Jista’ l-Ministru jara li jidħlu fis-seħħ liġijiet li ma tippermetti lil ħadd, lanqas lill-Gvern, li jieħu raba’ saqwi mingħand bdiewa ħlief f'każijiet ta' bini ta' sptar jew ta’ tfittix għaż-żejt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
L-interessi tal-bdiewa li jkollhom raba saqwi mikrija għandhom diġà huma kawtelati fl-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri tar-Raba (Kap. 199 tal-Ligijiet ta’ Malta).
Il-Pitkalija ta’ Malta – privatizzazzjoni jew public private partnership
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jipprivatizza l-Pitkalija ta' Malta jew inkella jifforma public private partnership biex tiġi mmexxija l-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, se tinħareġ xi espressjoni ta' interess jew inkella offerta? Se tibqa’ l-prassi li mill-Pitkalija jinbiegħu biss prodotti agrikoli lokali jew ikunu jistgħu jinbiegħu wkoll prodotti agrikoli importati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb ta’ privitazzjoni tal-Pitkalija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li diġà kien hemm individwi/kumpaniji li wrew interess li jieħdu taħt idejhom il-Pitkalija? Jista’ jgħid jekk dawn humiex Maltin jew inkella barranin? X'esperjenza għandhom dawn l-individwi/kumpaniji fit-tmexxija tal-Pitkalija f' Malta jew barra minn Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Il-Ministeru m’għandu l-ebda informazzjoni li tikkonferma dak li qed jalludi l-Onor. Interpellant.
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il talba għall-ħruġ ta’ interim measure kellu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema setturi dawn kienu jikkonċernaw? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jekk hemm xi talbiet li ma ġewx milqugħa, tista’ tgħid, għal kull każ, x’kienu r-raġunijiet li dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali kellu żewġ talbiet għall-ħruġ ta’ interim measure. Is-setturi kienu dawk tal-energija u tad-divertiment. Filwaqt, li fil-każ tal-ewwel talba nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija 25821, l-Uffiċċju qed jevalwa t-tieni talba.
MCCAA – Uffiċċju tal-Konsumatur – operaturi li joffru s-servizz tat-televiżjoni – bdil ta’ channel line ups
Question
Wara li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA f’Settembru 2011 kien laħaq konformità volontarja ma’ operaturi li joffru s-servizzi tat-televiżjoni, li isimhom qed jingħata separatment, fejn biddlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u taw id-dritt lill-konsumatur li jagħżel jibqax mal-operatur konċernat wara li dan ikun biddel iċ-channel line up tiegħu fir-rigward tas-servizz tat-televiżjoni taħt ċertu kundizzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur hux qed isegwi t-tibdil li jkun hemm fiċ-channel line ups minn dawn l-operaturi u kif dan qed isir? Tista’ tgħid, sena b’sena, minn mindu l-uffiċċju laħaq dan il-ftehim, kemm tneħħew stazzjonijiet minn dawn iż-żewġ operaturi miċ-channel line ups? Tista’ tgħid jekk l-Uffiċċju hux qed jinforma l-konsumaturi b’dan it-tibdil fiċ-channel line ups taż-żewġ operaturi? Jekk dan mhux qed isir, tista’ l-Ministru tgħid għaliex?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA għamilx kontribuzzjoni għall-konsultazzjoni pubblika, li kienet miftuħa bejn Novembru 2015 u Frar 2016, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea taħt it-titolu Empowering the National Competition Authorities to be more Effective Enforcers? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien bagħat il-kontribuzzjoni tiegħu bir-risposti għall-mistoqsijiet li kienu onlajn fi Frar 2016. Ma nistax inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju bħal għadd ta’ awtoritajiet, fi stati membri oħra, l-uffiċċju kien għażel li t-twegibiet fil-kwestjonarju jintbagħtu fuq bazi kunfidenzjali u ma jiġux ippubblikati. Madankollu t-tweġibiet gew inkluzi fl-istatistika li ġiet ippubblikata sabiex jinħarġu xejriet għar-risposti tal-konsultazzjoni.
MCCAA – Investigazzjoni fuq żieda ta’safe deposit boxes
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26744, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għas-servizz imsemmi li kienu misjuba li jmorru kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li primarjament it-termini tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt in kwistjoni kienu jikkonsistu f’drittijiet tal-Bank filwaqt li l-konsumatur ma kien jissemma xejn. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu jirrigwardjaw it-tul u t-tiġdid tal-kuntratt. Għalhekk l-Uffiċċju għall-Konsumatur intervjena sakemm ġiet miksuba konformita’ mal-liġi permezz tal-verżjoni riveduta tat-28 ta’ Ottubru 2015 fejn id-drittijiet tal-konsumatur ġew imħarsa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għas-servizz imsemmija li kienu misjuba li jmorru kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur immarkati bl-isfar.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738 tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma ddiskutiex il-kwistjoni dwar iż-żieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kunsill Għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma ddiskutiex l-kwistjoni dwar iz-zieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar tas-sena l-oħra għaliex dawn jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kompetizzjoni (Kap 379 L-Att dwar il-kompetizzjoni) u għaldaqstant huma barra l-ambitu tal-Kunsill.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – logo ġdid
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażel id-designer sabiex jagħmel logo ġdid għall-Kunsill, x’kienu l-kriterji tal-għażla u effettivament kemm tħallas id-designer li finalment ġie magħżul sabiex għamel dan il-logo l-ġdid?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-logo intgħażel wara li Kunsill Għall-Affarijiet tal-Konsumatur gab tlett kwotazzjonijiet u ntgħażel fuq il-kriterju ta' l-irħas spiża. L-spiża kienet ta’ 400 ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid:
(1) jekk hux konxju li f’dawn l-aħħar xhur fis-
Searches Unit
ta’ Identity Malta, f’Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta n-numru ta’ żbalji li qegħdin isiru qed jiżdiedu b’mod allarmanti;
(2) jekk hux qiegħda tinżamm statistika ta’ tali żbalji u jekk fl-affermattiv ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ tali statistika;
(3) jekk hux minnu li meta nutar jilmenta minn żbalji fir-riċerki li jkun ingħata mis-
Searches Unit
ta’ Identity Malta, hu qed jintalab sabiex jagħmel ħlas addizzjonali sabiex ikun jista’ jingħata r-riċerka korretta, fis-sens li jintalab iħallas għad-differenza fin-numru ta’ noti li Identity Malta tkun naqset milli tinkludi fir-riċerka u li n-Nutar konċernat ikun ġibed l-attenzjoni dwarhom;
(4) jekk jaqbilx li din is-sitwazzjoni hi ferm serja u intollerabbli minħabba li tali żbalji waslu għal sitwazzjoni fejn illum il-ġurnata f’Malta persuna li tkun ser takkwista proprjetà immobbli qiegħda tkun esposta b’mod irraġunevoli għal riskju ta’ żbalji u saħansitra frodi kemm fir-rigward tat-titolu tal-proprjetà kif ukoll għal djun gravanti tal-istess proprjetà; u
(5) jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex jonqos in-numru ta’ żbalji fir-riċerki mwettqa minn Identity Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi bħal fil-każ tar-reġistru pubbliku u reġistru ta l-artijiet u bnadi oħra, Identity Malta sabet sistemi tal-informatika f’sitwazzjoni tal-biki. Fil-każ ta Searches Unit, software li jmur lura 25 sena tħalla jopera u jiġi mantenut minn terza persuna li ftit snin ilu ħakmitha marda terminali. Qatt ma sar xejn sakemm Identity Malta fl-2014 bdiet taħdem fuq soluzzjoni alternattiva illi qed tiġi żviluppata gradwalment u li kieku ma sarx hekk il-problemi kienu jkunu ħafna ikbar għax is-sistema li writna krollat ftit xhur wara din it-terza persuna ħalliet din id-dinja. llum nafu u dan ħareġ ċar waqt is-symposium organizzat ftit ta jiem ilu mill- Kunsill Nutarili, illi ħafna mill-informazzjoni imdaħħla matul iż-żmien ma ġietx ivverifikata b’mod korrett.
Għaldaqstant, dawn l-żbalji qed jiżdiedu minħabba ammont kbir ta xogħol u żieda ta’ kummerċ speċjalment fil-qasam tal-bini. Identity Malta qed taħdem fil-qrib mal-Kunsill Nutarili sabiex jitnaqqsu l-inkorettezzi u s-sistema l-ġdida tiġi żviluppata skond ħafna mill-esiġenzi tagħhom.
Eżerċizzju li sejr jibda dalwaqt huwa r-reviżjoni ta l-indiċi kollha sabiex insewwu l-żbalji li saru qabel.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iskop wara d-data cleaning regulation (konċernanti files tal-AFM) li ħarġet fl-AFM riċenti u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull regolament jew linja gwida approvata jew imqiegħda fis-seħħ fl-AFM għal dan l-iskop?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Mellieħa – Triq San Publiju – proġett – nuqqas ta’ aċċessibilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità dwar in-nuqqas serju ta' aċċessibilità li ser ikun qed jikkawża proġett ġdid li qiegħed isir mill-Kunsill Lokali Mellieħa preċiżament fi Triq San Publiju fil-Mellieħa stess? (Dan anke meta f'nofs din l-istess triq jeżisti bini ta' organizzazzjoni mhux Governattiva li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tipprovdi fost l-oħrajn taħriġ relatat mal-arti u artiġġjanat).
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, wara li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) ġiet ikkonsultata fuq il-proġett ta' Triq San Publiju fil-Mellieħa, il-Perit tal-Kummissjoni wera oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni. L-applikant, bid-dritt li tagħtih il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità), applika biex l-istess applikazzjoni tiġi eżentata mil-linji gwidi tal-aċċessibilità mill-Bord tal-Eżami li jiddetermina x'inhu raġonevoli. Dan il-Bord, li jiffunzjona b'mod indipendenti mis-CRPD, iddeċieda li, għandu jaċċetta t-talba tal-applikant għal eżenzjoni fuq żewġ binarji:
· L-ewwel nett minħabba l-istat ta' topografija tal-art fejn tinsab din it-triq u;
· It-tieni abbażi taċ-Ċirkulari tal-Awtorità tal-Ippjanar (2/14), li fost affarijiet oħra teżenta milli tali proġetti/binjiet isiru jew ikunu konformi mal-linji gwida tal-aċċessibilità.
Din iċ-Ċirkulari kienet saret bi qbil bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) u s-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fis-27 ta' Marzu 2014.
Identity Malta – ksur tal-Kostituzzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex Identity Malta ma tibqax tikser il-Kostituzzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali tant li l-istess Kummissjoni waslet għal pass inawdit li tibda proċeduri ġudizzjarji kontra Identity Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Nifhem illi l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għall-kwistjoni li nqalgħet dwar l-interpretazzjoni tas-sub-artikolu (6) tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u b’mod partikolari dwar jekk persuni li jkunu jqisu illi ma humiex se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali jaqgħux ukoll taħt dak is-sub-artikolu. Il-Ministru jinforma lill-Onorevoli Membru illi huwa qed joffri l-assistenza tiegħu għas-sejbien ta’ soluzzjoni.
Identity Malta – ksur tal-Kostituzzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax passi, huma ta' liema natura huma, inkluż passi dixxiplinarji iżda mhux biss, kontra l-Kap ta' Identity Malta li qed jisfida lill-Kummissjoni Elettorali u jikser il-Kostituzzjoni meta Identity Malta ma tgħaddix l-informazzjoni kollha skont il-liġi taċ-ċittadini Maltin kollha ġodda, b'mod partikolari ta' dawk li xtraw iċ-ċittadinanza bl-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta għall-interpellanza 28556 li qiegħda tingħata kontestwalment .
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fl-aħħar ġimgħat is-servizz tal-Wi-Fi fil-bini tal-Qorti, mhux qed ikun kontinwu?
Response (BONNICI, OWEN)
F’dawn l-aħħar ġimgħat inbidel il-kuntrattur li jipprovdi s-servizz tal-WIFI. F’dan il-perjodu l-kuntrattur il-ġdid kellu l-obbligu li jżid aktar access points u jagħmel it-testing neċessarju fuq is-sistema kollha. Kien għal din ir-raguni li f’xi waqtiet kien hemm interruzzjonijiet fis-sistema.
Is-sistema issa qed tiffunzjona u qed isir moniteraġġ fuqha kuljum kemm mill-kuntattur kif ukoll internament mill-Qorti sabiex ikun assigurat li jingħata servizz tajjeb. Il-kuntrattur hu marbut b’service level agreement li f’każ ta ħsarat hu obbligat li jsewwi fi żmien massimu ta’ 4 sigħat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28217 li kienet titratta l-qlugħ tal-festun tal-Promenade tal-Għadira, wara li kien ilu aktar minn seba’ snin imwaħħal b'mod permanenti, jista’ l-Ministru jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni meħudha għax apparti li r-raġuni m'għandhiex forza, tajjeb li jingħad li kontra dak miktub fir-risposta indikata, jirriżulta li mhux minnu li s-sindku ta' San Pawl il-Baħar approvat xi forma ta' deċiżjoni tal-Kumitat Reġjonali Tramuntana li dan il-festun jinqala’, kif ukoll li fl-ebda ħin il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ma ddiskuta dan is-suġġett apparti l-viċi sindku tal-Mellieħa ma' jiffurmax parti minn dan il-Kumitat imsemmi? (Nerġa’ ntenni li tul il-promenade tal-Għadira, apparti li hemm xejn inqas minn 3 lukandi li dejjem jibqgħu joperaw anke tul ix-xhur tax-Xitwa, l-istess promenade jiġi ffrekwentat anke minn eluf ta' Maltin tul is-sena kollha.)
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-riġward tal-festun li hemm tul il-promenade tal-Għadira, ninsab infurmat illi d-deċiżjoni illi jitneħħa ttieħdet waqt laqgħa tal-Kumitat għaż-Żoni Turistiċi tar-Reġjun tat-Tramuntana fil-25 ta’ Mejju 2016. Preżenti għal-laqgħa kienu l-Viċi Sindku tal-Mellieħa, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Membru tal-Kunsill tal-MHRA, rappreżentant tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u s-CEO tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi. Il-kumitat iddeċieda li l-festun jitneħħa f’Ottubru sabiex issirlu l- manutenzjoni meħtieġa kif ukoll biex ma ssirlux ħsara mill-elementi. Il-festun jerga’ jerġa jitwaħħal f’Mejju 2017. Tajjeb ngħarraf lill-Interpellant illi dan il-festun ġie jiswa madwar €15,000.
Rapid Intervention Unit – membri bil-liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28108 u jaċċerta lill-Kamra li kull membru tar-Rapid Intervention Unit (RIU) għandu liċenzja tas-sewqan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kull membru tar-Rapid Intervention Unit(RIU) għandu liċenzja tas-sewqan.
Junior Eurovision Song Contect — finanzjament speċjali lill-PBS
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm finanzjament speċjali lill-PBS għall-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jkun organizzat fil-21 ta' Novembru 2016 flimkien mal-European Broadcasting Union?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li peress li l-proġett tal-Junior Eurovision Song Contest mhux kummerċjalment vijabbli u peress lo huwa mportanti li pajjiżna joħroġ bi prodott ta’ kwalità, il-Gvern ghen finanzjarjament lill-PBS sabiex dan il-proġett jitwettaq.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27199, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi talba minnhom li kienet tirrigwardja l-korp tal-pulizija, ġiet investigata u rriżulta li ma kienx hemm ksur ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
It-talba l-oħra kienet tikkonċerna Agenzija li fil-preżent m’għadhiex taqa’ taħt dan il-Ministeru, imma ġejna nfurmati li l-każ ġie magħluq ukoll.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27285, jista’ l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti li ġew implimentati tul din is-sena u jista’ jindika x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement huma:
· Training for Employment; u
· Access to Employment
Taħt il-proġett ‘Training for Employment’ qegħdin jiġu offruti tliet skemi, li huma l-Work Exposure Scheme (WES), il-Work Placement Scheme (WPS) u t-Traineeship Scheme (TRN). Ir-riżultati li ntlaħqu mill-bidu ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huma kif ġej:
Skema
WES
WPS
TRN
Totali
Kemm-il persuna ġiet
placed
349
57
408
814
Kemm-il persuna lestiet b’suċċess l-iskema
260
23
172
455
Kemm-il persuna għadha qed tattendi l-iskema
22
22
33
77
Kemm-il persuna ma bdietx l-iskema
19
3
52
74
Kemm-il persuna waqfet mill-iskema
48
9
151
199
In-nefqa fuq dan il-proġett sal-aħħar ta’ Ottubru kienet ta’ €662,977.35.
Il-proġett ‘Access to Employment’ (A2E) tnieda f’Ġunju tal-2015. Permezz ta’ din l-iskema l-intrapriżi qegħdin jiġu inċentivati biex jimpjegaw lil persuni li huma aktar fi żvantaġġ biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. Sal-31 ta' Ottubru 2016, l-A2E Unit irċieva 526 applikazzjoni mingħand 326 intrapriża differenti, li jammontaw għal 600 parteċipant. Minn dawn il-parteċipanti, 415 għadhom attivi. Il-parteċipanti l-oħra (li jammontaw għal 185) jew ikkanċellaw l-applikazzjoni/grant agreement jew instabu ineliġibbli minn Jobsplus.
Mill-415-il parteċipant, Jobsplus iffirmat 373 grant agreement mal-benefiċjarji b'valur ta' €3,368,871.09. Minn dawn il-grant agreements 61 minnhom spiċċaw qabel iż-żmien (premature termination). Għaldaqstant, il-valur tal-grant agreement ġie jammonta għal €2,891,498.06. Fil-ġranet li ġejjin ser ikunu ffirmati l-grant agreements ta' 11-il parteċipant ieħor.