Tista’ l-Ministru tgħid x’qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex jiġi aċċertat li f’postijiet fejn jattiraw ħafna konsumaturi, id-drittijiet tal-konsumaturi qed jiġu mħarsa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur iwettaq spezzjonijiet regolari f’postijiet kummerċjali fil-bliet u rħula iżda l-iktar li jintensifika din il-ħidma hija f’lokalitajiet u ċentri kummerċjali li jattiraw lill-konsumatur.
Barra minn hekk, waqt l-ispezzjonijiet l-uffiċjali mid-Direttorat tal-Infurzar jinkuraġġixxu lil tal-ħwienet sabiex japplikaw biex jidħlu fl-iskema
Trust You
bil-għan li tippromwovi relazzjoni ta’ fiduċja bejn min jixtri u min ibigħ.
L-MCCAA qegħda wkoll kontinwament teduka kemm il-konsumaturi kif ukoll il-bejjiegħa dwar l-obbligi u d-drittijiet legali tagħhom permezz tat-televiżjoni u r-radju. Ta’ min isemmi wkoll li l-Uffiċċju jagħti l-kontribut tiegħu billi darbtejn fil-ġimgħa jkun preżenti ġewwa l-Uffiċini tas-Servizz.gov ġewwa Raħal Ġdid u Birkirkara bil-għan li jagħti pariri u informazzjoni dwar il-liġijiet tal-konsumatur lill-pubbliku in ġenerali.
Dan kollu jsir sabiex jiġi assigurat li ċ-ċittadin ikun kemm infurmat kif ukoll imħares fejn jidħlu d-drittijiet tiegħu bħala konsumatur.
Tista’ l-Ministru tgħid x’operazzjonijiet qed isiru mid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti minn prodotti perikolużi u jkollhom fiducja fis-suq?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li biex jiżgura li l-konsumaturi jkunu protetti minn prodotti perikolużi u jkollhom fiduċja fis-suq, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq juża l-mezzi kollha li ttieh il-liġi billi jagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet u postijiet tal-kummerċ sabiex ikun immoniterjat is-suq. Isir infurzar u teħid ta’ miżuri fil-każ li xi prodott li jkun iponi riskju serju u jirtira l-prodott mis-suq. Minbarra dan isiru ukoll testijiet fuq prodotti biex ikun mistħarreġ jekk dawn humiex konformi mal-istandards u liġijiet applikabbli. Id-Direttorat joħroġ stqarrijiet u press releases sabiex il-pubbliku jkun infurmat meta jinstab xi prodott li jkun iponi riskju serju.
Id-Direttorat tas-Sorveljanza jattendi ukoll għal laqgħat u fora tal-Kummissjoni Europea, kif ukoll tal-Aġeniji tal-Kummissjoni u għandu involviment attiv ħafna fis-sistema RAPEX li tieħu ħsieb li tinnotifika lill-istati membri tal-Unjoni Ewropeja meta xi prodott li jkun iponi riskju serju għall-konsumaturi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-koppji tal-istess sess li minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija:
a) daħlu f’unjoni ċivili f’Malta;
b) daħlu f’unjoni ċivili barra minn Malta u l-i
status
tal-unjoni ġie rreġistrat f’Malta;
c) iżżewġu barra minn Malta u l-i
status
tal-unjoni ġie rreġistrat f’Malta; u
d) applikaw sabiex ikunu kkunsidrati biex jaddottaw?
Response (DALLI, HELENA)
Minn April tal-2014, meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar l-unjonijiet ċivili:
a) 120 koppja daħlu f’unjoni ċivili f’Malta u Għawdex;
b) 15-il koppja daħlu f’unjoni ċivili barra minn Malta u l-istatus tal-unjoni tagħhom ġie rreġistrat f’Malta;
c) 18-il koppja iżżewġu barra minn Malta u ż-żwieġ tagħhom ġie rreġistrat f’Malta; u
d) 4 koppji tal-istess sess kienu approvati għal addozzjoni, fejn koppja minnhom diġà addottat.
Ħal Tarxien – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ssuġġerixxa li tkun asfaltata Triq Ħal Luqa.
Raħal Ġdid – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27377 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola, fid-dawl tal-ftuħ għall-vetturi tat-triq mal-Baċir numru 7, issuġġerixxa lil Transport Malta li tkun asfaltata il-parti ta’ Triq il-Baċir minn Triq Għajn Dwieli sar-roundabout.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO ta’ SportsMalta jew min qed jaġixxi bħala tali f’din il-kariga? Kemm għandu remunerazzjoni u perkaċċi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant huwa s-Sur Mark Cutajar li s-salarju u l-allowances tiegħu huma kif ġej:
Salarju skala 3 li fl-2016 huwa €36,482.00 fis-sena
Expertise allowance ta' €12,500.00 fis-sena
Car allowance ta' €4,659.00 fis-sena
Communication allowance ta' €1,600.00 fis-sena.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-persuna kienet diġà inkluża fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28062.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27417 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huwa l-avukat tat-tfal li jservi fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid għaliex m’hemmx avukat tat-tfal abbinat biss mal-Qorti ta' Għawdex u kull darba li jkun hemm każ dan irid jitla' minn Malta? Jista' jgħid f'kemm-il każ matul l-2015 u matul l-2016 sal-lum ġie appuntat avukat tat-tfal mill-Qorti ta' Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-preżent hemm żewġ avukati tat-tfal li jiġu nominati mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex.
Irrid ngħid li matul l-2015 u l-2016 ma kien hemm ebda nomina mill-Ġudikatura ta’ Avukat tat-tfal fil-Qorti ta’ Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa tal-Gvern biex jippromwovi u jirreklama fuq kwalsiasi media, inkluż dik soċjali, il-miżuri tal-Budget 2017?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li sar ġewwa l-bitħa interna ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru sarx taħt is-superviżjoni ta' Heritage Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex dan ix-xogħol ma sarx taħt l-osservazzjoni ta' esperti u jekk hemmx ħsieb li l-kisi li ġa beda jfarfar, jerġa’ jsir kif suppost?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi sar mill-GHRC bil-permessi u l-proċeduri meħtieġa tal-awtoritajiet kollha ikkonċernati. Huwa normali li kisi f’dak l-ambjent jiġi mantnut b’mod regolari.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26021, jista' l-Ministru jgħid, ladarba Heritage Malta ma tafx bid-diffikultajiet imsemmija, x'kienet ir-raġuni li n-nies li jaħdmu fl-istores mhux qed ikollhom trasport kull meta jkun hemm il-bżonn kif ukoll għaliex xi ħaddiema urew ix-xewqa li jiċċaqalqu minn dan id-dipartiment? Jista’ jgħid x'qiegħda tagħmel Heritage Malta sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward kif ukoll fir-rigward tal-ħaddiema tal-istores?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-użu tal-vetturi ta’ Heritage Malta jiġi ppjanat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-aġenzija. Għall-bidu xi uffiċjali kellhom xi diffikultà sabiex draw is-sistemi tal-IT ġodda u li issa ġew riżolti: xi ħaġa li wieħed jistenna f’ċirkostanzi simili.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26020, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din l-informazzjoni kienet ingħatat fis-snin oħra u issa mhux tingħata? Ma jaħsibx il-Ministru li dan l-ħabi jista' jwassal għal nuqqas ta' trasparenza ta' kif qed jiġu mqassma fondi pubbliċi ġewwa Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan mhux każ ta’ ħabi, għax l-Onor. Interpellant huwa mistieden li jiġi jara l-informazzjoni għall-kumdita tiegħu privatament. Biss nemmen li minħabba r-raġunijiet ta’ kunfidenzjalità din l-informazzjoni m’għandhiex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Heritage Malta — Heads u Managers – performance bonus
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26019, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-objettivi u l-kriterji kollha li fuqhom se jingħata l-Performance Bonus lis-CEO, il-Heads u l-Managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-informazzjoni mitluba.
Art in Public Spaces Programme 2016-2018 – votazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26018, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex assigurat li l-votanti kienu eleġibbli biex jivvotaw darba biss u allura li ma ntefax iktar minn vot wieħed għal kull votant?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26016, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni sabiex Heritage Malta tipparteċipa fil-proġett tal-Google Cultural Institute?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-Google Cultural Institute waslu fi stat avvanzat u ghandhom jigu konkluzi fil-gimghat li gejjin.
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23878 u 24116 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena, mill-2013 ’il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti infrastrutturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Proġett tal-V18 – proġetti infrastrutturali fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jopera l-Asset Management Bureau u jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma u l-operat tiegħu s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
'Il-corpus delicti' u l-qliegh minn attivitajiet kriminali jigu konfiskati in forza ta diversi ligijiet fosthom il- Kodici Kriminali, il-ligijiet dwar id-drogi, dwar il-money laundering u dwar id-dazji.
Dawn il-konfiski huma amministrati minn unit apposta fil-Qorti u mill-Pulizija.
Il-Gvern haseb biex jistabbilixxi Asset Management Bureau li twaqqaf b Avviz Legali biex jibda jiehu hsiebdanix-xoghol.
Dak il- Bureau prezentement qieghed fl-istadju tal-organizzazzjoni inizjali tieghu u tal- konstatazzjoni dwar kif jista jkun l-aktar effettiv u ekonomiku.