Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadini Maltin li qegħdin f’ħabsijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li bħalissa qegħdin f’ħabsijiet barra minn Malta? F’liema pajjiż qegħdin? Kemm minnhom qed jistennew li jiġu proċessati u kemm qegħdin iservu sentenzi ta’ ħabs?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 25 persuna ta’ nazzjonalità Maltija li qegħdin f’ħabsijiet barra minn Malta, kif imsemmi hawn taħt: B’sentenza Jistennew Proċess L-Awstralja 21 9 5 Il-Ministeru m’għandux aktar informazzjoni dwar is-seba’ persuni l-oħra fl-Awstralja Il-Libja 1 0 1 Ir-Renju Unit 1 1 0 It-Tuneżija 1 1 0 Il-Brażil 1 1 0 Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li din iċ-ċifra tikkorispondi biss ma’ dawk il-persuni li talbu għall-assistenza tal-missjonijiet tagħna barra minn Malta. Għaldaqstant iċ-ċifra ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni b’nazzjonalita Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta.

Kunsilli lokali li għandhom is-sistema tal-pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali għandu sistema ta' pannelli fotovoltajiċi? Kemm fiha pannelli kull sistema? Meta ġiet installata? Kemm hija l-feed-in tariff għal kull sistema?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali.
Leg 12 PQ #28298 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co Ltd – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements tal-kumpanija Gozo Channel Co Ltd?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-aħħar sett ta’ Financial Statements tal-kumpanija Gozo Channel Co Ltd ġew reġistrati mall-MFSA u huma disponibbli għall-pubbliku.

Trasport pubbliku – Terminus ta’ Bieb il-Belt

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26455, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe statistika li tista’ tagħti ħjiel/indikazzjoni dwar dak li hu mitlub?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26455.

Trasport pubbliku – Terminus ta’ Bieb il-Belt – pjanijiet tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26036, peress li issa għaddew erba’ xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinn tal-proġett kien ġie żvelat matul Awwissu 2016. Il-proġett tal-Pjażża ta’ Tritoni beda x-xogħol ta’ l-ewwel fażi dik ta’ roundabout fejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u bankini ta’ quddiem il-Phonecia Hotel. Bdiet ukoll it-tieni fażi dik magħrufa bħala tal-Biskuttin u daqt tibda t-tielet fażi dik ta’Triq Nelson, fejn ser jiżdiedu spażji għall- parkeġġ għall-karozzi tat- transport pubbliku. Harġet it-tender ta’ xogħolijiet ta’ taħt il-madum u tenders oħrajn daqt joħorġu fosthom dawk tad-dwal, siġar u tqegħid tal-madum. Il-madum ser ikun kontinważżjoni ta’ dak li sar f’ Bieb il-Belt, jigifieri Hardstone li qed jinġieb minn Għawdex.

Il-Belt Valletta – Yellow Garage – pjanijiet tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26037, peress li issa għaddew erba’ xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinn tal-proġett kien ġie żvelat matul Awwissu 2016 u l-applikazzjoni għall-permess qegħda fil-proċess. Ħarġet it-tender ta’ xogħol ta’ taħt il-madum/ħamrija u daqt ħerġin tenders oħrajn fosthom ta’ dawl, siġar u pjanti għall- ġnien u tqegħid tal-madum. Il-madum ser ikun tat-tip Hardstone minn Għawdex.

Il-Belt Valletta – Triq San Pawl — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilità tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Il-Belt Valletta – Triq Sant’Ursula — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq Sant’ Ursula, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilità tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Animal Welfare — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b' xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x'inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Animal Welfare – transfers ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħidkemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm erbgħa transfers minn - u tmien transfers lejn - id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali f’diversi gradi fostom Officer in Grade 9, Clerk u Senior Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.
Leg 12 PQ #28438 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker — makni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew l-makni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, kif se jinħareġ barra l-port dan it-tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28439 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – refuelling — ħsejjes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’livell ta' ħsejjes se jkun hemm fil-port ta' Marsaxlokk meta se jkun hemm ir-refuelling tat-tanker tal-LNG?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt informat li minn studji li għamlu Electrogas, l-operazzjoni tar-refuelling mhumiex mistennija li jħallu impatt ta’ ħsejjes. Kollox se jkun b’konformita mad-direttiva tal-UE 2002/49/EC u mar-regolamenti lokali LN 193/2004.
Leg 12 PQ #28440 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li skont il- COMAH Assessment Report of Delimara Power Station Coordinated Safety Report li bħalissa jinsab għal konsultazzjoni pubblika, l- Specific Individual Risk in Delimara Area ma taffetwax iż-żona tal-iżvilupp u għalhekk mhux se jkunu meħtieġa restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 12 PQ #28441 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker — Xogħol pirotekniku għall-festi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

LESA – kuntratti — Gwardjani Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28477 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.

Tender Deadline – bord tal-inkjesta — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Bord tal-Inkjesta li għalih saret referenza għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28085? X’termini ngħata tali Bord u sa meta jrid jikkonkludi ħidmietu?

Response (MIZZI, JOE)

Il-Bord tal-Inkjesta huwa kompost hekk kif ġej: Dr. Leonard Caruana (Avukat) – Chairperson Sur David Gatt (Uffiċjal Pubbliku)– Membru Sur Mario Borg (Uffiċjal Pubbliku rtirat) – Membru It-termini ta’ referenza huma s-segwenti: 1. Establish the facts and circumstances leading to the extension of the deadline for the closing time of the tender. 2. Examine the process used by the Ministry in the extension of the deadline and whether such process followed the established procedures and legislation. 3. Establish who was involved in this matter, identify their role and actions and whether they acted in good faith and in line with their duties. 4. Examine the justification provided for the extension and whether such justification can be accepted. 5. Draw conclusions from the investigation on the process used by MTI in the extension of deadline and the involvement of MTI officials and their actions, and report to the Permanent Secretary, MTI. 6. Make recommendations on what actions to be taken against MTI officials, if the conclusion warrants such course of action. 7. Make recommendations for the improvement of the process used by MTI in such circumstances. Il-Bord ġie mitlub jikkonkludi ħidmietu sat-12 ta’ Diċembru 2016.
Leg 12 PQ #28651 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25217, 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-23 revision ta’ hip replacement spiċċaw b’litigazzjoni legali u/jew quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda każ b’litigazzjoni legali u/jew quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward xi operazzjoni tal-hip replacement.
Leg 12 PQ #28652 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25218, 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru hip replacements fl-2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Marzu u Diċembru tal-2013 saru 146 proċedura tal-hip replacement.
Leg 12 PQ #28653 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Knee Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25221, 25219, 24963 u 24961, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, kemm ilhom jistennew u jistax jivverifika li l-appuntamenti li qed joħorġu humiex għall-2018 u l-2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kien hemm żieda ta’ każijiet ġodda bejn Jannar u Ottubru tal-2016, iż-żmien ta’ stennija biex pazjenti jarahom konsulent ortopediku fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei baqa’ l-istess u nikkonferma li ma hemm l-ebda pazjent ġdid li għandu appuntament fl-2018 jew l-2019.
Leg 12 PQ #28654 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni ta’ Knee Replacement — stennija

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25220, 24962 u 24723, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet ta’ knee replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015 u mhux in-numru totali tas-sentejn? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kull sena (u mhux in-numru totali) kienu revision?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 24 revision f'2014 u 24 revision fl-2015. Ninforma ukoll illi d-dewmien medju għall-proċedura ta’ knee replacement f’dawn l-aħħar xhur niżel minn sentejn għal 13 il-xahar.