Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Pulizija humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għall-claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lill-persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi s-sitwazzjoni għadha kif kienet fi żmien amministrazzjoni preċedenti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23890, peress li issa għaddew seba’ xhur oħra, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak ir-rigward?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27715.
Pitkalija – Privatizzazzjoni – bdiewa, pitkala u xerrejja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu milqutin il-bdiewa, pitkala u xerrejja jekk il-Pitkalija tiġi pprivatizzata jew inkella jekk isir public private partnership?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28429.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tant neċessarja fil-Pitkalija peress li f' dawn l-aħħar tliet snin ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni infrastrutturali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol ta’ infrastruttura jew manutenzjoni li sar fil-Pitkalija f’dawn l-aħħar 30 sena kien bejn l-1996 – 1998 taħt Gvern Laburista meta nbnew mill-ġdid it-tined ta’ fuq il-platforms.
Taħt diversi amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, mill-1987, ma sar ebda xogħol ta’ infrastruttura u l-Pitkalija tħalliet f’telqa sħiħa.
In¿id ngħid li matul din is-sena beda l-proċess ta’ manutenzjoni infrastrutturali ġewwa l-Pitkalija, fosthom:
1. Xogħol ta’ manutenzjoni fid-depot tal-kaxxi,
2. Bini ta’ kamra ġdida tas-sikurta’,
3. Manutenzjoni fuq ħitan tal-madwar il-Pitkalija,
4. Tħejjijiet biex jinghata t-tarmac fit-toroq ta’ ġewwa l-Pitkalija,
5. Tkomplija tal-proġett pilota mal-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (FCCS) (fosthom bini ta’ cold rooms adekwati, tqegħid ta’ sistema’ ta’ fibre optic cable u xiri ta’ kaxxi mgħamra biċ-ċippa) li issa wasal fl-aħħar fazi tiegħu u mistenni li jibda jaħdem fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Peress li għal dawn l-aħħar tliet snin is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jdaħħal riforma sħiħa fil-Pitkalija, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment din ir-riforma dieħla u fiex se tkun tikkonsisti din r-riforma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Niġbed l-attenzjoni illi r-riforma fil-Pitkalija ilha li bdiet prattikament mill-ewwel ġurnata ta’ din l-amministrazzjoni. Ir-riforma tikkonsisti kemm f’xogħlijiet infrastrutturali, kif ukoll fl-operat tal-Pitkalija.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija tiegħu stess, numru 28431 għal dak li jirriggwardja xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali, u nżid ngħid li saru diversi riformi oħra fl-operat tal-Pitkalija, fosthom:
1. Introduzzjoni ta’ garanzija bankarja li tat serħan il-moħħ lill-bdiewa,
2. Xiri sostanzjali ta’ numru ta’ kaxxi biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa matul l-istaġuni kollha,
3. Tibdil fil-ħinijiet tal-operat biex kemm il-bdiewa u x-xerrejja jkunu moqdija aħjar,
4. Introduzzjoni ta’ sistema ġdida biex taqdi l-ħtigijiet tal-mara tad-dar u telimina l-abbużi,
5. Bdil komplet tal-kupuni qodma f’kupuni ġodda, mgħammra b’teknoloġija biex telimina l-abbuż ta’ falsikifazzjoni,
6. Manutenzjoni estensiva fil-faċilita’ fejn jinżammu l-kaxxi kif ukoll fejn jinħaslu dawn il-kaxxi b’ħarsien ta’ regolamenti fuq sikurta’ u iġene,
7. Kontroll strett fuq l-indafa u iġene tal-post kif jixraq f’post fejn jinbiegħu prodotti tal-ikel ghal-konsum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn l-impjegati u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn il-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu bħalissa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm ħames transfers minn - u ħames transfers lejn - il-Pitkalija, f’diversi gradi fosthom Senior Agricultural Officer, Senior Clerk u Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pixkerija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X' tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – European Consumer Summit – interventi taċ-Chairperson
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-interventi li għamel iċ-Chairperson fil-European Consumer Summit li sar fi Brussel f’Ġunju 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma kellux interventi waqt il-Consumer Summit.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa pubblika organizza l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn Ġunju 2013 ‘il hawn? Meta ġew organizzati dawn il-laqgħat u x’kienu t-temi diskussi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Ġunju 2013 ‘l hawn saret laqgħa waħda ma’ l-awtoritajiet fejn kienet mistiedna l-media. Din kienet Business Lunch intitolata Il-Kultura tal-Customer Care fi ħdan l-Awtoritajiet: Kemm hija effetiva? Fil 13 ta’ Ġunju 2014.
Minn Ġunju 2013 ‘l hawn il-kunsill kellu ukoll laqgħat oħra ma diversi Awtoritajiet li pero’ ma kienux miftuħin għall-pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26738, tista’ l-Ministru tgħid jekk iż-żewġ assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi humiex ser ikollhom rwol bħala ADR entity? Jekk mhux ser ikollhom rwol tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni? Jekk ser ikollhom rwol x’ser tkun il-funzjoni tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-‘Awtorità Kompetenti’ għall-ADR, bi tħejjija għall-introduzzjoni ta’ l-ADR, stiednet lill-Għaqdiet tal-Konsumaturi għal laqgħat ta’ informazzjoni filwaqt li nkuraġġithom sabiex jassumu l-irwol ta’entità tal-ADR. Madankollu, minħabba kwistjoni ta’ nuqqas ta’ rizorsi umani dawn ma applikawx sabiex isiru entitajiet tal-ADR.
Għaqdiet mhux governattivi li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-għaqdiet u minn liema dipartimenti ħadu l-kuntratt? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu? Għal liema valur?
Peress li l-Ministru kkonferma li l-PBS m'għandux ġurnalist preżenti kull jum il-Qorti, jista’ l-Ministru jgħid kif il-PBS jagħmel biex jirraporta fid-dettal każi tal-Qorti meta ma' jkollux ġurnalist preżenti fl-awla? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn il-PBS jikseb l-aħbarijiet mill-Qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija 28335 li tispjega li l-PBS juża diversi mezzi u rizorsi biex jirraporta l-qorti. Kif diġà ntqal jagħmel dan kultant bil-preżenza tal-ġurnalisti tiegħu fil-qorti stess, permezz ta’ portal sentenzi on line kif ukoll b’informazzjoni li tasal lill-istazzjon minn diversi sorsi li jista jkunu mill-avukatura, mill-pulizija, mill-partijiet u mill-qorti stess. Naħseb li l-Onoerevoli interpellant mhux qed jistenna li l-PBS jikxef is-sorsi tal-informazzjoni tiegħu. Kif jaf l-Onorevoli interpellant din hija informazzjoni privileġġjata għax l-ebda ġurnalista m’huma mistenni jikxef is-sors tal-informazzjoni tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27616, jista’ l-Ministru jispjega lil min ingħata d-direct order ta' €624,000 għal due diligence lill-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat mis-Segretarjat Parlamentari li r-rapport li qed jagħmel riferenza għalih hu rapport intern. Dan ir-rapport ġie evalwat u mhux neċessarjament ser jiġu implimentati mi¿uri kif ġie suġġerit mill-MEU. Għaldaqstant mhux meqjus f’loku li tali rapport intern jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti
Dwar id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, qed isir ristrutturar li għandu jwassal biex id-dipartiment ikun jista’ jindirizza kemm il-funzjonijiet primarji ta’ monitoraġġ u appoġġ, kif ukoll il-funzjonijiet anċillari bħalma huma t-tifsil u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, kif ukoll li jkun aġġornat u parteċipa fl-isfera kemm tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tal-Gvern Lokali.
Aktar minn hekk, dwar il-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali, twaqqaf Working Group li hu kompost minn rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji E¿ekuttivi, l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, liema Working Group hu presedut mid-Direttur Ġenerali fi ħdan il-ministeru, li għandu l-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal Governanza Tajba fuq livell ta’ awtoritajiet lokali (Kumitati Reġjonali, Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi).
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8083 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 455 nhar it-Tnejn, 28 ta' Novembru 2016)
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28109, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet għall-trasferimenti ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi fir-Reġistru tal-Artijiet li kienu għadhom pendenti sal-aħħar ta' Settembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi li n-numru t’applikazzjonijiet għall-trasferimenti ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi li kienu għadhom pendenti jammontaw għal disat’ elef tmien mija u erbgħa u erbgħin. (9844). Ir-raguni għaliex hemm dawn l-applikazzjonijiet pendenti huma diversi u jinkludu:
· Żieda sostanzjali fix-xogħol minħabba attività ikbar fis-settur tal-propjetà
· Numru sinjifikanti minn dawn il-
files
qed jistennew azzjoni mill-applikanti u/jew terzi persuni (eż periti, nutara, werrieta)
. Din l-amministrazzjoni wirtet sitwazzjoni tal-biki b’sistemi ta’ IT skaduti u
backlog
ħafna ikbar milli hemm illum
Qed naħdmu favur ri-organizazzjoni fid-Dipartiment bil-għan li l-backlog ikompli jonqos u jsaħħaħ l-operat ta’ dan id-dipartiment
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-bini ta’ toroq ġodda, kif ukoll ta’ manutenzjoni ta’ toroq u bankini eżistenti f’Ħal Tarxien li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-toroq arterjali u distributorji li jaqgħu f’din il-lokalita’ m’hemm l-ebda xogħol gdid ippjantat għax-xhur li ġejjin. Ta’ min isemmi pero’ li tul in-network arterjali u distributorju jsir xogħol ta’ manutenzjoni u tiswija skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-ftuħ tal-Mediterrenean Maritime Hub humiex se jintlaqtu b’mod negattiv ir-residenti tal-madwar? Jista’ jgħid jekk sarx Environment Impact Assessment u jekk iva jistax iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Forzi Armati ta’ Malta – Bord tal-Inġustizzji — każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord tal-Inġustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta u li jmur lura għall-1980, 1981 u 1982? Kemm kien il-kumpens ordnat u r-rimedju mogħti għal kull wieħed minn dawn il-każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Bord tal-Inġustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta tratta tmien każijiet li jmorru lura fl-imsemmija snin, b’ħamsa minnhom jinstab li kellhom raġun. Ir-rimedji mogħtija f’dawn il-ħames każijiet, illi jinkludu inġustizzji li ġie pprovat li saru mal-persuni konċernati sas-sena 2001, kienu promozzjonijiet bil-maġġoranza tagħhom għal snin aktar qabel ma’ oriġinarjament kienu ingħataw l-istess gradi. Il-promozzjonijiet kienu għall-gradi ta’ ;
- Lance Bombardier
- Bombardier
- Sergeant
- Staff Sergeant
- Warrant Officer 2
- Warrant Officer 1
Il-kumpens totali ta’ dawn il-każijiet kien jammonta għal wieħed u tletin elf u wieħed u disgħin ewro u disgħa ċenteżmi - €31,091.09.
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq parir tal-Kummissarju tad-Data, l-informazzjoni mitluba qed tingħata fil-kollettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk li għandhom pensjoni tas-Servizzi Ingliżi u li bdew jiżdiedu ftit, kif kien imħabbar minn amministrazzjoni preċedenti għadhom jistennew l-aġġustament ta' €200 li kienet ġiet imħabbra s-sena li għaddiet fid-diskors tal-baġit meta issa diġà dħalna fix-xahar ta’ Novembru? Jista’ jgħid x’żieda, speċifikament għalihom, se jieħdu dawn il-pensjonanti, is-sena d-dieħla u sa meta hu mistenni li jeħduha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kien il-Gvern ta’ bejn l-1996 u l-1998 li daħħal l-ewwel riforma importanti għall-pensjonanti tas-servizz fl-4 ta’ Ottubru 1997 li biha eluf kbar ta’ pensjonanti tas-servizz ma baqgħux isofru qtugħ fil-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tagħhom waqt li ħafna oħrajn gawdew minn din il-miżura snin wara u għadhom igawdu minnha sal-lum.
Il-Gvern preċedenti kien ħa 11-il sena, jiġifieri sal-2008, biex kompla jibni fuq dik il-miżura u daħħal l-aġġustament tal-€200. B’dan l-aġġustament il-Gvern preċedenti ta b’kollox €800 permezz ta’ erba’ aġġustamenti waqt li sa tmiem din il-leġislatura biss il-Gvern preżenti se jkun ta sitt aġġustamenti jew €1,200.
Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda li qiegħda issir referenza għaliha, ġiet maħduma u jirriżulta li madwar 4,500 pensjonant ibbenefikaw minn żieda li tlaħħaq sa €3.85 fil-ġimgħa. Għas-sena d-dieħla huwa ippjanat li sa Settembru ir-reviżjonijiet ikunu saru u ż-żidiet dovuti għall-2017 ikun tħallsu kollha.
Ma neskludix wkoll il-possibiltà li jista’ jkun hemm ftit każijiet fejn ma jkunux ircievew iż-żieda dovuta lilhom minħabba ir-raġuni li ma jkunux nqabdu mis-sistema minħabba data li ma tkunx għad-diżpożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Tajjeb li wieħed isemmi li l-assessjar ta’ dan l-eżerċizzju isir b’mod awtomatiku u l-intervent uman isir biss sabiex ikunu awtorizzati l-arretrati.
Għaldaqshekk nitlob lill-Onor. Interpellant li, jekk jaf b’xi każ partikolari, jgħaddilna d-dettalji tal-individwu sabiex id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jkun jista’ jiċċekkja fuq il-każ.
Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – SportMalta – proġett ta’ resurfacing ta’ jogging track
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27953, jista’ l-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender u meta mistenni jibda u jintemm ix-xogħol tar-resurfacing tal-jogging track f’Santa Luċija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tender tar- resurfacing tal-jogging track f’Santa Luċija intrebaħ minn Teken Dell’Arch Renda. Ix-xogħol beda diġà u hu maħsub li jitlesta sal-aħħar tas-sena, jekk it-temp jippermetti.