Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq jew sqaqien ġew identifikati mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fejn intalbet l-għajnuna sabiex isiru minn Transport Malta jew b'kollaborazzjoni ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta' Ħal Qormi mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif wkoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26955. Intant, toroq li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżvilippaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist.
Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hu ppjanat li jitlesta’ x-xogħol ta’ tisbieħ fil-Wied ta’ Ħal-Qormi.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta' Ħal Luqa mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26955 u 28780 għax-xogħlijiet li saru minn Transport Malta.
Lista ta’ xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tas-Siġġiewi mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 26955 għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għax-xogħlijiet li saru minn Transport Malta.
Ix-xogħlijiet fuq toroq isiru wara li jkunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti skont kif tobbliga l-liġi u abbażi tal-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda jinbena l-proġett identifikat bħala hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ix-xogħol fuq il-proġett għal persuni b’diżabilita’ bl-isem ta’ REACH, huwa mistenni jibda malli tkun approvata t-talba għall-fondi tal-ERDF li ġiet sottomessa u fil-preżent qiegħda tigi evalwata mill-entità governattiva responsabbli mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jindika preċiżament fejn hu mistenni jinbena l-proġett indikat bħala hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sit tal-proġett għall-persuni b’diżabilità bl-isem ta’ REACH, huwa mistenni li jinbena bejn Triq it-Torri tal-Kaptan u Triq San Timotju fin-Naxxar, hekk kif ġie indikat fl-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proġett indikat bħala hub għall-persuni b'diżabilità li kien hemm referenza għalih fl-aħħar żewġ diskorsi tal-budgetu li għandu jsir fin-Naxxar hemmx interessi ta' kumpaniji jew entitajiet privati fit-twettiq tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proġett għall-persuni b’diżabilità bl-isem ta’ REACH, ser ikun parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, li kif weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 28861, l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-entità governattiva responsabbli għall-fondi mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett indikat bħala hub li ssemma’ fl-aħħar żewġ budgets u li suppost għandu jinbena fin-Naxxar hux ser jilqa' fih ukoll persuni anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett bl-isem ta’ REACH , huwa intenzjonat għall-persuni b’diżabilità. Madanakollu, l-proġett ser jintroduċi żoni miftuħa u addattati għal kulħadd, u għalhekk post li ser ikun aċċessibli għal min ser ikun qiegħed jiffrekwentah.
Housing Estates – kuntratti tax-xiri ta’ appartamenti — punti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li għadhom fis-seħħ punti fil-kuntratti tax-xiri ta’ appartamenti fi blokok mill-Housing Estates speċjalment f’dak li jirrigwardja l-indafa, condominum, eċċ.?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-kuntratti tax-xiri tal-appartamenti jsiru skont il-kundizzjonijiet tal-avviż li taħtu jkunu ħarġu l-appartamenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tintuża mill-ARMS sabiex tħallas id-danni lill-konsumaturi li jkunu sofrew ħsarat kawża ta’ power surge? Jista’ jgħid f’kemm żmien isir il-ħlas minn meta ssir it-talba mill-konsumatur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li huma jieħdu azzjoni fuq direzzjoni li tingħata lilhom mill-Enemalta plc.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-kumpens minn konsumaturi li sofrew danni kawża ta’ power surge għas-snin 2014, 2015 u 2016 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont kollu li tħallas lill-konsumaturi f’danni kull sena f’dawn is-snin imsemmija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi mal-Każakistan sabiex jinfetħu opportunitajiet għall-adozzjonijiet għall-koppji jew individwi Maltin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtoritá Ċentrali Maltija bagħtet korrispondenza lill-Awtorità Ċentrali tal-Każakistan iżda għadha ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-korrispondenza mibgħuta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien irraportat li ntlaħħaq bejn Malta u r-Russja sabiex koppji jew individwi Maltin ikunu jistgħu jaddottaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-awtoritajiet Maltin qed jistennew rispons mingħand l-awtoritajiet Russi dwar il-ftehim bilaterali bejn iż-żewg pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b’apparat li jintuża fil-korsijiet tal-woodwork ġewwa l-MCAST (Mosta Institute) li ilu aktar minn sena bil-ħsara? Infurmat il-Ministru li kawża t’hekk studenti qed ikollhom jirrikorru għand kumpanija privata bi spiża fuq l-istudent li tvarja bejn l-€250 sal-€450? Jekk iva, jista’ jaġġornana meta din il-magna se tkun mill-ġdid għad-dispożizzjoni tal-istudenti u fil-frattemp kif se jinġarr il-piż finanzjaru minn fuq dahar l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess sabiex jissewwew il-magni msemmija. Sadanittant, ingħatat direzzjoni lill-Istitut konċernat illi m’għandhomx jingħataw assignments li jinvolvu spejjeż kbar għall-istudenti.
Jista’ l-Ministru jippubblika lista ta’ Direct Orders u tenders li ngħataw fuq l-Iskola tas-Sixth Form f’Għawdex, bl-ammont għal kull wieħed, lil min ingħata x-xogħol, ġiex komplut ix-xogħol u kemm baqa’ x’jitħallas għal kull kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada – audit finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-audits finanzjari annwali tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audit finanzjaru annwali tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada fir-rigward tas-sena li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2016 jibda fis-sena 2017. Infurmat li l-audits annwali tas-snin passati huma kollha kompluti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim il-ġdid ta' kirja li sar mill-Awtorità tad-Djar fuq il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas annwali ta' kera għal dan il-fond u jgħid ukoll għal kemm żmien sar dan il-ftehim?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija waħda ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għadhiex bil-ħsieb li ssib post alternattiv minn fejn topera? Jekk iva, jista' jgħid jekk inbedix il-proċess ta' procurement f'dan il-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar għaddejja bi studju sabiex jinstab post alternattiv għall-uffiċini tagħha. Għalhekk, il-proċess ta’ procurement għadu ma bediex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28510, jista' l-Ministru jgħid jekk is-27,000 familja li se jibbenefikaw mit-tqassim tal-ikel, jammontawx għall-41,000 persuna eleġibbli għal dan l-ikel u dan skont l-istqarrija ministerjali tal-11 ta' Ottubru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru preċiz ta’ familji u konsegwenza ta’ hekk in-numru ta’ persuni li jaqgħu fil-kriterji stabbiliti huwa wieħed fluwidu u għaldaqstant mhux possibbli li jingħata n-numru eżatt għaliex dawn jinbidlu minn żmien għall-ieħor.