Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħlijiet ta’ manutenzjonijiet u rranġar fi skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li ngħataw sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni, irranġar u titjib fi skejjel matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada li l-informazzjoni mitluba hi kif muri fil-lista li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li bħal fi snin oħra, minbarra x-xogħlijiet li ngħataw, saru wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni u rranġar fi skejjel matul l-2016 mill-ħaddiema tal-manutenzjoni li hemm fl-iskejjel statali.

MCAST – Air Conditioners li ma jaħdmux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm Air Conditioners li ma jiffunzjonawx fil-binjiet tal-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-preżent fi ħdan l-MCAST hemm 690 unitajiet ta’ arja kkundizzjonata. Dsatax (19) minnhom bħalissa huma rappurtati li ma jaħdmux sew minħabba raġunijiet tekniċi. Minn dawn id-dsatax uħud minnhom qed jissewwew f’dawn il-ġranet, għal oħrajn saret ordni ta’ spare parts biex il-ħsara teknika tiġi rettifikata, waqt li oħrajn ser jinbidlu wara li għadu kemm ġie aġġudikat tender wara proċess ta’ sejħa pubblika.

Skola Ġuże Ellul Mercer — eżamijiet tas-SEC

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28170, jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’kienu l-marki li ġabu dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalma ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28170, kien hemm sittin (60) student li resqu għas-sessjoni ta’ Mejju u tlieta u għoxrin (23) għal dik f’Settembru. Infurmat li r-riżultati li nkisbu huma kif ġej: Malti – resqu 48 student, 33 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 15 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 10 grad 5, 7 grad 6, 5 grad 7 u 25 assenti jew grad U. F’Settembru kien hemm 11-il student li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 1 grad 4, 3 grad 5, 2 grad 6, 1 grad 7 u 4 assenti. Marki Mejju Settembru Malti 4 1 1 5 10 3 6 7 2 7 5 1 A 7 4 U 18 0 Total 48 11 Ingliż – resqu 45 student, 24 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 21 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 5 grad 5, 10 grad 6, 10 grad 7 u 19 li jew kienu assenti jew ġabu grad U. F’Settembru kien hemm 16-il student li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 4 grad 5, 8 grad 6, 2 grad 7 u 2 assenti. Marki Mejju Settembru Ingliż 4 1 0 5 5 4 6 10 8 7 10 2 A 5 2 U 14 0 Total 45 16 Matematika - resqu 48 student, 32 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 16 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 9 grad 5, 11 grad 6, 5 grad 7 u 22 li jew kienu assenti jew ġabu grad U. F’Settembru kien hemm 13- il student li resqu għar-resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 6 grad 5, 1 grad 6, 2 grad 7 u 3 assenti. Marki Mejju Settembru Maths 4 1 0 5 9 6 6 11 1 7 5 2 A 10 3 U 12 1 Total 48 13 Fiżika - resqu 28 student, 17 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 11 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 6 grad 5, 8 grad 6, 1 grad 7 u 12 assenti jew grad U. F’Settembru kien hemm 5 studenti li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 1 grad 5, 2 grad 6, 0 grad 7 u 2 assenti jew U. Marki Mejju Settembru Fiżika 4 1 0 5 6 1 6 8 2 7 1 0 A 1 0 U 11 2 Total 28 5
Leg 12 PQ #28684 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS – bini ġdid — ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ il-bini l-ġdid tal-Istitut għal Studji Turistiċi (ITS) fi Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turisti, 1i ser jinkludi wkoll lukanda, huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019.
Leg 12 PQ #28685 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swimming Pools

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn swimming pools reġistrati f’pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma li n-numru ta’ swimming pools reġistrati bħalissa f’pajjiżna huwa ta’ 3880.

Għajnuna soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba għajnuna soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28183.
Leg 12 PQ #28687 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Azzjonijiet ta’ infurzar dirett

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, kemm fadlilha tiġbor din l-Awtorità għall-ispejjeż li għamlet hi mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjannar li mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, l-Awtorità fadlilha tiġbor €158,827 għall-ispejjeż li għamlet hi, mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett.

Ħruġ ta’ pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq ħruġ ta’ pensjoni peress li r-raġel miet u għadha ma rċeviet xejn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, bl-eżitu tat-talba tagħha.

Applikazzjoni għall-home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn dan jinsab f’home u għamel applikazzjoni għall-bdil tal-Home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d- direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjomi mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Kirkop – Kulleġġ San Benedittu – permess għat-trobbija tal-ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hemmx permess għat-trobbija tal-ħamiem, fil-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal Kirkop?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fis-7 ta’ April 2016, l-iskola sekondarja ta’ Ħal Kirkop kienet avviċinata mill-Malta Federation of Racing Pigeon Clubs dwar possibiltà ta’ proġett edukattiv li jinvolvi tagħlim dwar it-trobbija tal-ħamiem tat-tiġrija. Proġetti bħal dawn diġà jeżistu f’pajjiżi oħra Ewropej bħal Portugal, l-Olanda u l-Belġju. L-iskola rat il-valur edukattiv tal-proġett, infurmat lill-Prinċipal tal-Kulleġġ u daħlet għal dan il-proġett extra kurrikulari. L-iskola kienet infurmata mill-federazzjoni li ma jeżisti ebda permess uffiċjali għat-trobbija tal-ħamiem. Il-ftehim mal-federazzjoni jinkludi li l-federazzjoni tibni loft (mobbli u tal-injam) tal-ħamiem, tipprovdi l-ħamiem, tmantni l-ħamiem bl-ikel u tieħu ħsieb is-sanità u s-saħħa tiegħu b’indafa u l-mediċina li hemm bżonn filwaqt li tipprovdi informazzjoni lill-għalliema u l-istudenti dwar dan l-isport. Il-Federazzjoni hija membru tal-Kunsill Malti għall-iSport. Grupp ta’ madwar 30 student jipparteċipaw b’mod attiv u regolari waqt il-brejk f’din l-attività non formali.
Leg 12 PQ #28702 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ordni tal-Preċedenza tal-Istat Malti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-Ordni tal-Preċedenza tal-Istat Malti u minn meta daħal fis-seħħ l-aħħar tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2016 permezz tal-komunikat li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li ħadu warrant taħt il-parti VI tal-Kap 445

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom warrant taħt il-parti VI tal-Kap 445 tal-Liġijiet ta' Malta? Min huma l-membri tal-bord li jiddetermina dawn il-warrants, kemm jitħallsu u x'remunerazzjoni għandhom għas-servizz li jagħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dik il-parti tal-liġi msemmija li tirrigwarda l-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi qatt ma ġiet in vigore minħabba teknikalità legali. Għalhekk bħalissa ma hawn ħadd li għandu warrant, il-bord imsemmi ma jeżistix u konsegwentement ma hemmx remunerazzjoni.

Għawdex — Childcare Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Childcare Centres f’Għawdex? Jista’ jgħid fit-total kemm hemm postijiet għat-tfal fiċ-Childcare Centres kollha f’Għawdex? Hemm xi pjanijiet għal aktar Childcare Centres f’Għawdex fil-futur immedjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-Childcare Centres f’Għawdex li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni huma tnejn (2). It-total ta’ postijiet għat-tfal f’dawn iċ-Childcare Centres huwa sitta u disgħin (96). Hu ppjanat li jkun hemm Child Care Centre ġdid li se jifforma parti mill-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat f’Għawdex.

Forzi Armati ta’ Malta – sensitive items

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013 sal-lum kienx hemm rapporti ta’ serq u/jew telf ta’ sensitive items mill-Forzi Armati ta’ Malta? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv , jista’ jagħti d-dati meta seħħ dan is-serq u/jew telf? Jista’ jagħti wkoll id-dettalji ta’ x’kienu s-sensitive items irrappurtati misruqa u/jew mitlufa u jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra membri tal-Armata inkonnessjoni ma’ dan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjegati tal-gaming

Question

Peress li dan l-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? Jista’ jagħti n-numru ta’ drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija għand kull deputat? Jista’ jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u flgħaxijiet? Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta’ lotterija? Hemm xi regoli li kulħadd għandu jkun jaf?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Peress li dan 1-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? - Jista' jaghti n-numru ta' drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija għand kull deputat? Tlugh ta' Lotteriji - Tliet darbiet. Tombla - Darba waħda biss minħabba 1i kien hemm tlugħ ta' lotterija magħha wkoll. L-isem tal-Membru Parlamentari huwa 1-Onor. Robert Arrigo għax hu kien l-uniku Membru Parlamentari li applika għat-tlugħ tal-lotterija/lotteriji. Bħa1a Awtorità, l-ispettur jiġbor id-dettalji tar-rebbieħ/rebbieħa. Dan kollu jsir skont ir­regolamenti mniżżla fl-istess formola tal-applikazzjoni. Jista' jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u filgħaxijiet? L-Ispetturi tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob jaħdmu fuq bażi ta' shift bi 12-il siegħa b'żewġ shifts kuljum, għa1 seba t'ijiem inklużi il-Ħdud u l-festi u dawn l-ispezzjonijiet imsemmija huma nklużi fir-rutina tax-xogħol tagħhom. Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta' lotterija? Il-ħin tat-tlugħ tal-lotteriji/tombli huwa normalment indikat mir-rappreżentant/applikant innifsu. Hemm xi regoli 1i kulħadd għandu jkun jaf? L-informazjoni tar-regoli kemm tal-lotteriji u kif ukoll tat-tombli huma annessi mal­applikazzjonijiet rispettivi, kifukoll fuq is-sit elettroniku tal-MGA: Lotteriji - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Non-Profit-Tombolas­Applicationl.pdf Tombola - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Application-Form-Non-Profit ­ Tombolas-Application_scm.pdf Kundizzjonijiet: Biex tingħata liċenzja għat-tlugħ ta' lotterija bla profit hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. L-informazzjoni mitluba hawn taħt trid tiġi mogħtija lil-A/Direttur a. Valur kummerċjali u n-natura tal-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu; b. in-numru ta' premijiet li hemm għar-rebħ u t-tip ta' premijiet li hemm għar-rebħ jekk hemm iktar minn wieħed ta' premju; c. ir-regoli li jiggovernaw min hu eliġibbli biex jipparteċipa u jirbaħ dawn il-premijiet; d. id-data ta' meta r-rebbieħa se jiġu ppubblikati, b'liema manjier dawn se jiġu ppubblikati e. i1-perjodu li fih dawn il-premijiet għandhom jinġabru (mhux iktar minn xahar minn meta sseħħ il-lotterija) f. id-dettalji tal-parteċipanti rebbieħa 2. L-A.Direttur (lottu) għandu d-dritt li jibgħat rappre¿entant tiegħu għas-selezzjoni ta' kif jintrebħu 1-premijiet, liema spejje¿ jiġu koperti mis-sid tal-liċenzja. Il-miżata hija ta' €35 pagabbli lill-Awtorità Maltija għal-Logħob. Jekk it-tlugħ tal-lotterija ssir ġewwa 1- istabbiliment tal-Awtorità, il-miżata applikabbli tkun ta' €12 3. Il-prezz biex wieħed jipparteċipa f’dawn il-logħob bla profit, ma jridx jeċċedi €0.58 ċentezmi għal kull parteċipazzjoni 4. Il-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu ma jkunx/jkunux jikkonsisti/u fi flus, ċekkijiet jew dokumenti simili li jippermetti lil awtur li jikoverti dak il-premju fi flus 5. Kull avvi¿ li jiġi ppubblikat, ikun juri ċar, in-numru tal-liċenzja mogħtija mill-Awtorità 6. Il-persuni fl-impjieg tas-sid il-liċenzja jew persuni konnessi b'xi mod u manjiera mal-logħba, ma jitħallewx jipparteċipaw 7. Il-premijiet li jibqgħu ma jinġabrux, wara xahar mit-tlugħ tal-lotterija, il-valur ta' dawn għandu jiġi mħallas/mgħoddi lill-Ministeru tal-Finanzi 8. L-A/Direttur jista' ma joħroġx il-liċenzja jekk il-valur aggregat tal-premijiet li jistgħu jintrebħu jeċċedi 1-ammont ta' €11,646.86 9. Sid il-liċenzja ma jistax iċedi jew jibdel li liċenzja tal-logħob bla profit tul il-perjodu tal­ liċenzja nnifisha mingħajr ma jieħu l-approvazzjoni bil-miktub mingħand IA/Direttur, jekk din l-approvazzjoni toħroġ, sid il-liċenzja jista' jċedi jew jibdel dejjem suġġett għat-termini u l- kundizzjonijiet kif stipulati mill-A/Direttur fl-approvazzjoni mogħtija. Il-liċenzja ma tistax tiġi mogħtija lil terzi persuni. 10. Sid il-liċenzja għandu jħallas lill-Ministeru tal-Finanzi permezz tai-Awtorità r-rata ta' 25% ta' dazju fuq l-ammont aggregat tal-valur tal-premijiet li jistgħu jintrebħu. 11. L-ammont totali f Ewro (€) u n-numru ta' biljetti għandhom jiġu pprovduti lill-Awtorità mhux aktar tard minn ġurnata wara li jsir it-tlugħ tal-lotterija.

Il-Marsa — Korsa taż-Żwiemel - tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tmexxija tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa tgħaddi għand il-privat? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Privatisation Unit kien ħareġ Request for Proposal bil-għan li jgħaddi s-sit lis-settur privat ‘on a temporary emphyteutical basis’. Il-proċess jinsab f’fażi ta’ negozjati mal-privat.

Il-Marsa — Korsa taż-Żwiemel – sistema tad-dwal

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa lis-sistema tad-dawl fil-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa peress li hemm numru ta’ bozoz li ilhom xhur maqtugħin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-dawl li jintuża fis-sigħat bikrin ta' filgħodu ssewwa u qed jaħdem b'mod normali. Rigward id-dawl li jintuża matul it-tiġrijiet, dawn ġew iċċekkjati kollha u nbidlu xi floodlights. Madankollu għad hemm xi problemi fuq arblu minnhom li mhux qed jiffunzjona tajjeb il-ħin kollu. Qed isiru t-testijiet meħtieġa biex tissolva l-problema.

Il-Marsa – Korsa taż-Żwiemel – tibdil tar-ramel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel ir-ramel tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-ramel tal-Korsa ser jinbidel matul il-waqfa tax-xitwa bejn Diċembru u Jannar.