta’.

Att dwar Proċedimenti Kollettivi

Question

Wara d-deċiżjoni li ħareġ l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fl-4 t’Ottubru 2016 rigward is-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel, tista’ l-Ministru tispjega jekk il-konsumaturi jistgħux jutilizzaw l-Att dwar Proċedimenti Kollettivi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-artiklu 3 tal-Kap 520 proċedimenti kollettivi jistgħu jiġu istitwiti meta deċiżjoni jew sentenza li tistabbilixxi ksur tal-liġi tal-Kompetizzjoni tkun finali (res gudicata) għaddiet f’ġudikat. F’dan il-każ id-deċizjoni għadha ma saritx finali fid-dawl tal-fatt li Falzon Group Holdings Limited appella mid-decizjoni quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u infetħet ukoll kawża kostituzzjonali.

Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), tista’ l-Ministru tgħid kif ser jiġu affetwati l-investigazzjonijiet li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni qed jagħmel taħt l-Att għall-Kompetizzjoni qabel ma ġie emendat permezz ta’ Att VI tas-sena 2011? Tista’ tgħid jekk l-Uffiċċju jistax ikompli jagħmel l-investigazzjonijiet, joħroġ deċiżjonijet u jenforza l-liġi? Kemm-il investigazzjoni hemm b’kollox li ser jiġu affettwati u liema setturi dawn jikkonċernaw, l-allegat detriment għall-konsumatur u għall-intrapriżi żgħar u medji?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-investigazzjonijiet li kienu nbdew qabel ma ġie emendat l-Att dwar il-Kompetizzjoni fl-2011, ma ġewx affetwati mis-sentenza konstituzzjonali filwaqt li l-investigazzjonjiet tal-każi pendenti għadhom għaddejjin.

Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), tista’ l-Ministru tgħid kemm-il investigazzjoni għad hemm pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li qed jiġu nvestigati taħt l-Att għall-Kompetizzjoni wara li ġie emendat permezz ta’ Att VI tas-sena 2011? Tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni liema setturi dawn jikkonċernaw u f’kull każ x’inhu l-allegat detriment għall-konsumatur u għall-intrapriżi żgħar u medji?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għandu għaxar każijiet li qegħdin jiġu investigati. Dawn il-każijiet jikkonċernaw is-setturi li ġejjin: Tliet każijiet fis-settur tat-telekomunikazzjoni, tnejn fis-settur tad-devertiment u dak tal-energija waqt li hemm każ wieħed fis-setturi tal-lotteriji, tax-xorb u uniformijiet tal-iskejjel. L-Uffiċċju ma jistgħax jikkumenta fuq każijiet pendenti minħabba li jista’ jkun ta’ preġudizju għal-każ.

Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), tista’ l-Ministru tgħid jekk l-investigazzjoni fil-konfronti tal-istess Federazzjoni hijiex qed titkompla? Jekk iva meta hu mistenni li tinħareġ id-deċiżjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fis-sentenza kostituzzjonali fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li s-setgħat mogħtija lid-Direttur li joħroġ deċiżjoni dwar ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni u jimponi multi jew miżuri oħra, jekk isib ksur, ma jiswewx u ma għandhomx effett quddiem il-Federazzjoni.

Direttur Ġenerali – multa amministrattiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il multa amministrattiva ġiet imposta mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għal xi ksur tal-artikolu 5 jew 9 tal-liġi tal-kompetizzjoni minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 27947.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — Sid ta’ pompa ta’ petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel

Question

B’referenza għad-deċiżjoni maħruġa mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fl-4 t’Ottubru 2016 rigward sid ta’ pompa ta’ petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel, tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) kellux il-fakultà li fuq inizjattiva tiegħu, joħroġ interim measure qabel ma ħareġ din id-deċiżjoni? Jekk din l-inizjattiva ma ttieħditx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li peress li Falzon Group Holdings Limited u San Lucian Oil Company Limited preżentaw rikors ta’ appell quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur kif ukoll rikors kostituzzjonali fil-Prim Awla tal-Qorti Civili (Gurisdizzjoni Kostituzzjonali), l-Ufficcju ma huwiex f’posizzjoni li jikkumenta peress il-kaz huwa sub judice.
Leg 12 PQ #28543 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas għal kull sodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-gvern ta’ kull sodda lil Vitals Global Healthcare? Minn meta beda jsir dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa qegħdin fil-proċess li nħallsu somma globali li tkopri s-servizzi mogħtija mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech sal-aħħar tal-2016.
Leg 12 PQ #28544 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont li l-gvern iħallas lil Vitals Global Healthcare huwiex l-istess għal kull tip ta’ marda jew jekk is-sodod u l-ħlas għalihom humiex ikklassifikati skont it-tip ta’ mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28545 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas ta’ sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta’ ħlas għal kull sodda kuljum lil Vitals Global Healthcare tinkludix l-investigazzjonijiet kollha li jsiru fuq il-pazjent? Jekk le, kif jitħallsu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28543.
Leg 12 PQ #28546 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-Vitals Global Healthcare sal–lum mill-gvern għas-servizzi li taw u /jew qed jagħtu? Liema kienu dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas li l-gvern se jkun qed iħallas jitqabbel raġonevolment mal-ispejjeż rikorrenti tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-isptar Karen Grech.
Leg 12 PQ #28547 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni (EPA) fil-preżent? Fil-preżent, kemm għandha impjegati l-EPA u x’inhuma r-remunerazzjonijiet u l-perks ta’ kull impjegat/a?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun huwa kompost mill-President; L-Imħallef Philip Sciberras u tlett membri oħra; Dr Patrick Sammut, Ms Mariella Meachen u Ms Pauline Baldacchino. Din l-Awtorita’ għandha tlett impjegati.