B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27662 jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jattira aktar Dental Hygienists jidħlu jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn huwa ċar li hemm nuqqas serju fis-servizzi tad-Dentistrija u l-kura tas-snien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda nuqqas fis-servizzi li joffru d-Dental Hygienists. L-appuntamenti għall-pazjenti referuti għal servizzi u trattamenti perjodontali minn Dental Hygienists jingħataw fi żmien ġimgħa.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27664, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jattira aktar Dental Technologists jidħlu jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn huwa ċar li hemm nuqqas serju fis-servizzi tad-Dentistrija u l-kura tas-snien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda nuqqas fis-servizzi li joffru d-Dental Technologists.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għalfejn f’dawn l-aħħar jiem il-power station f’Delimara magħrufa bħala D1 dehret qed iddaħħan ħafna u ħafna iktar mis-soltu, f’perjodi intermittenti imma spissi ħafna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li d-dħaħen li dehru nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru seħħew waqt proċess biex wieħed mill-boilers tal-impjant Delimara 1, li jaħdem bil-heavy fuel oil, intefa’ għall-manutenzjoni u reġa’ nxtegħel mill-ġdid. Dħaħen skuri bħal dawn jidhru wkoll waqt operazzjonijiet imsejħa sootblowing li jeħtieġ isiru kuljum f’impjanti tal-heavy fuel oil ta’ dan it-tip. Skont il-pjanijiet tal-Enemalta plc dan l-impjant ser jibqa’ jintuża sakemm jibda jopera l-impjant il-ġdid Delimara 4 tal-Electrogas Malta bil-gass naturali.
Kunsill Lokali Gudja – aċċess għall-kmamar tal-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27952 li ġiet referuta lilu u ċjoè biex tkun milqugħa t-talba li għamel il-Kunsill Lokali tal-Gudja fl-2015 għall-aċċess għall-kmamar mhux u¿ati mill-iskola biex dawn jinbidlu fi klassijiet għal-Lifelong Learning?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li wara sensiela ta' laqgħat bejn kulleġġ/skola/MEDE u l-Kunsill Lokali ġie maqbul biex jinbeda proċess biex il-kmamar imsemmija jagħmlu użu minnhom il-Kunsill Lokali għal użu esklussivament edukattiv (lifelong learning) tal-lokalità. Dan wara li jiġi ffirmat ftehim bejn il-MEDE u l-Kunsill Lokali. Il-proċess għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa fuq u wara r-rapport fil-Mument tat-13 ta' Novembru 2016 (paġna 10 u 11) dwar annimali miżmuma f'kundizzjonijiet ħżiena u abbużi oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rapporti fuq dan il-każ daħlu darbtejn għand id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. L-ewwel rapport kien datat 27 ta’ Mejju 2016 u t-tieni rapport daħal fid-29 ta’ Lulju 2016. L-Uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali segwew dawn ir-rapporti u għamlu diversi spezzjonijiet f’dan ir-rigward. F’kull spezzjoni dejjem irriżulta li l-annimali kienu jinsabu fi stat tajjeb u ma kienx hemm l-ebda moħqrija jew abbuż. Jidher li l-annimali għandhom nutrizzjoni tajba u kellhom friex adegwat u nadif. L-annimali għandhom parti msaqqfa bħala lqugħ kontra l-elementi naturali kif ukoll aċċess għal bitħa (paddock). Min-naħa tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ma kien hemm l-ebda ksur ta’ regolamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Bord tal-Inġustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta f’kemm-il każ ordna kumpens jew rimedju, li jmorru lura għas-snin 1981-1987, sena b’sena u x’kien ir-rimedju f’kull każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Bord tal-Ingustizzji tal-Forzi Armati ta’ Malta sab inġustizzji f’ħames każijiet li jmorru lura fis-snin imsemmija. Ir-rimedji mogħtija f’dawn il-każijiet, li jinkludu inġustizzji li ġie pprovat li saru mal-persuni konċernati sas-sena 2001, kienu promozzjonijiet għal gradi kif elenkat hawn taħt:
- Lance Bombardier
- Bombardier
- Sergeant
- Staff Sergeant
- Warrant Officer 2
- Warrant Officer 1
F’każ minnhom kien hemm kumpens finanzjarju u mhux promozzjonijiet.
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq parir tal-Kummissarju tad-Data, l-informazzjoni mitluba qed tingħata fil-kollettiv.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28168 u jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa tal-Gvern biex jippromwovi u jirreklama fuq kwalsiasi media, inkluż dik soċjali, il-miżuri tal-Budget 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża s’issa hija ta’ €40,000.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28543, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali li se titħallas Vitals Global Healthcare għas-servizzi mogħtija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karen Grech sal-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid mil-liema data bdiet titħallas din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm hu l-ammont imħallas kemm għall-Isptar Karen Grech u kemm għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid kif ġiet stabbilita din is-somma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti li ser jitħallsu lill-Vitals Global Healthcare sal-aħħar tas-sena dwar l-isptar Karen Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex huma kkumparabbli mal-ispejjez rikorrenti li kienu mħallsa qabel, fuq l-istess entitajiet.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28546, jista’ l-Ministru jgħid e¿att kemm tħallsu Vitals Global Healthcare mill-Gvern sal-lum għas-servizzi li taw u/li qed jagħtu peress li fir-risposta tiegħu ma ta l-ebda ċifri? Ma jaħsibx li ladarba dawn qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, huwa neċessarju li din il-Kamra u l-pubbliku jkun jaf x' qed jitħallsu u xi tħallsu s’issa? Jekk le, jista’ jagħti r-raġuni għaliex ma jridx jippubblika dawn iċ-ċifri li tħallsu minn fondi pubbliċi u ta' xiex tħallsu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28505 u jserraħ ras l-impjegati kollha li qabel kienu jwettqu dmirijiethom mas-servizz pubbliku u li issa qed jitqiesu bħala impjegati tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016 li ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom qabel dan it-tibdil se jibqgħu effettivi u viġenti mingħajr ebda tibdil li jista' jkun ta' detriment għalihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġew mgħarrfa l-impjegati msemmija, it-trasferiment tagħhom mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi mhu se jbiddel assulutament xejn mill-kundizzjonijiet li kienu qed igawdu minnhom bħala uffiċjali pubbliċi mas-servizz pubbliku.
Għawdex – Iż-Żebbuġ – Triq is-Sagħtrija – wiċċ bit-tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ippjanat li parti minn Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Għawdex tingħata wiċċ bit-tarmak peress li din il-parti ġdida ta' Triq is-Sagħtrija tinsab fi stat ħażin ħafna b'detriment għar-residenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser terġa tinħareġ sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi r-remunerazzjoni annwali tad-Direttur tal-Embryo Protection Authority (EPA)? Jista' jgħid ukoll jekk min qed jokkupa l-post ta' Direttur tal-EPA, għandux perks oħra addizzjonali barra r-remunerazzjoni? Jekk iva x’inhuma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttur tal-Embryo Protection Authority (EPA) hija s-Sinj. Simone Attard. Is-salarju tagħha huwa ta' skala 4.
Impjant ta’ Sant’Antnin – spezzjoni fuq skart wara s-7:00 pm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed issir spezzjoni fuq l-iskart li jidħol fl-impjant ta’ Sant’Antnin wara s-7.00pm?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li peress li wara l-ħin tas-sebgħa ta’ filgħaxija kienu jidħlu ftit vetturi, l-ispezzjonijiet kienu jsiru b’mod ad hoc u mhux dejjem. Riċentement, il-WasteServ iddeċidiet li l-ispezzjonijiet jibdew isiru kontinwi fuq kull vettura li tidħol sal-ħin tal-għeluq tal-faċilita’ u qegħda fil-fażi li timpjega spettur ieħor sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28520 fejn il-Ministru rriferitni għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27947 niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistosija tiegħi kienet tikkonċerna multi amministrattivi imposti mill-Uffiċċju wara li jkun instab ksur ta’ żewġ artikoli speċifiċi tal-Att tal-Kompetizzjoni u mhux dawk indikati fit-tweġiba għall-mistosija parlamentari 27947 u għalhekk nitlob lill-Ministru tgħid kemm kemm-il multa amministrattiva ġiet imposta fuq intraprizi mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għal xi ksur tal-artikolu 5 jew 9 tal-liġi tal-kompetizzjoni minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari 27947, mill-2011 sal-lum, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni impona dawk il-multi imsemmija u speċificament fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 5 jew 9 tal-liġi tal-kompetizzjoni ma ġietx imposta l-ebda multa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28519 tista' l-Ministru tgħid kif id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minkejja is-sentenza kostituzzjonali tat- 3 ta’ Mejju 2016 xorta ħareġ deċiżjoni fejn instab li kien hemm ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel? Tista' l-Ministru tindika dawk l-artikoli fil-liġi tal-Kompetizzjoni li jagħtu l-poter lid-Direttur enerali (Kompetizzjoni) biex joħroġ din id-deċiżjoni mingħajr ma jimponi multi amministrattivi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li peress li Falzon Group Holdings Limited u San Lucian Oil Company Limited preżentaw rikors ta’ appell quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u kif ukoll rikors kostituzzjonali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), l-Uffiċċju m'huwiex f’pożizzjoni li jikkumenta peress il-każ huwa sub judice.
Federation of Estate Agents — Statement of Objections
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28519, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju irtirax l-Istatement of Objections li kien ħareġ fil-konfronti tal-Federation of Estate Agents?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li wara s-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell, l-Istatement of Objections m'għadhiex iktar applikabbli.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — Statements of Objections
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28518, tista' l-Ministru tgħid jekk f’dawn il-każijiet inħarġux Statement of Objections? Jekk iva, kemm minn dawn inħarġu u liema setturi dawn jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28518, l-Uffiċċju ħareġ Statement of Objections wieħed. Dan inħareġ din is-sena fir-rigward ta’ miżuri interim fis-settur tad-divertiment.
Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) — interim measures - talbiet
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28521, tista' l-Ministru tgħid id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) saritlux talba biex tinħareġ interim measure minn xi intrapriża jew organizzazjoni oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) rċieva talba waħda minn organizzazzjoni sabiex joħrog interim measure.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti, ċittadini ta' Malta, li jattendu l-Iskejjel Ewropej (l-iskejjel imwaqqfa mill-Unjoni Ewropea għat-tfal tal-impjegati tagħha u li jinsabu primarjament fil-Belġju u l-Lussemburgu), skola b'skola u skont is-sezzjoni lingwistika u ċ-ċiklu (nursery, primarja u sekondarja)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hi kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 28778 - skejjel ewropej - studenti cittadini maltin.pdf