Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ żjarat uffiċjali li għamel barra minn Malta bejn April ta’ din is-sena (2016) u d-data ta’ meta titwieġeb din il-mistoqsija? X’laqgħat kellu l-Ministru f’kull żjara?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' żjarat uffiċċjali li għamilt barra minn Malta bejn April 2016 u llum, kif ukoll il-laqgħat li kelli f'kull żjara.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ laqgħat li kellu ma’ Ministri għall-Affarijiet Barranin u Ministri oħra ta’ pajjiżi li żaru Malta bejn April ta’ din is-sena (2016) u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat tal-laqgħat ma’ Ministri għall-Affarijiet Barranin u Ministri ta’ pajjiżi oħra li żaru Malta bejn April ta' din is-sena u llum.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Żjara tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Montenegro f’Jannar
· Żjara tal-Prim Ministru l-E. T. Milo Dukanoviæ f’Malta f’Mejju
· Konklużjoni ta’ Dikjarazzjoni dwar Koperazzjoni Ekonomika u Teknika
· Konklużjoni ta’ Memorandum dwar Koperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika
· Żjara tal- President ta’ Malta, L-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Mongenegro f’Ġunju
· Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u l-Iżvilupp Ekonomiku, l-Onor. Dr Jose Herrera fil-Montenegro f’April
· Iffirmar ta’ Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
· Żjara tal-E. T. Sanja Vlahoviæ, Ministru tax-Xjenza u r-Riċerka tal-Montenegro f’Lulju
· Żjara tal-Ministru għall-Kompetittivita’ u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, l-Onor. Dr Manuel Mallia f' Settembru
· Żewġ laqgħat li kelli mas-Segretarju tal-Istat għall-Integrazzjoni Ewropea u Kap Negozjatur tal-Montenegro, l-E.T. Aleksander Andrija Pejovic f’Settembru
· Il-ħatra ta’ l-Ambaxxatur Malti għall-Montenegro, l-E.T. Jamie Cremona, f’Jannar u l-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Montenegro għal Malta, l-E. T. Antun Sbutega f’Ġunju
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27564 - Montenegro.docx
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Diversi laqgħat li kelli fil-Kosovo fi Frar
· Iffirmar ta’ Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjizi
· Żjara Statali tal-President ta’ Malta, l-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Kosovo fi Frar
· Żjara mill-President tal-Kosovo, l-E. T. Atifete Jahjaga f’Malta f’Marzu
· Żjara mill-Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea, l-E. T. Bekim Collaku f’Ġunju
· Laqgħa li kelli mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-E. T. Enver Hoxhaj, fi New York
· Ħatra tal-Ambaxxatur Malti għall-Kosovo, l-E. T. Godwin Pulis, f’Ottubru
- Huwa mistenni, li l-E.T. Hashim Thaci jżur Malta għal Żjara Statali f'Diċembru 2016.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27565 - Kosovo.docx
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ bini ta’ awli ġodda fil-Qrati bħalissa huwiex isir minn ħaddiema tal-Gvern jew le? Jekk le, jistax jgħid x’proċedura ntużat biex ikun ikkummissjonat tali xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-xogħol ta’ bini ta’ Awli ġodda fil-Qrati mhux se jsir minn ħaddiema tal-Gvern imma se jsir minn kuntratturi. Dawn jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall offerti li jkunu pubblikati fuq l-electronic Public Procurement System (ePPS).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27616 u jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27616.
MUŻA – Grand Salon for Costume, Fashion and Film Museum
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26015, jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Grand Salon for Costume, Fashion and Film Museum mhux se jkun ibbażat fuq il-kunċett tal-Community Curatorship? Ma jaħsibx il-Ministru li dan il-kunċett tal-MUZA huwa l-futur għall-mużewijiet l-oħra kollha f'Malta u għandu jittieħed bħala kunċett ta' best practice?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kunċett u mudell kuratorjali tal-MUZA ġie maħsub prinċiparjament għal dak il-proġett u huwa uniku mhux biss għal Malta iżda wkoll fuq livell iktar wiesa.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16736 u 26012, jista' l-Ministru jgħid x’kien l-outcome tad-diskussjoni li Heritage Malta għamlet mal-istakeholders vis-à-vis ir-riġenerazzjoni tal-Fortizza ta' Delimara? Jista' jgħid minn kien involut f'dawn id-diskussjonijiet? Jista' jgħid jekk sarx Condition Assessment ta' dan il-post?
Response (BONNICI, OWEN)
M'ghandix xi nzid ma' dak li kien twiegeb ghall-mistoqsijiet parlamentari ċċitati fid-domanda.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16739 u 26011, jista' l-Ministru jagħti update ta' fejn wasal il-proċess sabiex Heritage Malta tinvesti f'defibrillator ġewwa l-Head Office kif ukoll fis-siti u mużewijiet l-iktar frekwentati mill-viżitaturi?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25666, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-mekkaniżmu li Heritage Malta taddotta fejn jidħol xiri ta' oġġetti ta’ xogħol ta’ arti jew ta' importanza skorika, speċjalment għal oġġetti li jiswew iktar minn €1500?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’kull każ (għall-valur imsemmi) il-kuratur responsabbli jkun jaf xi ħtiġijiet u nuqqasijiet għandhom il-kollezzjonijiet partikolari li hu/hi responsabbli minnhom. Għalhekk hu/hi jirrakkomanda li jinxtara xi oġġett lill-Kap Eżekuttiv, li japprova jew le skond il-każ. Jekk l-ammont mitlub ikun elevat (€5000 jew iktar), il-Kap Ezekuttiv jiddiskuti maċ-Chairman.
Fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ arti moderni u kontemporanji hemm kumitat apposta li jissuġġerixxi x’akkwisti għandhom isiru lill-Kap Eżekuttiv.
F’kull każ, jekk ikun ħa jintuża d-Dritt ta’ Preferenza skond l-Att tal-Wirt Kulturali, allura trid issir talba speċifika lis-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali u tintalab approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Garanzija u mill-Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġie promoss ġo Heritage Malta minn Marzu 2013 sal-lum? F'liema grad ġew promossi u mil-liema lokalità ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa llum gew peromossi 45 haddiem skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu benefiċċji soċjali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Marsa, il-Pietà, il-Ħamrun u Santa Venera u jaqsam l-informazzjoni skont il-benefiċċju rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu fuq in-numru ta’ persuni li qegħdin jieħdu benefiċċji soċjali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Marsa, il-Pietà, il-Ħamrun u Santa Venera, skont il-benefiċċju rispettiv, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-preparamenti sabiex l-ewwel studenti jibdew jingħataw tagħlim fil-livell ta' under-graduate huma fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kura qed tingħata fl-Isptar Boffa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Boffa kien u għadu jservi bħala bażi għad-Dipartiment tad-Dermatologija. Minn Diċembru 2015, wara li saret il-migrazzjoni tal-pazjenti tal-Onkoloġija fl-Isptar Boffa lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid Sir Anthony Mamo, ammont ta’ sodod bdew jintużaw għal pazjenti li jeħtieġu kura fit-tul.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-introduzzjoni tal-Electronic Patient Record?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni għal Fondi Ewropej permezz tal-European Regional Development Fund f'April ta' din is-sena għat-twettiq ta’ sistema ta’ National Electronic Health Records.
Dipartiment tal-Artijiet — ħlas għall-esproprjazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Gvern fil-preżent irid iħallas għall-proprjetà li esproprja fil-passat? Kemm-il sena jmorru lura dawn il-pagamenti mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li rizultat tan-nuqqasijiet ta’investiment li kien hemm fl-operat tad-Dipartiment tal-Artijiet matul is-snin tal-amministrazzjonijiet preċedenti, inluz meta dan id-Dipartiment kien jaqa taht ir-responsabilita politika tiegħu, f’dan l-istadju huwa diffiċli hafna li tkun ikkwantifikata ċ-ċifra mitluba minnu.
Dan il-gvern imbarka fuq ezerċizzju ta’riforma sħiħa fid-Dipartiment tal-Artijiet li tista maż-żmien tfornih b’aktar informazzjoni pero dejjem jibqa l-fatt illi l-ammont ma jista qatt ikun wiehed ċert minhabba l-kontestazzjonijiet legali li hemm fuq l-imsemmija artijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27944 u ċjoè: Wara l-mistoqsijiet parlamentari 11118 (fl-2014) u 13523 (f’Jannar tal-2015), jista’ l-Ministru jgħid:
a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118) dwar proposta t’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u
b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-xogħol indikat fir-risposti msemmija f’din l-interpellanza għadu għaddej.