Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27176, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Għawdxin li huma reġistrati, għandhom żewġ impjiegi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li huma impjegati u għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 393 persuna.

Persuni li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27167, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu fuq bażi part-time hemm minnhom li huma reġistrati li għandhom żewġ impjiegi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin f’impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 3,410 persuni. Filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin f’impjieg part-time kif ukoll full time li għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 2,898.
Leg 12 PQ #28645 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – każijiet ġodda ta’ dijabete

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li każijiet ġodda ta’ dijabete għandhom stennija ta’ aktar minn sena qabel jarahom konsulent fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pazjent li għandu stennija ta’ aktar minn sena biex jarah Konsulent tad-Dijabete’ fl-Outpatients f’Mater Dei.
Leg 12 PQ #28646 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-artroskopija – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni tal-artroskopija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 601 pazjenti jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-atroskopija, nfakkarha li fis-sena 2012 taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern preċidenti kien hemm 1877 pazjenti jistennew għal din l-operazzjoni.
Leg 12 PQ #28647 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25209 u 25074, jista’ l-Ministru jgħid jekk s’issa ħarġux sejħiet għal aktar konsulenti mediċi fis-sena 2016? Jekk iva, f’liema speċjalizzazzjonijiet mediċi? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ħargu 16 il-sejħa għal Konsulenti Mediċi.
Leg 12 PQ #28648 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25211, 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għal Konsulent fid-Dipartiment tal-Kirurġija ħarget u din il-vakanza kienet imtliet, skont l-esiġenzi tas-servizz, permezz ta’ Konsulent Ġenerali b’interess speċjali fil-Breast Surgery.
Leg 12 PQ #28649 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25211, 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery b’Interess Speċjali fil-Kirurgija tas-Sider? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28648 filwaqt li ninformaha li s-sejħa ħarget f’Ġunju tal-2016 u kien hemm applikant wieħed.
Leg 12 PQ #28650 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 25170, 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015 peress li l-Ministru poġġa biss ir-rapport ta’ Jannar 2016 meta l-mistoqsija kienet tispeċifika s-sena 2015 kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei għas-sena 2015.

Wasteserv – persuni ngaġġati mal-Iscammel – ġbir ta’ skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew ingaġġati mill-Wasteserv biex ikunu mal-iscammels jissorveljaw il-ġbir tal-iskart mid-djar fil-lokalitajiet ta' Għawdex? Kif ġew ngaġġati dawn il-persuni u għal kemm żmien? Kif ġew magħżula u x’inhi l-paga li qed jirċievu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm total ta’ 17-il persuna li ġew ingaġġati sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-separazzjoni tal-iskart organiku fil-gżira t’Ghħwdex, li jinkludi sorveljanza tal-ġbir ta’ dan l-iskart mill-iscammels. Dawn gew ingaġġati tramite l-kuntrattur JF Services Ltd, fuq bażi każwali, marbutin mall-bżonnijiet tal-proġett. Il-persuni gew magħżula tramite intervista u qegħdin jitħallsu bil-paga ta’ €7.76 fis-siegħa.
Leg 12 PQ #28676 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Jobs Plus – skemi ta’ xogħol jew taħriġ f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ta' xogħol jew taħriġ qed tħaddem bħalissa Jobs Plus f' Għawdex? Kemm hemm persuni f'kull skema? X'xogħol jew taħriġ qed jagħmlu dawn il-persuni u f’liema postijiet? Xi ħlas qed jieħdu dawn il-persuni għax-xogħol li qed jagħmlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus bħalissa qed tamministra żewġ skemi f’Għawdex: Work Exposure Scheme 2016 u Work and Training Exposure Scheme for Part 1 Registering Clerks. In-numru totali ta’ individwi li qegħdin jipparteċipaw fl-iskema Work Exposure Scheme 2016 huwa ta’ 160. Matul il-perjodu li l-parteċipanti jkunu fuq l-iskema, dawn jibqgħu meqjusa li qed jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad. Dawk kollha li jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad kienu eliġibbli li jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol. Persuni li huma taħt l-24 sena ma setgħux jipparteċipaw f’din l-iskema. Matul il-perjodu l-parteċipanti huma eliġibbli għal €145 fil-ġimgħa. Il-parteċipanti ġew allokati f'postijiet mill-Ministeru għal Għawdex. In-numru totali ta’ individwi li pparteċipaw fl-iskema Work and Training Exposure Scheme for Part 1 Registering Clerks huwa ta’ 25. Matul il-perjodu li l-parteċipanti jkunu fuq l-iskema, dawn jibqgħu meqjusa li qed jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad. Dawk kollha li jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad bi preferenza klerikali ngħataw din l-opportunità li permezz tagħha qed jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol. Matul il-perjodu l-parteċipanti huma eliġibbli għal €150 fil-ġimgħa. L-eżerċizzju huwa ffinanzjat, amministrat u mmexxi minn Jobsplus f’Għawdex u l-parteċipanti huma allokati fl-uffiċċji tal-Korporazzjoni.
Leg 12 PQ #28677 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – kuntratturi — servizzi ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm kuntratturi li qed jagħtu servizz ta' ħaddiema lill-Gozo Channel? Kif ġie magħżul kull kuntrattur? Jista' jgħid f'kull każ kemm qed jitħallsu l-ħaddiema ta' dan il-kuntrattur skont il-kuntratt li jkun ingħata? Jista' jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-ħaddiema li jagħtu servizz lill-Gozo Channel u li jkunu ngaġġati ma’ kuntrattur? Jekk iva, f’liema oqsma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li hemm żewġ kuntratturi qegħdin jagħtu servizz ta’ ħaddiema lill-Gozo Channel (Operations) Limited wara sejħa għall-offerti. Id-dettalji huma: Kuntrattur Tip ta’ ħaddiema Rata kull siegħa (Mingħajr VAT) € Floorpul Co. Limited Cleaners fit-terminals 6.44 Trust Business Solutions JV Cleaners fuq il-vapuri 6.44 Trust Business Solutions JV Mooring Men fit-terminals 7.28 Trust Business Solutions JV Cafeteria Attendants fuq il-vapuri 7.28 Rigward jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-ħaddiema li jagħtu servizz lill-Gozo Channel u li jkunu ngaġġati ma’ kuntrattur, r-risposta hija iva skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #28714 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – waiting lists tal-outpatients

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru tiegħu jew xi Dipartiment li jaqa' taħtu kkummissjona rapport dwar waiting lists tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei? Jista' jikkonferma li dan sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal dan ir-rapport?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa ma kkummissjona l-ebda rapport dwar waiting lists tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei.

Dar tal-Anzjani – applikazzjoni ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni soċjali – applikazzjoni ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jara li dan il-każ jingħata preċedenza, peress li din il-persuna se tkun qed tispiċċa barra wara Diċembru 2016 għaliex il-kuntratt tal-kiri tal-post li fih qed tgħix preżentement se jiskadi u peress kull kirja ġdida taċċedi l-mezzi tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnha qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #28724 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni – impjegati — remunerazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28547, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid l-impjegati tal-Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni (EPA) x' remunerazzjonijiet għandhom u x'perks għandha/u kull impjegat/a?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tlett impjegati tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni ta' Embrijuni huma mħallsin skont id-direttiva numru 7 maħruġa mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28506, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni, il-kumpaniji jew il-partnerships li ngħataw il-kuntratti u x-xogħlijiet imsemmija fir-risposta li ngħatat għal din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandix aktar xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28506.
Leg 12 PQ #28729 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – membri tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28502 u jgħid min huma l-membri tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Bord appuntati biex imexxu l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi ġejjin mis-Servizz Pubbliku nnifsu, mill-Universita’ ta’ Malta u mill-MCAST, kif ukoll mis-settur privat kif ġej; Is-Sur Mario Cutajar (Chairperson) Is-Sa Joyce Dimech (Chairperson delegate) Prof. Joseph Cacciottolo (co-Chairperson) Is-Sur Vince Maione (Vice-Chairperson) Dr Alex Rizzo (Member) Dr Joyce Cassar (Member) Dr Godfrey Pirotta (Member) Dr Mario Thomas Vassallo (Member) Is-Sa Antoinette Caruana (Member) Is-Sur Ivan Refalo (Member)
Leg 12 PQ #28730 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – Segretarju tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28503 u jgħid min huwa s-Segretarju tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju tal-Bord appuntat biex imexxi l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi hija s-Sa Sarah Agius.
Leg 12 PQ #28731 Sitting 454 2016-11-23 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku — Kap

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28504 u jgħid min huwa l-Kap li se jkun qed jimplimenta d-direttivi tal-Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kap responsabbli biex jimplimenta d-direttivi tal-Bord imwaqqaf biex imexxi l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi huwa s-Sur Charles Polidano.