Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza għandha mikrija Heritage Malta u kemm kienet in-nefqa totali tal-fuel relatata ma’ dawn il-vetturi għas-sena 2015 u 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32322 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru ta' Matul il-Jum — persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm saru sessions individwali mas-social workers, occupational therapists u psikologi mal-klijenti ta' dawn iċ-Ċentri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċentri ta Matul il-Jum jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata ivarjaw sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. L-attivitajiet jistaw jingħataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi. . Xi individwi jistaw isibu diffikulta’ biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif u qadi domestiku minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġaw jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet ikunu addattati skont il- bżonnijiet tal-persuni. Isiru ukoll sessjonijiet sabiex tingħata l-opportunita ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abbiltajiet kollha fil-komunikazzjoni u kif ukoll ħajja soċjali b`saħħitha. L-attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, kif ukoll ħarġiet soċjali. Isir ukoll taħrig pre-vokazzjonali u professjonali eżempju kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax- xogħol eċċ. In-numru ta’ sessjonijiet individwali li saru mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien 6, 414 li jinkludu ukoll visti fid-djar mill-istess professjonisti. In-numru ta’ sessjonijiet fi gruppi flimkien mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien ta’ 3,354.
Leg 12 PQ #32323 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Crisis Intervention Team — servizz mogħti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1872, jista' l-Ministru jgħid meta s-servizz tal-Crisis Intervention Team hux se jibda joffri servizz ta' 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd? Meta se jibdew isiru home visits mis-social workers u mill-infermiera li huma parti minn dan it-team speċjalment f'każijiet ta' emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26864.

San Pawl il-Baħar u Naxxar – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol ta’ toroq hu mistenni li jsir din is-sena f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jista’ jqiegħed kopja tal-pjanti ta’ fejn ser isir dan l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħlijiet fuq it-toroq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Leg 12 PQ #32356 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk il-ħaddiema tal-Enemalta għażlu li jitilqu u ġew trasferiti fuq il-kotba tal-gvern? F’liema dipartimenti jew entità ġew hekk trasferiti? F’liema skala kienu qed jaħdmu qabel telqu mill-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-ex Korporazzjoni Enemalta huma kollha impjegati fuq il-kotba tal-ERL.
Leg 12 PQ #32357 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni fiċ-ċivil li għandhom degree universitarja – allowance speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni fiċ-ċivil li għandhom degree universitarja u li għaliha jieħdu allowance speċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32358 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema taċ-ċivil – scholarships jew promotions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li f’każi ta’ sejħiet għal promotions jew opportunità ta’ scholarships, il-ħaddiema taċ-ċivil fil-fatt qed jiġu mgħarrfa b’dawn il-possibilitajiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Biċċerija – xogħlijiet strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet strutturali saru fil-biċċerija bejn Jannar 2013 u llum? Jista’ jgħid kemm ġew jiswew dawn l-istess xogħlijiet? Liema xogħol ieħor hemm ippjanat li jsir matul din is-sena? Għal liema minn dan ix-xogħol diġà nħarġu l-permessi u t-tenders rispettivament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Siġar tal-frott, Siġar taż-Żebbuġ u Siġar tal-Ħarrub – każi ta’ mard

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ġewx rapportati każi ta’ mard fuq xi siġar tal-frott f’Malta u Għawdex, inkluż siġar taż-Żebbuġ u tal-Ħarrub matul dawn l-aħħar erba’ snin? Liema kienu t-tip ta’ s-siġar effettwati u x’passi ttieħdu biex il-mard ma jinfirix?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nikkonferma li d-Direttorat minn dejjem jirċievi rapporti rigward mard u insetti li huma ta’ dannu għas-siġar tal-frott. Ukoll nikkonferma li d-Direttorat irċieva rapporti ta’ mard u infestazzjoni ta’ insetti fuq iz-żebbuġ, it-tin, il-ħarrub u ċ-ċitru. F’ kull każ id-Direttorat jinvestiga, u fejn jinstab li jkun hemm xi tip ta’ patoġenu jieħu il-passi neċessarji skont it-tip ta’ mard jew insett. Dawn il-passi jistgħu jinkludu eradikazzjoni tas-siġar infettati, jew pariri kif dan il-mard jew insetti jistgħu jiġu kkontrollati.

Marsa – Korsa taż-Żwiemel – ħwienet jew stalls

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-individwi u/ jew kumpaniji li għandhom jew kellhom ħanut jew stall fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa fis-snin mill-2014 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħlas isir jew kien isir minn dawn l-individwi u/jew kumpaniji għall-konċessjonijiet tagħhom u lil min iħallsu jew kienu jħallsu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub qiegħed jingħata lill-Onor. interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali. Il-ħlas isir lil Malta Racing Club.

Xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq toroq residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq toroq residenzjali mill-Gvern Ċentrali mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm sewa’ għal kull triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tas- Sliema – Commuted Parking Scheme — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi f’Tas-Sliema li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme bejn l-2014 u l-2017? Jista’ jingħata rendikont tal-ammont totali ta’ flus u n-numru ta’ karozzi, abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS għal kull sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur tal-liġijiet ambjentali fis-sentejn qabel ma' twaqqfet il-LESA, kif ukoll kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur ta’ liġijiet minn mindu s-sistema ġiet iċċentralizzata bit-twaqqif tal-LESA sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Reġjuni – flus miċ-ċitazzjonijiet qabel ma twaqqfet il-LESA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus ir-reġjuni miċ-ċitazzjonijiet fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA u kemm ħadu flus minn mindu saret ir-riforma tal-wardens taħt dan il-Gvern? Jista’ jgħid kemm qed tiswa flus il-LESA kull sena, bl-ispiża mqassma bejn salarji u spejjeż oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32366 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces – permessi biex jitneħħew spazji ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kemm-il permess inħareġ mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ? Minn dawn il-permessi kemm-il spazju tneħħa u f'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex? Minn dawn il-permessi kemm minnhom ingħataw il-permess ambjentali mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent li hu obbligu bil-liġi? Jekk huwiex minnu li hemm min ħa permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u diġà għandu l-istruttura temporanja flok il-parkeġġ pubbliku u qed jopera mingħajr il-permess ambjentali? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma’ Transport Malta u jekk iva, jekk hux qiegħda tieħu inkonsiderazzjoni l-effett tat-tneħħija ta’ parkeġġ fuq it-traffiku? Jista’ jgħid saritx konsultazzjoni mas-Sovrattendent tas-Saħħa Pubblika u jekk iva, hux jaqbel mal-periklu li l-klijenti qegħdin fuq struttura maġenb karozzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat mill-Awtorita tal-Ippjanar li minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces inħarġu (30) permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ u jitpoggew imwejjed u siggijiet. Minn dawn il-permessi tneħħew seba’ w’erbghin (47) spazju ta’ parkegg f’dawn il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex: Belt Valletta B’Kara Birzebbugia Ghajnsielem Gzira Kirkop Marsascala Mosta Msida Qormi Rabat San Giljan San Pawl il-Bahar Senglea Sliema Birgu Ninsab nformat ukoll li ssir konsultazzjoni ma’ Transport Malta u mad-Direttorat tas-Sahha Ambjentali fuq kull applikazzjoni li tircievi l’Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kienet ukoll mahduma bejn il-Government Property Department , il-Planning Authority, l-Awtorita tat-Turizmu u Transport Malta u kienet ħarget għal konsultazzjoni mal- pubbliku qabel ma ġiet maqbula u ppublikata. Għal-kumplament tal-mistoqsija , nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħ’Attard – Speed fi Triq il-Linja u Triq Victor Vassallo

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir speed camera fi Triq il-Linja u Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi talbiet għal speed cameras għandhom jiġu sottomessi lill-LESA skont il-proċedura stabbilita’.

Suldati – stennija biex jingħataw żarbun ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn numru ta’ suldati li qed jistennew biex jingħatalhom żarbun ġdid (boots), ilhom ġimgħat u xhur jistennew bil-konsegwenza li qed ikollhom jilbsu żarbun personali fuq l-uniformi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li riċentament ħarġet tender sabiex jinxtara lot żraben ġodda għall-membri kollha. Din it-tender ġiet konkluża u ser tibda l-fażi ta’ implimentazzjoni. Fil-frattemp il-Branka tal-Loġistika ħasbet sabiex sakemm għalqet din it-tender u sakemm jaslu dawn iż-żraben il-ġodda, jinxtraw numru adekwat ta’ żraben oħra, f’ammonti żgħar, sabiex ifornu lil min kellu bżonn u dan, dejjem skont il-regolamenti finanzjarji.

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – numru tad-Djar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tan-numerar tad-djar fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rapporti dwar l-eżami tal-O Level tat-Taljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew il-Bord tal-MATSEC irċeviex/irċevewx rapporti mingħand studenti jew ġenituri ta’ studenti li oġġezzjonaw li waqt is-sezzjoni tal-eżamijiet tal-O Levels tat-Taljan li sar fil-Kulleġġ De La Salle nhar is-Sibt il-25 ta’ Marzu 2017 fejn l-istudenti jiġu mitluba jisimgħu silta bil-lingwa Taljana mbagħad jirrispondu l-mistoqsijiet dwar dak li jkunu fehmu, fejn is-sound kien ħażin ħafna u minbarra hekk il-viżwal ukoll kien ħażin ħafna? Kemm irċieva oġġezzjonijiet? X’passi beħsiebu jieħu l-Bord tal-MATSEC biex l-istudenti ma jispiċċawx ikunu penalizzati intortament minħabba diffikultajiet li kellhom jiffaċċjaw mingħajr ma kien it-tort tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li waslu diversi lmenti dwar dan il-każ u infurmat li l-Bord tal-MATSEC ukoll irċieva diversi lmenti fuq l-eżami tas-smigħ tat-Taljan fil-livell tas-SEC li sar nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu 2017 fil-Kulleġġ De La Salle. Dawn l-ilmenti daħlu b’mod elettroniku fil-25, 26 u 27 ta’ Marzu. L-ilmenti kienu dwar il-kwalità tal-awdjo u xi waħdiet semmew il-kwalità tal-viżwal tal-istampi fil-karta tal-eżami. Il-Bord tal-MATSEC u l-Bordijiet tal-Eżaminaturi li se jaraw it-tweġibiet tal-istudenti se jiżguraw li l-ebda student ma jkun penalizzat minħabba l-kwalità tal-awdjo u tal-istampi.

Il-Monument 'Il-Fjamma li qatt ma tmut — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tingabar.