Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Kulleġġ San Ġorġ Preca Primarja B – tqassim ta’ ħalib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux rapporti li t-tfal li jattendu Kulleġġ San Ġorġ Preca Primarja B ta’ Raħal il-Ġdid mhux jingħataw aktar ħalib? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ġie deċiż hekk?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum ebda ġenituri ma lmentaw mal-iskola jew talbu assistenza rigward il-ħalib.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — trasferiment ta' impjegat

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika d-data preċiża meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nħariġlu t-transfer mill-MEDE għall-post ieħor? Jista' jgħid għal liema uffiċċju ġie trasferit fi ħdan is-settur pubbliku u għal liema terminu ta' żmien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kellha impjieg mal-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada, mil-liema impjieg ġie formalment re-deployed għall-impjieg li kellu qabel fit-2 ta' Settembru 2016. Dan jikkonferma li mhux minnu dak li qed tallega l-Oppożizzjoni li ma ttieħdux passi immedjati. Fil-fatt dawn l-istruzzjonijiet tiegħi ġew attwati 12-il ġimgħa ilu u mill-inqas 10 ġimgħat qabel ma dehret storja fuq il-każ f'ġurnal lokali. Għalkemm il-persuna indikata m'hijiex taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, infurmat li qed tokkupa rwol ta' Senior Officer taħt id-Direttur Ġenerali fir-Rural Development Department fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.

FTS – kuntratti li ngħataw b’direct order jew b’tender

Question

Jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ kuntratti li ngħataw mill-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS) b’direct order jew b’tender, bejn Marzu 2013 u Novembru 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid min kienet il-persuna fi ħdan l-FTS, bil-kariga speċifika, li kienet inkarigata fil-proċess ta’ kull kuntratt individwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ kuntratti li ngħataw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada b’direct orders, b’purchase orders u b’tenders bejn Marzu 2013 u Novembru 2016. Il-lista rigward it-tenders tkopri l-persuna responsabbli mill-komputazzjoni tat-tender rispettiva. Rigward il-lista ta’ purchase orders l-informazzjoni mitluba dwar il-persuna responsabbli ma tistax tingħata peress li l-files qegħdin l-IAID.

FTS – clearance tal-Finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-clearance tal-finanzi tal-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS) sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jindika l-pagamenti dovuti li għadhom ma tħallsux u d-data meta ntalbet it-talba għal kull pagament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara eżatt għal liema clearance tal-finanzi qiegħed jirreferi.

Għawdex – skola Sixth Form

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk baqax pagamenti pendenti lill-kuntratturi fuq l-iskola tas-Sixth Form f’Għawdex u jekk iva kemm huwa dan l-ammont u min huma l-kuntratturi? Jekk hemm, jista’ jelabora wkoll jekk hemmx pendenzi fuq disgwid mal-kuntrattur, u jekk iva x’inhu d-disgwid u f’liema stadju wasal dan id-disgwid biex jiġi maqbul?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm pagamenti pendenti fuq l-iskola tas-Sixth Form il-ġdida, f’Għawdex li fosthom hemm ammonti dovuti lis-Solergia u C Grech Marbles. Fuq dawn l-ammonti qegħdin isiru l-verifiki meħtieġa biex jiġu kkonfermati l-ammonti dovuti fil-konfront tat-talba għall-pagamenti mill-kuntratturi. Fir-rigward ta’ GV Developments li huwa l-kuntrattur tal-kostruzzjoni, il-każ ġie mressaq quddiem il-Malta Arbitration Centre.

Impjant tal-Malta North – għażla tal-bulky refuse

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġewwa l-impjant tal-Malta North qed jew kien qed jiġi magħżul bulky refuse bl-idejn mill-ħaddiema?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Malta North ġie d-diżinjat għall-bulky refuse. Peress li hemm ammont ta’ bulky refuse li huwa mħallat ukoll bi skart ieħor, fosthom skart tal-kostruzzjoni mħallat, bċejjeċ kbar tal-ħadid u skart elettroniku, dawn irridu jitneħħew qabel ma jidħlu għat-trattament biex b’hekk jiġi salvagwardjat l-impjant. Għaldaqstant, hemm ċerta skart li qed jiġi magħzul bl-idejn. Tajjeb li nfakkru li fi żminijiet passati, proċessi simili biex jintagħżel materjal goff riċiklabbli kien issir direttament fuq l-engineered landfill tal-Għallis għall-elementi tat-temp.

Tenders aġġudikati — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq inħarġu t-tenders għalihom u ġew aġġudikati, iżda għadhom ma sarux s’issa? Fejn jinsabu dawn l-istess toroq, u meta hu mistenni li jsiru x-xogħlijiet neċessarji li hemm fuq il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista hija s-segwenti. Id-dati tax-xogħlijiet jiġu ffissati skont il-prioritajiet u żviluppi fuq is-sit. Locality Street CURRENT STATUS RID Marsaxlokk Resurfacing of Triq iz-Zejtun Contracting and Works Planning Marsa Pelican Crossing at Triq Hal Qormi Contracting and Works Planning Marsaxlokk low boundary wall at Triq il-Power Station Contracting and Works Planning Birkirkara p/o Triq il-Wied and p/o Triq in-Naxxar Contracting and Works Planning San Pawl il Bahar p/o Tamar & Fugass Contracting and Works Planning Mgarr Gammari Camilleri Contracting and Works Planning Swieqi p/ o Il-Majjistral Contracting and Works Planning Bahrija l/o Rabat Triq il-Palazz and Triq In-Namura, Contracting and Works Planning Zabbar Triq Il-Kunvent Phase 2 Contracting and Works Planning Birkirkara pedestrian safety fence at Triq Dun Karm Contracting and Works Planning Marsaxlokk p/o Barthelemy Contracting and Works Planning Safi Widening and Construction of Vjal il-Kuccard (Phase 1 - preparation works) Contracting and Works Planning Marsaskala p/o Frans Grech Contracting and Works Planning Zurrieq n/s in Triq San Mikiel Contracting and Works Planning Fgura p/o Triq Gharnuq Contracting and Works Planning Zabbar Triq Il-Kunvent Phase 1 Contracting and Works Planning Marsaskala Ashby Contracting and Works Planning Zabbar p/o Triq il-Kahwiela Contracting and Works Planning Marsaskala Patri Wistin Born Contracting and Works Planning Isla reconstruction of p/o Triq is-Sur part A Contracting and Works Planning Santa Venera Cannon Rd Contracting and Works Planning Isla WSC and WSCD works at p/o Triq is-Sur – Part B Contracting and Works Planning Attard Konti Re Barbaro Contracting and Works Planning Naxxar Santa Faustina ta Kowalska Contracting and Works Planning Zebbug n/s in Mdina Rd; A Melilli Contracting and Works Planning San Pawl il Bahar Ix-Xaghra tal-Bandieri Contracting and Works Planning Luqa p/o Tumas Galea Contracting and Works Planning Gudja n/s in Triq il-Lewz Contracting and Works Planning San Pawl il Bahar p/o Fliegu Contracting and Works Planning Bahar Ic-Caghaq, Naxxar p/o Dwieli Contracting and Works Planning Birgu Notre Dame Gate Junction Contracting and Works Planning Hamrun Major Works in Town Centres Contracting and Works Planning

San Pawl il-Baħar – Triq is-Simar – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq Triq is-Simar San Pawl il-Baħar u jitlesta? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq din it-triq? Billi partijiet sostanzjali minn din l-istess triq fil-fatt huma mibnija, x'se jsir biex ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq imbagħad isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Rotta X3 – Buġibba – servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn nhar il-Ġimgħa 18 ta' Novembru, is-servizz tat-trasport pubbliku rotta X3 minn Buġibba sa 12:00pm kien ilu wieqaf għal aktar minn 3 sigħat u dan b'disservizz lejn dawn kollha li jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-GPS li hemm installata fuq kull karozza tal-linja, il-vjaġġi skedati fuq ir-rotta X3 mill-venda ta’ Buġibba fil-fatt saru kollha fil-ġurnata indikata . Madanakollu, ġie innutat li żewġ vjaġġi telqu tard, fejn il-vjaġġ li kien skedat li jitlaq fl-10:15 ta’ filgħodu telaq fuq siegħa tard filwaqt li l-vjaġġ ta’ warajh, jigifieri tal-11:15 ta’ filgħodu telaq tlett kwarti tard. Transport Malta qed tinvestiga r-raġuni wara dan id-dewmien fuq dawn iż-żewġ vjaġġi.

Buġibba – Venda — manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tined li hemm fil-venda ta' Buġibba ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa biex in-nies li suppost ikunu qed jistkennu, ma jispiċċawx imxarrba għasra kif fil-fatt ġara nhar il-Ġimgħa 18 ta' Novembru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tibgħat uffiċċjali tagħha sabiex tara xi bżonnijiet ta’ manutenzjoni hemm bżonn fuq din it-tinda, sabiex ikun jista’ jitwettaq ix-xogħol meħtieġ.

Fondazzjoni Dar il-Hena — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna qed tingħata lill-Fondazzjoni Dar il-Hena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali flimkien mal-Caritas Malta u Alfred Mizzi Foundation, daħal f’att notarili fejn ġiet ffurmata l-Fondazzjoni Dar il-Hena. Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-Ministeru jkopri l-ispejjeż operattivi, li jinkludu wkoll il-pagi, ta’ din il-Fondazzjoni biex tkun tista’ toffri għajnuna soċjali lil individwi u familji li qed jesperjenzaw esklużjoni soċjali u faqar materjali.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li l-Għajnuna Soċjali (Sup) nqatgħatilhom għax tul din is-sena ma attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li, l-Għajnuna Soċjali (SUP) tagħhom ġiet terminata minħabba li m’attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom matul din is-sena kien ta` 36. Tajjeb wieħed jinnota li qabel jitwaqqaf il-benefiċċju, persuna tintbagħtilha ittra tlett darbiet biex tmur l-uffiċċju distrettwali, l-ewwel darbtejn bil-posta normali u t-tielet u l-aħħar waħda reġistrata fejn fiha jkun hemm it-twissija li jekk ma tmurx ikun se jinqata’ l-benefiċċju. Jekk il-benefiċċjarju jirrikorri f’wieħed mill-uffiċċji distrettwali, u jagħti raġuni valida ‘l għaliex naqas milli jattendi l-uffiċċju meta kien imsejjaħ, u din tiġi aċċettata mill-uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, il-benefiċċju jerġa’ jibda jinħareġ. Jekk ir-raġuni li tingħata ma tiġix aċċettata, biex il-klijent jerġa’ jkun intitolat għal għajnuna soċjali, il-klijent ikun mistenni li jerga’ jissottometti applikazzjoni ġdida.

Wied il-Għajn – Triq il-Qaliet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet hemm bżonn li jsiru u possibbilment li ser jiġu esegwiti ġewwa Triq il-Qaliet Wied il-Għajn billi l-istat ta’ din it-triq marret iktar lura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Work In Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni kienu qegħdin jibbenefikaw mill-hekk imsejħa Work In Benefit sal-15 ta’Novembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra kemm ġew imħallsa komplessivament f’benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li, kien hemm 1,618-il persuna li kienu qed jibbenifikaw mill-In-Work Benefit meta sar l-aħħar pagament li kien ikopri sat-30 ta’ Settembru 2016, fejn sa issa matul l-2016 tħallas l-ammont nett ta’ €1,342,307.82.

San Pawl il-Baħar – il-Menqa — tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar hekk ittieħdux deċiżjonijiet dwar it-tiswijiet tal-menqa ta' San Pawl il-Baħar meta din ġġarrfet wara l-maltemp riċenti? Jekk iva, x’ser jiġri u meta ser tissewwa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-ħsarat li ġarrbet il-Menqa f'San Pawl il-Baħar, saret spezzjoni preliminarja l-għada stess li ġie rrappurtat l-inċident. Fil-ġimghat li għaddew saru ukoll numru ta' laqgħat oħra, fejn fost l-oħrajn ġie deċiż li ser tissewwa l-ħsara li ġarrab dan is-sit. Diġa’ ġew ordnati xi materjali, kif ukoll qed jinġabru numru ta' stimi biex ikunu jistgħu jipproċedu x-xogħlijiet.

San Pawl il-Baħar – Tal-Veċċia — blat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ffinalizzax xi rapport dwar il-blat fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar wara li kienet waqgħat parti mill-istess blat? Jekk iva, jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax rapport dwar blat perikoluż ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifiki li saru hemm indikazjonijiet li l-art in kwistjoni hija waħda privata. Madankollu kien twaħħal avviż minn Transport Malta fis-sit affetwat fil-baħar bħala “no-go area”. Fir-rigward tas-sit ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi lokazzjoni preċiża (site plan) ta’ fejn jinsab dan il-blat ħalli uffiċjali mill-Ministeru jivverifikaw mal-Government Property Department jekk l-art in kwistjoni hix pubblika jew privata u jkunu jistgħu jsegwu l-każ skont il-proċedura stabbilita għal każi bħal dawn.

Buġibba u l-Qawra – globi skonnettjati fuq il-front

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru skonnettjax xi globi fuq il-front ta' Buġibba u l-Qawra, kif ukoll f'xi nħawi oħra tal-lokalità? Jekk iva, liema globi ntfew u x'inhi r-raġuni għal dan it-tifi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi meħtieġa biex jibdew jitneħħew u jiġu skonnetjati arbli dekorattivi perikolużi tul il-promenade ta’ Buġibba/Qawra ħalli jitneħħa kull periklu għall-pubbliku li jimxi f’dawn l-inħawi. Bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinħareġ sejħa għall-offerti biex dawn jinbidlu kollha s-sena d-dieħla.

Triq il-Qawra – pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra li jitqiegħdu pelican lights fi Triq il-Qawra qrib Triq il-Porzjunkola, ħdejn il-flats tal gvern? Jekk iva, meta hu mistenni li dawn l-istess lights jiġu nstallati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku kienet approvat Zebra Crossing bil-Belisha Lights f’din it-triq. Riċentament l-Awtorita’ rċeviet talba biex din tinbidel f’Pelican Crossing. L-Awtorita’ qegħda tevalwa l-bżonn ta’ din il-Pelican Crossing.

Qtugħ ta’ pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara każ dwar qtugħ minn pensjoni ġewwa Dar tal-Anzjani tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw b’mod separat ser tkun ikkuntatjata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ fejn tingħatalu spjegazzjoni dwar il-każ tiegħu.
Leg 12 PQ #27092 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Port calls minn cruise liners ġewwa Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellna port calls minn cruise liners ġewwa Għawdex waħdu, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u kemm kien l-ammont ta’ passiġġieri li kienu qed iġorru fl-istess xhur imsemmija? Jista’ jgħid x’kienet id-differenza perċentwali f’dawn il-figuri meta kkomparati mal-istess xhur tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Gżira Għawdxija wkoll qed tgawdi mis-suċċessi li qed joħloq is-settur tal-Cruiselining. Skont ċifri minn Transport Malta, f’Għawdex fl-ewwel nofs ta’ din is-sena ġew reġistrati 9 port calls minn vapuri tal-cruiseline, tnejn aktar milli daħħlu is-sena l-oħra fl-istess perjodu. Dawn il-cruiseliners kienu qed iġorru fuqhom 2,474 passiġġier, jiġifieri 3.6% aktar minn dak reġistrat fl-istess xhur tas-sena l-oħra. Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena il-cruiseliners li daħħlu Għawdex ġarrew aktar minn 5,200 passiġġier. Dan ifisser tkabbir ta’ aktar minn 76% fin-numru ta’ passiġġieri reġistrati fl-istess xhur tal-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ gvern preċedenti. L-2015 kienet l-aqwa sena li Għawdex qatt irreġistra f’din l-industrija hekk kif is-sena l-oħra f’Għawdex ġew reġistrati 18-il port call, li ġarrew il fuq minn 9,800 passiġġier, it-tripplu minn dak reġistrat fl-2012 u 14-il darba aktar mill-2014.