Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home Visit mis-Social Worker – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex issir home visit minn social worker?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Benefiċċji Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet applikat għall-benefiċċju soċjali imma għadha mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Marsaxlokk – sit arkeoloġiku Tas-Silġ

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba għar-rigward is-sit arkeoloġiku Tas-Silġ f’Marsaxlokk hemmx pjan ta’ konservazzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex jitkompla l-iskavar u l-istudju tal-istess sit? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan sabiex din l-attrazzjoni tkun miftuħa regolarment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li applikaw biex jingħataw l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw sabiex jingħataw għajnuna soċjali tul is-sena 2016? Jista’ wkoll jindika kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li applikaw għal Għajnuna Soċjali fis-sena 2016 kien ta’ 2,796 filwaqt li n-numru ta’ dawk li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju tul l-istess sena kien ta’ 4,633.
Leg 12 PQ #32216 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Skola Medika ta’ Barts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamenati 31851, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laqgħa msemmija ġietx diskussa l-Iskola Medika ta’ Barts?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-laqgħa msemmija ġew diskussi numru ta' żviluppi fil-qasam tas-Saħħa, inkluż il-viżjoni tal-Gvern Malti illi jagħmel minn Malta Ċentru Internazzjonali ta' Tagħlim Mediku.
Leg 12 PQ #32217 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – involviment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnha m’għandu assolutament l-ebda rwol fl-isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #32218 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – involviment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru għas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmi minnha qed jagħti pariri rigward Corporate Spending Review fil-Ministeru għas-Saħħa.
Leg 12 PQ #32219 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Studju fuq in-nefqa tal-obeżità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31087, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal l-imsemmi studju dwar in-nefqa fuq l-obeżità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudju ġie ffinalizzat u ppubblikat mill-Price Waterhouse Coopers fuq is-sit elettroniku tagħhom fit-3 ta’ Marzu 2017.
Leg 12 PQ #32220 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31081, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Għawdxin jaħdmu Malta? Kemm minnhom jixtiequ jmorru jaħdmu Għawdex? Kemm minnhom jixtiequ jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare (VGH)? Kemm hemm infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Għawdex li fil-fatt jixtiequ jiġu jaħdmu Malta għaliex mhumiex komdi jaħdmu mal-VGH?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 133 infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Malta li qegħdin fil-lista ta’ stennija sabiex imorru jaħdmu Għawdex f’ordni ta’ preċedenza skont id-data ta’ meta ġew appuntanti. Id-dipartiment tar-Riżorsi Umani m’għandu l-ebda talba mingħand infermiera Għawdxin biex jinżlu jaħdmu Malta.
Leg 12 PQ #32221 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech jew Sptar San Luqa – ħaddiema li qed jistennew trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jistennew trasferiment għaliex ma jridux jibqgħu jaħdmu l-Isptar Karin Grech u/jew l-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 16 il-ħaddiema mit-taqsima tal-manutenzjoni tal-isptar San Luqa li talbu trasferiment.

Casa Francesco – sodod mixtija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Francesco fis-snin 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Casa Arkati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Villa San Lawrenz, G·awdex – sodod mixtrija mil-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa San Lawrenz Għawdex fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Jasmine Nursing Home – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Jasmine Nursing Home fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Central Home – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern fis-Central Home fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Upkeep Maintenance and Design – job sheets

Question

Jaħsibx il-Ministru li Heritage Malta għandha tintroduċi job sheets li s'issa ma jeżistux fis-sezzjoni tal-Upkeep Maintenance and Design li fiha jkun inkluż il-ħin dedikat lil dik il-biċċa xogħol u jaċċerta li min jirċievi s-servizz, jiċċertifika li jkun sar ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għalkemm is-sezzjoni tal-maintenance ma għandhiex sistema formali ta’ job sheets, tħaddan sistema fejn kull talba hija rreġistrata u segwita sakemm tkun kompluta, u din is-sistema taħdem.

Heritage Malta — Ħaddiema Grad A sa Grad F – sick leave

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il ġurnata sick leave totali ttieħdet mill-ħaddiema bejn Grad A sa Grad F matul is-sena 2014, 2015 u 2016? Jista’ wkoll jagħti break down grad grad?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta — Management, CEO, Heads, Managers u Principal Curators/Principal Conservators/Senior Executives – sick leave

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il ġurnata sick leave totali ttieħdet mill-Management, mis-CEO, Heads, Managers u Principal Curators/Principal Conservators/Senior Executives matul is-sena 2014, 2015 u 2016? Jista’ wkoll jekk jogħġbu jagħti break down grad grad?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fi ħdan Heritage Malta sal-ġurnata tal-lum? Jista' wkoll jgħid f'liema grad jinsabu, kif ukoll jgħid kemm minnhom huma on secondment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa Heritage Malta timpjega 298 persuna. Tlettax minnhom huma b’self minn istituzzjonijiet oħra kif spjegat fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016

Question

B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji ta' kif il-marki relatati mal-kriterja Artistic Significance, huma mqassma?Jista' wkoll jgħid x'kienu s-subkriterji abbinati ma’ dan il-kriterju li ġarr miegħu 60% tal-marka totali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kriterja ta’ artistic significance ma għandux sub-kriterji. Huwa responsabbiltá ta’ kull membru tal-ġurija li jinterpreta l-brief u li jagħti l-marki skond il-kriterji ppubblikati fis-sejħa.